Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256417
14 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum Diżappunt għal kif Hasheminejad ħelisha! Il-PN jridu jiffaċċja ġustizzja f'Malta Il-Partit Nazzjonalista, permezz tal-Kelliem għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, appoġġja bis-sħiħ is- sejħa tal-familja Caruana Galizia sabiex Ali Sadr Hasheminejad, is- sid tal-bank Pilatus, jiġi minnufih estradit lejn Malta mill-Istati Uniti tal-Amerika u jaffaċċja l-ġustizzja f 'pajjiżna. Fil-proċeduri quddiem il- Qorti fl-Istati Uniti, d-Dipartiment tal- Ġustizzja Amerikan sostna li Ali Sadr Hasheminejad għamel użu minn flus ġejjin mill-kriminalità biex waqqaf il- bank Pilatus f 'Malta. Dan wara li l-każ kontra Hasheminjed twaqqa' fuq teknikalità ta' xi xhieda li ma tressqitx, fuq liema punt il-Prosekutur tal- Istat Uniti talab li jitwaqqa' l-każ wara li nstab ħati minn ġurija f 'Marzu li għadda. Il-Partit Nazzjonalista fl-istqarrija saħaq illi skont rapport tal-FIAU, Keith Schembri kien ħa interess partikolari biex Ali Sadr Hasheminejad ingħata l-liċenzja għall-bank Pilatus u wara l-istess Keith Schembri fetaħ kont fl-istess bank. Dan il-kont allegatament intuża minn Keith Schembri biex jirċievi allegati flus li kienu ġejjin minn commissions mill-bejgħ tal- passaporti lil tliet ċittadini Russi. "Keith Schembri uża wkoll il-kont tiegħu fil-bank Pilatus biex jirċievi ħlasijiet mingħand Adrian Hillman, l-eks direttur maniġerjali ta' Allied Newspapers. Joseph Muscat, Michelle Muscat u Keith Schembri saħansitra kienu l-mistednin speċjali għat-tieġ ta' Ali Sadr Hasheminejad li sar f 'Venezja fis-sena 2015," ifakkar Azzopardi. "Quddiem dan kollu pajjiżna m'għandux iħalli lil Ali Sadr Hasheminejad jaħrab mill-ġustizzja iżda għandu jagħmel dak kollu possibbli biex huwa jwieġeb għall- ħsara li għamel lir-reputazzjoni ta' pajjiżna bil-kompliċità u l-protezzjoni ta' Joseph Muscat u Keith Schembri," temm jallega id-Deputat Nazzjonalista. Intant anke l-għaqda Repubblika esprimiet d-diżappunt tagħha għal dan l-iżvilupp u fakkret li Pilatus kien jintuża minn dittaturi brutali biex jaħslu flushom, b'Daphne Caruana Galizia tiddiskrevih bħala 'Magna ta' ħasil ta' flus.' Ali Sadr Hasheminejad