Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 | illum Intervista 13 il-partiġġjaniżmu u l-marijuana Ħafna jħossu li intom tirrinforzaw il-partiġġjaniżmu u ma tippromovux il-ħsieb kritiku. X'taħseb? Aħna ninforzaw l-attiviżmu. Attiviżmu li jagħtik ċans taħseb, tikkontribwixxi, tgħid fiex temmen u tkun parti mill-bidla. F'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna rajna riformi kbar li biddlu l-mod ta' kif issir il-politika. Niftakar li fl-2011, meta pajjiżna kien imsejjaħ biex jivvota f 'referendum u li eventwalment għażel li jkun introdott id-divorzju f 'Malta; grupp ta' żgħażagħ fil-Partit Laburista, nedew il-kampanja 'Stand Up'. Din kienet kampanja li ġabret fi ħdanha, mhux biss żgħażagħ li minn dejjem kienu simpatizzanti tal-Partit Laburista, iżda anke nies, saħansitra eks kunsilliera Nazzjonalisti li lkoll kellhom għan wieħed - jikkampanjaw biex ikun introdott dan id-dritt. Minn dakinhar 'il quddiem, iż- żgħażagħ fil-Partit Laburista, kienu ta' sfida għall-Partit biex dan jibqa' jiġġedded, jinbidel u jkun il-vuċi tal- progress f 'Malta. Apparti minn hekk, hemm ukoll l-aspett kritiku. F'dawn l-aħħar ħames snin, il-fergħa taż-żgħażagħ fil-Partit Laburista tkellmet dwar l-importanza li aktar persuni b'diżabilità jingħataw aktar attenzjoni u jkunu inklużi aktar fis-soċjetà minn aspetti differenti, permezz tal-kampanja 'Empower Us'. Kienet il-fergħa taż-żgħażagħ li tkellmet favur introduzzjoni ta' aktar drittijiet ċivili, fosthom anke li titneħħa r-restrizzjoni li teżisti u li ilha hemm snin twal, fuq irġiel omosesswali biex jagħtu donazzjoni tad-demm. Kienet ukoll il-fergħa taż-żgħażagħ fil-Partit Laburista li ddiskutiet suġġetti li mhumiex daqshekk sempliċi, li jistgħu jkunu saħansitra kontroversjali bħall- ewtanasja u anke suġġett kurrenti dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF. Kieku ridna għamilna bħal ħaddieħor u matul dawn il-ħames snin li l-Partit Laburista kien fil-Gvern, noqogħdu pass lura, u nżommu lill- Forum bħala fergħa li taħdem biss matul xi kampanja elettorali, biex sempliċiment nagħtu l-impressjoni li dan huwa partit li jilqa' fi ħdanu żgħażagħ ġodda, imma ma ridniex - għaliex dan mhuwiex l-istil ta' din il-fergħa. Wisq aktar iż-żgħażagħ fil-Partit Laburista għandna sfida kontinwa, li nkunu l-vuċi kritika u ambizzjuża fil-Partit Laburista. X'inhuma l-ambizzjonijiet tiegħek fil-partit? Inħtart Segretarju Ġenerali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti fl-2017 u l-ikbar ambizzjoni tiegħi bħalissa li flimkien ma' sħabi, hija li nerġgħu nkunu forza essenzjali għal riżultat pożittiv favur il-Partit Laburista fl-elezzjoni tas-sena d-dieħla. Jien nixtieq nara wkoll li l-Partit Laburista jibqa' jkun il-forza politika li hu llum, biex ikompli jiġġieled l-isfidi u jimmodernizza lil pajjiżna, b'hekk jgħin il-familji Maltin u Għawdxin jimxu 'l quddiem; lill-ħaddiema jkompli jagħtihom aktar opportunitajiet biex itejbu s-sitwazzjoni preżenti tagħhom, ikompli joħloq aktar ġustizzja soċjali u jagħmel lil pajjiżna pajjiż aktar ugwali. Nixtieq nara li l-Partit Laburista jkompli jagħti l-ispazju liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin fejn isemmgħu l-ideat tagħhom u jkunu jistgħu jesprimu dak li jħossu Taqbel mal-legalizzazzjoni tal- marijuana għal skopijiet rikreattivi? Għaliex? F'pajjiżna għandna sitwazzjoni li minkejja li l-użu tal-marijuana għal skopijiet rikreattivi huwa illegali sa issa, xorta waħda wieħed jista' jsib jixtri u jagħmel użu minnha. Madanakollu l-fatt li għadha mhix legali f 'pajjiżna qed titfa' lil dawk li jpejpu joint f 'dubju ta' xi jkunu qed jpejpu fil-verità, apparti li qed jiffavorixxi lil min