Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256417

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 avviżi kummerċjali IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum Miżuri favur l-Ambjent mill-Bank of Valletta Matul dawn l-aħħar snin, il- Bank of Valletta nieda diversi inizjattivi bil-għan li jnaqqas l-impatt fuq l-ambjent permezz tal-attivitajiet tan-negozju tiegħu. Dawn l-inizjattivi kienu ffukati prinċipalment fuq l-enerġija u l-użu tal-ilma, il- ġestjoni tal-iskart, ir-riċiklaġġ u l-emissjonijiet. Matul is-sena li għaddiet, il- Bank żied l-isforzi tiegħu fl-użu ta' enerġija rinnovabbli, bħala parti mill-impenn tiegħu biex jissalvagwardja l-ambjent. Is-sistema tal-Air Conditioning ġewwa l-Head Office f 'Santa Venera nbidlet għal waħda magħrufa bħala 'free cooling' fejn ħafna mill-enerġija użata tiġi ġġenerata mill-arja ta' barra. Fi it xhur, il-konsum tal- enerġija tal-din il-binja naqas b'madwar 162,000 k/watt meta mqabbel mal-istess perjodu tas- sena ta' qabel. Il-Bank kompla jinstalla aktar pannelli fotovoltaiċi biex issa għandu 517 pannella fuq 22 binja. Matul ix-xhur tas-sajf huwa kkalkulat li minn fergħa waħda biss, il-Bank jiffranka mas-6,000 k/watt bħala riżultat tal-enerġija ġġenerata minn dawn il-pannelli. Tul perjodu ta' tnax-il xahar, il- Bank of Valletta ġġenera total ta' 129,394 unit ta' enerġija nadifa u naqqas b'madwar 50 tunnellata ta' emissjonijiet ta' CO2. Il-Bank huma mgħammra b'sistemi ta' dawl effiċjenti fl- enerġija li jeliminaw il-ħela tal- elettriku permezz ta' sensors li awtomatikament jitfu d-dawl meta l-uffiċċju jkun vojt. L-ilma tax-xita jinġabar f 'ġibjun, mibni apposta għal dan il-għan fil-Head Office tal-Bank, liema ilma jigi riċiklat. Bħala parti mill-impenn tal- Bank biex ikompli jnaqqas l-emissjonijiet, il-Bank qiegħed jibdel il-flotta tal-karozzi tiegħu għal waħda ibrida li toħloq ħafn'inqas tniġġis. "Fil-Bank of Valletta aħna konxji ħafna mir-responsabbiltà tagħna lejn l-ambjent u dan jidher ċar fl-inizjattivi tagħna. Nagħmlu l-almu tagħna biex innaqqsu l-impatt fuq l-ambjent u l-Carbon Footprint tagħna,' qal Ernest Agius, Chief Operations Officer tal-BOV. "Impenjati anke kif insegwu kull fażi tal-akkwisti tagħna, pereżempju ma jsirx xiri ta' materjal bla bżonn u nidentifikaw l-aktar prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fuq medda ta' żmien fit-tul. Sodisfatti ħafna li matul din l-aħħar sena rnexxielna nnaqqsu, nużaw mill-ġdid u nirriċiklaw ħafn' affarijiet, madankollu mhux se nieqfu hawn u nkomplu fil- mixja tagħna lejn bank iktar ekoloġiku." CALL FOR CAPITALISATION PROJECTS Deadline: 28 th July 2020 http://www.enicbcmed.eu/calls-for-proposals/call-for-capitalisation-projects

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020