Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325
www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 610 • 24 ta' Ġunju 2018 Ġejjin jaħdmu Malta bl-eluf. Imma tajjeb jew ħażin? Ara analiżi f 'paġni 6 u 7 'Kieku jien kont nirriżenja' Coleiro Preca qalet li ffi rmat il-Liġi emendata tal-IVF mhux għax vera xtaqet imma għax ma kellhiex għażla. Il-President Emeritu Mifsud Bonnici jgħid illi kieku kien fl okha kien jippreferi jirreżenja milli jiffi rma... Ara paġna 4 Sant għadu qed jaħsibha joħroġx għall-elezzjoni tal-PE Minn Liam Carter MISTOQSI mill-gazzetta ILLUM jekk għandux ħsieb li jerġa' jikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, l-eks Prim Ministru Laburista, Alfred Sant sostna li "id- deċiżjoni neħodha fil-ħarifa li ġej. Bħalissa qiegħed nikkunsidra l-affarijiet." L-eks Mexxej Labursita saħaq li,"dejjem ikun hemm ir-raġunijiet li trid tikkunsidra, trid tara x'inhuma l-aħjar affarijiet għall-pajjiż, għall-partit u għalik personali." L-ILLUM staqsiet lil Sant jekk hemmx xi fattur fit- tmexxija tal-partit jew xi kwistjoni politika partikolari li qed iżommu lura milli jħabbar il-kandidatura tiegħu. Fuq din Sant kien pront iwieġeb, "assolutament le. Però rrid nara x'jaqbillu l-Partit Laburista bħalissa. Dejjem ikun hemm bżonn uċuh ġodda. Allaħares nibqgħu bl-istess nies." Alfred Sant kien elett bħala Membru fil- Parlament Ewropew fl-2014 b'aktar minn 48,700 vot. Notevolment qabel ma ġie elett fil-PE, bħala mexxej Laburista Sant kien mexxa l-kampanja biex Malta jkollha relazzjoni speċjali mal- Unjoni Ewropea fil-forma ta' 'Parternship' flok sħubija sħiħa mal-Unjoni Ewropea. Ara paġna 14