Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256417
09 illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 aħbarijiet Madwar €800,000 għal Triq Sannat li tranġat u ngħatat l-asfalt mill-ġdid Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar Triq Sannat fis-Sannat, flimkien mas-sindku tal-lokal Philip Vella. Din it-triq hija waħda minn għadd ta' toroq li qegħdin jiġu ffinanzjati mill-Ministeru għal Għawdex u qed tiġi rranġata b'valur ta' madwar €800,000. Huwa spjega kif f 'din it-triq is-servizzi tgħaddew minn taħt l-art, saru l-culverts, u ngħatat l-asfalt mill-ġdid. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar Triq Sannat fis-Sannat, flimkien mas-sindku tal-lokal Philip Vella. Din it-triq hija waħda minn għadd ta' toroq li qegħdin jiġu ffinanzjati mill-Ministeru għal Għawdex u qed tiġi rranġata b'valur ta' madwar €800,000. Huwa spjega kif f 'din it-triq is-servizzi tgħaddew minn taħt l-art, saru l-culverts, u ngħatat l-asfalt mill-ġdid. Filwaqt li żar ix-xogħlijiet, il-Ministru Camilleri kompla jgħid kemm f 'dawn l-aħħar ftit xhur ingħatat spinta kbira lill- infrastruttura f 'Għawdex, hekk kif tlestew diversi toroq u oħrajn jinsabu fi stadju avvanzat. Min-naħa tiegħu, is-Sindku Philip Vella rringrazzja lill-Ministru li, b'finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex, ħa ħsieb li x-xogħol f 'din it-triq jitlesta fl-iqsar żmien possibbli sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent liċ- ċittadini. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li l-livell tat-toroq fil-gżira Għawdxija qed ikun bħal dak ta' Malta, u issa li qed nerġgħu lura għan-normalità, Għawdex jinsab lest sabiex jerġa' jibda jiġġenera t-turiżmu intern. Inċident iħalli żagħżugħ Żebbuġi l-Isptar bi ġrieħi gravi Il-Ġimgħa, għall-ħabta tad-8:40 a.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat- traffiku fi Triq Tul il-Kosta, Naxxar. Il-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni, raġel li għandu 34 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ, tilef ilkontroll tal-mutur li kien qed isuq, laqat il-bankina u waqa', bil- konsegwenza li sofra xi ġrieħi. Jidher li l-mutur tat-tip Yamaha MTM850 kien qed jinstaq fid- direzzjoni lejn San Ġiljan meta seħħ l-inċident. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.jerġa' jibda jiġġenera t-turiżmu intern.