Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256417

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum Pressjoni fuq Abela biex iġiegħel lil Chris Cardona jitlaq Diriġenti, uffiċjali tal-PL u anke Ministri jappellaw mal-PM biex ma jħallix lil Cardona jirrovina kollox u jitneħħa minn Deputat Mexxej. L-ILLUM infurmata illi isem Cardona u nies viċin tiegħu jissemmew bosta drabi f'tapes li għad iridu jinstemgħu mill-Qorti L-ILLUM tinsab infurmata minn sorsi fil-Partit Laburista illi diversi diriġenti u uffiċjali għoljin tal-istess partit u anke tal-Gvern jinsabu inkwetati bil- kbir bl-aħħar aħbarijiet li ħarġu fil-Qorti fix-xhieda ta' Melvin euma, waqt il-kumpilazzjoni ta' evidenza kontra Yorgen Fenech - akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. euma, li ngħata l-maħfra Presidenzjali mill-Gvern immexxi minn Joseph Muscat wara deċiżjoni li ħa, unilateralment, ikkonferma li t-tapes li hu stess irrekordja jsemmu lill-eks Ministru Chris Cardona bħala wieħed minn dawk li taw il-flus biex tinqatel Caruana Galizia. Fil-fatt euma qal li l-aħwa Degiorgio u l-Koħħu ħadu €350,000 biex qatlu lil Daphne Caruana Galizia. Fl-istess seduta l-avukat Jason Azzopardi li qed jidher għall-familja Caruana Galizia u parte civile għal Daphne staqsa dwar ritratt li fih jidher raġel li allegatament għadda flus mingħand Cardona għal għand il-Fulu. L-Avukat Azzopardi staqsih jekk jafx lil din il-persuna. "Dan kien il-persuna tat-350 li allegatament għaddew mingħand Cardona għall-Fulu?" euma wieġeb fil-pożittiv u qal li ismu jibda bil-B. Skontu, dan kien l-intermedjarju bejn Cardona u l-Fulu. Intant Cardona qed jinnega bil- qawwa kollha din l-allegazzjoni u jinsisti li dan hu kollu għidut maħluq minn min qatel lil Caruana Galizia, biex it-tort jintefa' fuqu. Imma il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li referenzi għalih jidhru li huma bosta fit-tapes. Din l-aħbar u din l-informazzjoni qed tinkwieta lil numru ta' diriġenti tal-Partit Laburista u anke lill- Prim Ministru Robert Abela, bil- kbir. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu illi l-Prim Ministru qed jiġi "bbumbardjat minn bnadi differenti biex ma jħallix lill- Cardona jirrovinalu x-xogħol kollu li għamel fuq governanza u jitolbu jirriżenja mill-post ta' Deputat Mexxej qabel ma jkun tard wisq." Ftit ġimgħat ilu, Chris Cardona irriżenja mill-Parlament Malti, iżda baqa' Deputat Mexxej tal-PL. Kienu fil-fatt bosta l-Ministri li qalu lill-gazzetta ILLUM li l-pożizzjoni ta' Cardona hija waħda mhux tenibbli. Fit-tapes - li ħafna minnhom għadhom ma ssemmgħux fil- Qorti - kemm Chris Cardona, kif ukoll nies viċin tiegħu, fosthom kanvassers, jissemmew diversi drabi. Waqt l-iżviluppi mqanqlin ta' Novembru u Diċembru tas-sena l-oħra, meta kien ġie arrestat Yorgen Fenech, Chris Cardona kien ssemma f 'ittra li kienet spiċċat għand Fenech waqt li kien arrestat fid-dar tiegħu stess. F'din l-ittra anonima Fenech jingħata l-parir li jwaħħal u jitfa' kollox fuq Cardona. L-oriġini ta' din l-ittra kienet tingħad li allegatament ġiet minn Keith Schembri li sa dakinhar kien għadu Chief of Staff fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru. Cardona - avukat bi professjoni - kien Ministru tal-Ekonomija fil- Gvern ta' Muscat, iżda ma kienx maħtur mill-ġdid fil-Kabinett, mill-PM Robert Abela. Cardona jibqa' jinsisti li dawn huma kollha qlajjiet filwaqt li kien stqarr li fil-fatt kien hu li ma riedx jibqa' Ministru aktar. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020