Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Sitt Beltin minn kull għaxra mhux X'post għandhom il-Beltin fi l-Belt Valletta? Studju fl -ibliet kbar Ewropej ipoġġi lir- residenti Beltin bħala l-inqas kuntenti bl-ispazji miftuħa fi l-Belt Valletta ISSEGRETARJU Parlamentari għall- Valletta 2018, Deo Debattista insista li jekk dawk kollha kkonċernati jpoġġu madwar mejda, ċert li tista' tinstab soluzzjoni bil-għan li fil-Belt Valletta jinħolqu aktar żoni pedonali li awtomatikament ikun ifisser aktar spazji miftuħa għar-residenti Beltin. Debattista qal dan mal- gazzetta ILLUM b'reazzjoni għall-stħarriġ tal-Eurostat li wera kif ir-residenti Beltin, huma l-inqas kuntenti bl-ispazji pubbliċi fil-Belt tagħhom, fost ir- residenti tal-ibliet kapitali u bliet kbar oħra Ewropej. Fil-fatt, meta mistoqsija kemm huma kuntenti bl- ispazji pubbliċi, jiġifieri bl-iswieq, il-pjazez u ż-żoni pedonali, 41% biss tal-Beltin wieġbu li huma kuntenti b'dawn l-ispazji fil-Belt Valletta. Dan jikkuntrasta sewwa ma' residenti oħra ta' bliet kapitali Ewropej, fosthom dawk tal-Lussemburgu u Vjenna, fejn 88% tar- residenti qalu li huma sodisfatti. Fost l-aktar li huma sodisfatti hemm ukoll dawk ta' Stokħolma (87%), l-Ljubljana (86%) u Ħelsinki (85%) u fost l-inqas, iżda dejjem wara r-residenti Beltin, hemm dawk li joqogħdu Ateni (49%), Ruma (55%) u Bukarest u Nikosia (56%). Ta' min wieħed isemmi li dan l-isħarriġ, ippubblikat ftit tal-jiem ilu, sar fl-2015 u minn dakinhar ġew inawgurati diversi proġetti, fosthom Pjazza Tritoni u s-Suq tal-Belt iżda toroq oħra pedonali nħanqu mill- imwejjed u s-siġġijiet. L-istess stħarriġ jorbot ukoll ma' dak li rrappurtat l-istess gazzetta bħal-lum ġimgħa, jiġifieri li fost l-istess residenti Ewropej, dawk Beltin huma l-inqas kuntenti bil-livell ta' storbju tant li s-Sindku Alexiei Dingli qed jipproponi li fl-istabbilimenti ta' divertiment fil-Belt jiġu installati sound meters li jaqtgħu d-dawl meta l-istorbju jlaħħaq ċertu livell. Kien f 'dan id-dawl, li l-ILLUM tkellmet ma' Deo Debattista u Claudio Grech, żewġ Deputati Beltin u anke ma' Pawlu Mizzi, żagħżugħ Belti involut fil-programm tal- attivitajiet tal-Fondazzjoni Valletta 2018, li kollha tkellmu dwar il-bżonn li fil-Belt Valletta jiżdiedu l-ispazji pubbliċi. 'Intejbu r-rotta tal-karozzi fil-Belt biex jiżdiedu toroq pedonali' Meta mistoqsi jekk jaħsibx li fil-Belt Valletta hemmx bżonn jiżdiedu l-ispazji miftuħa għar-residenti, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista mill-ewwel insista li mhux faċli li fil-Belt jinħolqu spazji miftuħa. Fakkar li l-Belt Valletta ma nbnietx bl- iskop li jkun hemm ħafna spazji miftuħa, anzi saħaq li "l-Kavallieri, fil-pjan oriġinali, kellhom li kull pulzier fil-Belt jintuża," u l-bżonn ta' aktar spazji miftuħa beda jinħass l-aktar minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija. 'Id-daqs tal-Belt jillimitak' "Id-daqs tagħha huwa sfida u trid tikkunsidra l-ispazju limitat, b'bilanċ mal-bini li diġà għandha," saħaq Debattista. Madanakollu insista illi li kieku l-Kunsill Lokali, Transport Malta u l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHCR) ipoġġu madwar mejda, jinsab ċert li jista' jinħoloq ftehim biex jiżdiedu ż-żoni pedonali. Saħaq li preżentament għaddejja diskussjoni bil-għan li tittejjeb ukoll r-rotta ta' kif għaddu l-vetturi fil-Belt Valletta u li bis-saħħa ta' hekk jistgħu jinħolqu aktar żoni pedonali. 'Hemm bżonn nisfruttaw spazji li diġà jeżistu' Mistoqsi x'tip ta' spazji jaħseb li hemm bżonn jinħolqu fil-Belt Valletta, is-Segretarju Parlamentari insista li jeħtieġ jiġu sfruttati postijiet li diġà jeżisitu, fosthom id-dawra tal-kosta ta' madwar il- Belt Valletta, fejn postijiet meħuda mill-karozzi jingħataw lin-nies. Iżda dan mhux se jfisser problema akbar ta' parkeġġ? Debattista spjega li propju għalhekk hemm bżonn li jinħolqu aktar parkeġġi barra l-ħitan tal-Belt Valletta iżda hawn reġa' insista li kollox jiddependi mill-kollaborazzjoni bejn il-Kunsill, Transport Malta u l-GHRC biex tiżdied l-aċċessibilità tal-vetturi fil-Belt Valletta. 'Iż-żoni ta' bejn il-fortifikazzjonijiet jistgħu jiġu żviluppati' Preżentament għaddeja ħidma biex jintużaw u jiġu żviluppati ż-żoni ta' bejn il-fortifikazzjonijiet. Insista li l-Gvern diġà qed jagħmel dan permezz tal-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) iżda kompla jgħid li hemm diversi żoni li mhux aċċessibbli għan-nies u li b'investiment dawn jistgħu jiġu rinovati u utilizzati. Temm ifakkar bi proġett li diġà saru, kemm minn Gvern Nazzjonalista, fosthom Pjazza San Ġorġ u Misraħ Ħelsien u fit- trasformazzjoni ta' Pjazza Tritoni u Pjazza Kastilja li saru fl-aħħar snin.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018