jittrafikaha. Irridu nirrikonoxxu wkoll il-fatt li f 'dawn l-aħħar snin sar ukoll progress biex min pereżempju, jinqabad ipejjep joint, ma jkunx meqjus bħala xi ħadd kriminali. Għalhekk naħseb li huwa importanti li ma nibqgħux nibżgħu niddiskutu kwistjonijiet bħal dawn, naffaċjawhom b'mod matur, nisimgħu dak kollu li hemm x'jingħad dwar dan is-suġġett u naffaċjaw ir-realtà. Nemmen li b'diskussjoni matura, nistgħu nibdew nindirizzaw din l-kwistjoni li ilha tkarkar għal snin twal. Għalkemm jien ukoll irrid nisma' iktar f 'dan id-dibattitu bil-mod kif qed nara l-affarijiet issa ngħid li dan għandu jkun il-pass li jmiss. Taqbel mal-abort? F'liema ċirkostanza? Għaliex? Din hija kwistjoni sensittiva ħafna. Fl-aħħar ġimgħat rajna wkoll pajjiżi oħra li l-elettorat ivvota dwarha, fosthom fl-Irlanda fejn 66.4% vvutaw favur l-introduzzjoni tal-abort. Fl-Arġentina wkoll kien hemm il-Kungress li ftit tal-jiem ilu għażel li jillegalizza l-abort fl-ewwel 14-il ġimgħa tat-tqala. Naħseb li minħabba dawn iċ-ċirkostanzi f 'pajjiżi oħrajn, se jeċċeleraw iż- żmien li jkun imiss li niddiskutu din il-kwistjoni, xi ħaġa li bħala pajjiż, naħseb li ilna snin twal nantiċipaw. Nemmen li din m'għandha qatt tkun kwistjoni li tinħonoq mill- partiġġjaniżmu. Inħoss però li rridu nisimgħu l-argumenti ta' min hu favur, daqskemm dawk ta' min hu kontra. Personalment, le, ma naqbilx mal- abort, iżda ma nħoss li l-ħsibijiet tiegħi għandhom ikunu imposti fuq ħaddieħor, għaliex nifhem li mhux kulħadd għandu l-istess valuri jew prinċipji morali tiegħi. Fl-2019 hemm l-elezzjonijiet tal-PE. Iż-żgħażagħ għaliex għandhom jivvutaw lilkom? L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li se jaħbtu wkoll mal- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali se jkunu storiċi għax il-moviment tagħna reġa' kellu viżjoni ta' demokrazija ikbar. Għall-ewwel darba, żgħażagħ ta' sittax -il sena se jivvutaw fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew wara r-riformi li ddaħħlu fis-seħħ din is-sena. Naħseb li fl-2015 kellna riżultat interessanti ħafna meta żgħażagħ ta' 16-il sena pparteċipaw fl- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u kienu bosta ż-żgħażagħ li ġew eletti fil-Kunsilli Lokali, saħansitra f 'karigi ta' Sindki u Viċi-Sindki. Iżda l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew se jsiru fi żminijiet kruċjali għal pajjiżna. Nafu u rajna l-attitudni tal- Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti li jmorru barra minn xtutna jippruvaw jinqdew bl-istituzzjonijiet Ewropej biex jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni ta' pajjiżna - rajna lil Casa diversi drabi f 'dawn l-aħħar xhur, jippoppa sidru ma' Membri Parlamentari Ewropej oħrajn, jipprova jdaħħal fl-imħuħ in- nies sitwazzjoni surreali, li ma teżistix. Nifhem li pajjiżna bħal kull demokrazija oħra għandha d-difetti tagħha, iżda dak li qed jippruvaw ipenġu l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti madwar l-Unjoni Ewropea dwar Malta huwa kollu mimli tiżjin, u mfawwar b'negattività għaliex m'hemmx Gvern immexxi minn Partit Nazzjonalista. Dan jikkuntrasta bil-wisq mal-ħidma li qed jagħmlu l-MPE tal-Partit Laburista biex jipproteġu l-interess ta' Malta f 'din l-istituzzjoni Ewropea. Għalhekk huwa importanti l-irwol li għandhom iż-żgħażagħ f 'dawn l-elezzjonijiet. Mill-ġdid nemmen li l-għażla se tkun ċara; fuq naħa n-negattività ta' min għadu ma jridx jifhem li l-poplu qed jirrifjutah u min-naħa l-oħra tim wieħed ta' kandidati bi sfond differenti li huma lesti li jagħtu l-enerġija u l-impenn tagħhom fl-interess ta' Malta. Georvin Bugeja - Segretarju Ġenerali Tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018