Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256417

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 Sidien ta' diskoteki jappellaw għal pjan ċar hekk kif lidos jinbidlu fi clubs Minkejja li l-clubs teknikament jistgħu jiftħu, il-fatt li l-ebda wieħed ma jista' jkollu aktar minn 75 persuna (ġewwa) jfisser li bosta se jibqgħu magħluqin. L-ILLUM titkellem ma' Matthew Degiorgio, Dominic Micallef u Philip Fenech Matul il-ġimgħa, minkejja konferenza stampa, ħafna sidien ta' negozji tad-divertiment speċjalment dawk li għandhom night clubs, kienu f 'konfużjoni sħiħa dwar x'għandhom jagħmlu u l-linji gwida li bihom kellhom jiħu l-istabbilimenti. Matthew Degiorgio li huwa sid tal- Gianpula Village - ilmenta ma' din il- gazzetta illi mhuwiex ġust illi filwaqt li ċerti stabbilimenti li mhumiex night club qed jiġu trasformati fi clubs ta' din ix-xorta, b'nies jixorbu u jiżfnu, u huma ma jistgħux jiħu jekk mhux b'aktar minn 75 persuna ġewwa u b'imwejjed jew sufanijiet. Mal-ILLUM saħaq illi hu m'għandux problema li jibqa' jopera hekk għalissa, basta jkun hemm ukoll pjan ċar ta' x'se jiġri, ladarba jiaħ l-ajruport - per eżempju. Huwa appella biex ladarba l-ajruport jiaħ ikun hemm gwida ċara ta' x'għandu jiġri. Huwa sostna illi l-Gvern għandu jħares lejn capacity partikolari - b'massimu ta' nies f 'kull club, u meta dan ikun deċiż il-club jopera normali, b'attenzjoni u kawtela akbar, anke minn dawk illi jiffrekwentaw il-post. Mistoqsi jispeċifika b'eżempju huwa qal illi tagħmel sens li club li normalment jiflaħ 1,000 pesuna issa jkun jista' jdaħħal biss bejn 200 u 400. Ifakkar li, per eżempju, f 'postijiet bħal ċinemas persuna tista' mur tixtri u żomm 'il bogħod mill-counter/bar u qal li dan għandu jkun l-istess għall-clubs. 'L-iddistanzjar soċjali u d-divertiment ma jmorrux flimkien' Mhux kulħadd iżda huwa daqstant entużjast dwar uħ mill-ġdid tal- istabbiliment, minħabba s-sitwazzjoni ta' Covid-19 u r-realtajiet li din ħolqot. Mal- ILLUM jitkellem ukoll Dominic Micallef - li ġej minn familja bi storja fil-qasam tad-divertiment, imexxi l-club Aria u li jirrapreżenta lil Tomorrowland u Pacha - żewġ ismijiet kbar f 'dan il-qasam - f 'Malta. "Nitlaq mill-prinċipju li l-iddistanzjar soċjali u d-divertiment ma jmorrux flimkien, nibdew minn hemm. Fid-dinja barranija f 'dan il-qasam id-diskors li qed isir huwa li dan is-settur jerġa jiġi għal li kien għal ħabta tat-tielet kwart tas-sena d-dieħla (is-sajf)," jisħaq Micallef. Huwa qal li d-deċiżjoni tiegħu għalissa, mibnija fuq il-prinċipju li semma' diġa' huwa li ma jiaħx l-istabbiliment li jmexxi. "Imbagħad meta naraw li n-nies huma lesti biex imorru partying b'mod normali, niħu. Dan apparti li aħna niddependu ħafna mit- turisi wkoll." Dwar il-kunċett tal-lounging Micallef qal li joqgħodu kemm joqgħodu bilqiegħda n-nies, bil-volum tal-mużika u konsum tal-alkoħol, is-sitwazzjoni ma tibqax taħt kontroll. Filwaqt li qal illi d-diskors li qed isir ma jeskludix li n-numri jerġgħu jiżdiedu malli t-temperatura tibda nieżla, saħaq li l-agħar li jista' jiġri huwa li d-divertiment jieħu skoss doppju. 'Regoli li jistgħu jaħdmu għall-bars imma mhux għall-clubs' Intant ma' din il-gazzetta tkellem wkoll Philip Fenech li jirrapreżenta lis-sidien ta' negozji ta' divertiment f 'Paceville. Huwa qal illi l-akbar ostakolu jibqa' il-fatt li ħafna bars u clubs kbar għandhom il-bar bħala ċentru u bħala l-ewwel punt ta' attività f 'dan l-istabbiliment. "F'ċerta postijiet din se tkun diffiċli. Apparti li l-massimu ta' 75 persuna li jistgħu jidħlu fi club, ġewwa, mhux sostenibbli meta l-biċċa l-kbira ta' dawn l-istabbilimenti jkollhom minimum capacity ta' 300 persuna," saħaq mal-ILLUM Fenech. Huwa qal li r-regoli jistgħu jaħdmu għall-bars, imma għall-clubs mhumiex sostenibbli. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM X'jgħidu it mir-regoli dwar bars u clubs skont l-MTA? - Fi clubs u bars ġewwa jista jkun hemm massimu ta' persuna għal kull sitt metri kwadri, sa massimu ta' persuna - anke jekk post jiflaħ ħafna aktar - Fuq barra jista' jkollok ukoll massimu ta' persuna għal kull sitt metri kwadri, imma m'hemmx massimu ta' persuni. Jiġu osservati r-regoli ta' ddistanzjar. - Dawk li huma liċenzjati biex jibqgħu joperaw sal-4am jistgħu jagħmlu dan. Dawk fuq barra jistgħu jibqgħu joperaw sal-11 p.m - Kull persuna trid tkun żewġ metri 'l bogħod minn oħra - L-Imwejjed ma jistax ikollhom aktar min 10 persuni bilqiegħda u sitta bilwieqfa - L-imwejjed iridu jkunu żewġ metri 'l bogħod minn xulxin barra u tliet metri ġewwa Dominic Micallef Matthew Degiorgio

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020