Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325
Aħbarijiet 8 ILQDUSIJA Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Joseph Galea- Curmi Isqof Awżiljari ta' Malta u nnominah Isqof Titulari ta' Cebarades. Fil- preżent, Monsinjur Galea- Curmi huwa l-Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi ta' Malta. Bħala Isqof Awżiljari, l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Galea-Curmi, li għandu 54 sena, huwa msejjaħ biex ikun il- kollaboratur u l-konsulent l-iżjed qrib tal-Arċisqof ta' Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna, u biex ikollu responsabbiltajiet ta' tmexxija fil-Kurja kif ukoll fil-ministeru pastorali tal- Arċidjoċesi ta' Malta. Mal-ordinazzjoni episkopali tiegħu, l-Isqof Galea-Curmi jsir membru tal-Konferenza Episkopali Maltija flimkien ma' Monsinjur Arċisqof u mal-Isqof ta' Għawdex, Monsinjur Mario Grech. illum | Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 Muscat u Conte f 'summit illum biex isalvaw lil Merkel Il-PM Malti jingħaqad ma' seba' Prim Ministri llum bid-diskussjoni tkun, l-immigrazzjoni Minn Alber t Gauci Cunningham ILLUM il-Prim Minstru Malti Joseph Muscat kif ukoll dak Taljan Giuseppe Conte mistennijin jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ f 'dik illi hija l-ewwel laqgħa uffiċjali bejnietom minn mindu seħħ l-inċident tad-dgħajsa Aquarius, segwit minn inċident ieħor nhar il- Ġimgħa bil-bastiment 'Lifeline'. Muscat u Conte se jiltaqgħu f 'Summit illi sejjaħ il-President tal- Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker u flimkien magħhom se jkun hemm il-mexxejja tal-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja, l-Awstrija u l-Bulgarija. Is-suġġett ta' dan is- Summit ta' emerġenza, qabel is-Summit il- proprju li se jsir nhar il-Ħamis li ġej, se tkun l-immigrazzjoni. Dan fid- dawl tal-inċidenti li qed iseħħu fil-Mediterran imma wkoll minħabba l-fatt li l-immigrazzjoni taf tħoll u torbot is-saħħa tal-Gvern ta' koalizzjoni ta' Angela Merkel. Fil-Mediterran f 'dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm diversi battibekki dwar il-bastiment Aquarius, hekk kif la l-Italja u lanqas Malta ma kienu lesti li jieħdu din id-dgħajsa b'600 immigrant. Min- naħa l-oħra l-battibekki fil-Ġermanja jiċċentraw mal-mod kif għandhom ikunu trattati nies li jkunu diġà rreġistraw talba ta' ażil f 'pajjiż ieħor, imma mbagħad imxew għall- Ġermanja. Il-problema għal Merkel hija li l-partit Bavarjan tal-Unjoni Soċjali Kristjana (CSU), li fil-fatt huwa l-partit 'oħt' tas-CDU ta' Merkel, ta żmien stipulat sakemm il-Kanċillier tiddeċiedi fuq din il- kwistjoni. Il-Minstru tal- Intern Horst Seehofer mill- partit CSU qed jhedded li jibgħat lura l-immigranti li jkunu ġew mal-fruntieri tal-Ġermanja u li jkunu diġa rreġistraw talba għall- ażil ximkien ieħor. Min- naħa tiegħu l-PM Taljan Conte qed jinsisti li mhux lest jiddiskuti immigranti li jkunu diġà rreġistrati qabel ma jiddiskuti immigranti li jkunu għadhom ġejjin minn kontinent ieħor. Jekk Merkel ma ssolvix din il-kwistjoni b'mod li tikkalma l-ilmijiet mas- CSU, il-koalizzjoni diġà fraġli tagħha tkun mhedda b'mod qawwi u allura Merkel taf titlef il-Gvern. Min-naħa tagħha Merkel wieġbet għall-aspettitiva billi indikat li jista' jkun ma jintlaħaqx qbil ta' malajr. Il-Kummissarju Ewropew tal-Migrazzjoni Dimitris Avromopolous saħaq illi s-Summit bejn ftit mexxejja illum se jkun dwar konsultazzjonijiet qabel ma jsir is-summit propja iktar tard din il-ġimgħa. Minkejja li l-mexxejja Ewropej qed iwiegħdu ħidma ma' pajjiżi fit- Tramuntana tal-Afrika, uffiċjali tal-immigrazzjoni tal-UE li tkellmu mal- gazzetta The Guardian sostnew illi ebda pajjiż Afrikan ma wera interess biex jilqa' ċentri minn fejn ikunu proċessati r-refuġjati. Intant ilbieraħ Malta evakwat persuna mill-MV Lifeline, il-bastiment li jinsab bejn sema u ilma bl-immigranti fuqu li l-Italja mhux se taċċetta fil- portijiet tagħha. Il-Gvern Malti forna lil dawk fuq il-bastiment b'ammont ta' affarijiet li l-immigranti se jkollhom bżonn, minkejja li Malta m'għandha l-ebda obbligazzjoni li tagħmel dan. Hekk sostna l-PM Joseph Muscat f 'intervista fuq ir- Radju ONE li se tixxandar illum. Muscat qal illi minkejja il-fatt li l-bastiment jinsab fiż-żona Maltija ta' salvataġġ, Malta m'għandha l-ebda obbligazzjoni lejn din id-dgħajsa. Il-Forzi Armati ta' Malta qed jevakwaw lil persuna li għandha bżonn l-għajnuna medika. Il-Monsinjur Galea Curmi maħtur Isqof Awżiljari Jekk Merkel ma ssolvix din il-kwistjoni b'mod li tikkalma l-ilmijiet mas-CSU, il- koalizzjoni diġà fraġli tagħha tkun mhedda b'mod qawwi u allura Merkel taf titlef il- Gvern