Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256417
13 intervista illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 mal-160 varjant ġdid ta' kannabis klandestini' "Ma nafx jekk hux se nirbaħ il-battalja finali. Iżda se nibqa' nittama u niġġieled. Sakemm ikun għad hawn persuni li jridu jinqerdu, se jibqa' jkun hemm min ibiegħ id- droga," insista. "Aħna nippruvaw nillimitaw id-droga fit-toroq." Kien hawn li fakkar li l-proċeduri jieħdu ż-żmien ukoll li anke traffikant, bħal kull persuna oħra, għandu dritt għall-ħelsien mill- arrest. "Ġeneralment, flok jieħdu tbeżbiża, ikomplu fejn ħallew," kompla jisħaq, waqt li spjega li n-nies iħossuhom iddiżapuntati. "Imma aħna xogħolna nkunu għamilnih. Dawn huma proċeduri. Hemm proċess sħiħ. Sta għalina li mbagħad nippruvaw nistaduh, nerġgħu narrestawh u nakkużawh li kiser il- kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest." Fi kliem l-Assistent Kummissarju, anke jekk id-detterenti huma kbar, id-droga trendi l-flus u t-traffikanti dan biss jaraw. Għalhekk il-ġlieda trid tkun minn kull naħa. "Jekk se naqta' d-domanda, se nweġġa' s-supply. Mhux faċli. Tgħidli wieħed se jagħmel differenza? Jekk neħħejtilhom klijent għalija suċċess." Hawn tkellem dwar l-importanza tal- edukazzjoni u fi kliemu din mhijiex nieqsa. Apparti x-xogħol li jsir minn diversi entitajiet, l-Iskwadra ta' Kontra d-Droga wkoll għandha tim speċjalizzat ta' pulizija li jduru l-iskejjel, fost oħrajn u kull sena jagħmlu mijiet ta' taħdidiet. "Jitkellmu anke ma' gruppi ta' ġenituri biex ikunu jafu x'inhi d-droga biex jekk, pereżempju, isibu xi ħaġa partikolari fil- kamra tat-tifel u t-tifla, jimu x'inhi," saħaq. 'Ir-riskju hemm qiegħed ... ħafna drabi mad-droga insibu armi tan-nar' Kien hawn li l-gazzetta ILLUM staqsiet lil euma kif tikkumpara s-sitwazzjoni f 'Malta ma' dik fil-bqija tal-Ewropa u jekk għandhomx biżżejjed riżorsi. "Jekk ngħidlek li għandi biżżejjed riżorsi nkun qed nigdeb. Qatt ma għandek biżżejjed u dan jgħodd għall-kwalunkwe aġenzija tal-infurzar tal-liġi, kemm Malta u kemm barra, mill-aktar waħda avvanzata," insista euma. "Aħna nsegwu l-liġi. Mill-banda l-oħra, kontra min qed niġġieldu huma nies bla prinċipju u għalhekk ir-riżorsi tagħhom huma aktar avvanzati. Ma jfissirx li naqtgħu qalbna." Fi kliemu, barra minn Malta għandhom l-istess problemi, iżda Malta peress li hija żgħira u kulħadd jaf lil kulħadd, dan joħloq sfida. "Barra minn Malta tista' taqbad pulizija, tibagħtu f 'villaġġ ieħor undercover biex jinfiltra f 'xi organizzazzjoni kriminali, anke jekk dan huwa riskju kbir. Malta ma nistgħux. Ma jfissirx li f 'Malta l-Pulizija ma tirriskjax. Fakkar li diversi drabi, apparti d-droga, waqt xi rejd isibu wkoll armi tan-nar u dawn ma jkunux hemm biex iżejnu iżda sinjal li hawn persuni li jġorruhom magħhom. "Hemm riskju, iżda għandi nies dedikati." Droga ġdida: 'Iridu nassiguraw li ma nħallux toqob fil-passatur' Id-droga, bħat-teknoloġija tinbidel u dejjem nisimgħu dwar xi droga jew tendenza ġdida. Kif toħloq sfida lill- Pulizija? L-Assistent Kummissarju insista li t-traffikanti dejjem jaraw kif se joħorġu b'sustanzi ġodda, bħad-droga sintetika biex iżidu l-qligħ tagħhom. "It-traffikant irid jonfoq l-inqas flus iżda mbagħad idaħħal aktar," insista euma. "Iva, jidħlu sustanzi oħra bħal kannabis sintetika ... Uħud minnhom mediċina perikoluża. Kull sena jiġu prodotti mal-160 varjant kull sena, f 'laboratorju klandestini madwar l-Ewropa." Għalhekk importanti, kompla jisħaq, li jkun hemm l-emendi kollha fil-liġi biex kwalunkwe sustanza tkun inkluża biex ma jiġux f 'pożizzjoni li jarrestaw persuna u ma jkunux jistgħu jieħdu passi kontriha għax is-sustanza ma tkunx skedata. "Ma nistgħux inħallu toqob fil-passatur." Għaliex aktar jiġu arrestati żgħażagħ? Possibbli huma biss il-problema? Id-droga tolqot nies ta' kull età u minn kull klassi, iżda x'aktarx nisimgħu ħafna aktar biż-żgħażagħ. X'jaħseb dwar dan euma? "Domanda diffiċli. Hemm ħafna fatturi. Tkun għadek żgħir tkun għadek tesperimenta. Il-peer pressure hija xi ħaġa perikoluża. Żgħażagħ ma jkunux iridu jħossuhom ermaġinati. Tkun ma' grupp li jabbuża minn xi sustanzi, biex tidher 'cool' tibda it it tabbuża inti wkoll biex tħossok inkluż. Kelli diversi każi hekk fil-karriera tiegħi," saħaq euma. Madanakollu qal li dan ma jfissirx li ma jkunx hemm persuni ta' etajiet akbar. Forsi jkun hemm min hu akbar fl-età u jkun għadda minn ċirkostanza partikolari li ġabitu f 'sensih, iżda mhux kulħadd l-istess. "Ġieli arrestajt persuni, darbtejn, tlieta u li mhux żgħar li ma jkollhomx is-saħħa jegħlbu l-vizzju." Temm jgħid li ħadd ma jista' jgħid li ma jafx bil-konsegwenzi ħżiena tad-droga, iżda sfortunatament mhux kulħadd l-istess. "Hija deċiżjoni li wieħed jieħu minħabba diversi fatturi. Diffiċli toħroġ mill-vizzju iżda lanqas ma hu impossibbli." Persuna waħda li toħroġ mill-vizzju ttina l-kuraġġ biex inkomplu niġġieldu d-droga u t-traffikar tagħha