Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum Il-Belġju wisq b'saħħithom għat-Tuneżija minn Cristian Antony Muscat Belġju ......................... 5 Tuneżija ...................... 2 Il-Belġju kienu wisq superjuri għat-Tuneżija u għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-2, biex b'hekk kisbu post fir-rawnd tal-aħħar 16. Il-Belġjani għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss sitt minuti rebħu penalty meta Syam Ben Youssef waqqa' lill-captain Belġjan Eden Hazard fil- kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess Eden Hazard li ma żbaljax hekk kif permezz ta' xutt fil-baxx tefa' l-ballun fix-xibka. Huma rduppjaw l-iskor fis-16-il minuta meta Dries Mertens għadda tajjeb lejn Romelu Lukaku li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. It-Tuneżija naqqsu l-marġni tal-iskor żewġ minuti biss wara meta wara li rċieva minn freekick ta' Wahbi Khazri, għola tajjeb Dylan Bronn li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. Fil-ħin miżjud tal- ewwel taqsima, il-Belġjani għamluhom tlieta meta Thomas Meunier għadda through pass lejn Romelu Lukaku li tefa' l-ballun ġewwa. Huma skorjaw ir-raba' gowl fil-51 minuta meta Toby Alderweild ipprovda l-assist lil Eden Hazard li dar ma' diversi plejers avversarji qabel ġie wiċċ imb wiċċ mal-goalkeeper Tuneżin Farouk Ben Mustapha, u tefa' l-ballun fix-xibka. Il-Belġju skorjaw il-ħames gowl biex issiġillaw ir-rebħa fid-90 minuta permezz ta' xutt mill-viċin Michy Batshuayi. Dan sabiex it-Tuneżini naqqsu l-marġni tal-iskor ftit wara minn gowl mill- viċin ta' Wahbi Khazri. Belġju Courtois, Alderweild, Verthongen, Witsel, De Bruyne, Lukaku (Fellaini 59'), Carrasco, Mertens (Tielemans 86'), Meunier, Boyata, Hazard (Batshuayi 68') Tuneżija Ben Mustapha, Ben Youssef (Ben Alouane 41'), Meriah, Khaoui, Ben Youssef, Badri, Khazri, Maaloul, Skhiri, Bronn (Naguez 24'), Sassi (Sliti 59') Referi Jair Marrufo (USA) (URU) Plejers Belġjani jirħu ma' Eden Hazard wara li skorja l-ewwel gowl tiegħu minn penalty ROMELU LUKAKU Irreġistra doppjetta personali f'din il-partita. Huwa l-aqwa skorer tat- Tazza tad-Dinja flimkien ma' Cristiano Ronaldo b'erba' gowls. Jilgħab ma' Manchester United fl-Ingilterra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018