Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325
Aħbarijiet 4 Minn Yendrick Cioffi MALGAZZETTA ILLUM, il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici saħaq li kien jippreferi jirriżenja milli jiffirma liġi li tmur kontra dak li tgħidlu l-kuxjenza. Din il-gazzetta staqsiet lit-tliet Presidenti Emeriti x'kienu jagħmlu kieku kienu minflok il-President Marie-Louise Coleiro Preca u quddiemhom tiġi liġi li ma jħossux li għandhom jiffirmaw. Dan wara li dalgħodu, Coleiro Preca ħabbret li se tiffirma l-liġi tal-IVF (kif emendata mill- Gvern) għax ma tistax tagħmel mod ieħor. Mistoqsi x'kien jagħmel kieku kien minflok Coleiro Preca, Mifsud Bonnici qal li filwaqt li jirrispetta d-deċiżjoni tal-President, għax fi kliemu kulħadd għandu l-kuxjenza tiegħu, hu ma kienx jiffirma din il-liġi u kien jippreferi jirriżenja. "Għalija din il-liġi mhux aċċettabbli," saħaq il-President Emeritu. Mistoqsi jekk fi żmien meta hu kien President kienx affaċjat b'deċiżjoni simili, Mifsud Bonnici wieġeb fin- negattiv, madanakollu qal li kien għamilha ċara illi li kieku l-Gvern kellu jiġi quddiemu b'liġi li tippermetti l-piena tal- mewt, kien jirriżenja. George Abela u Eddie Fenech Adami... Din il-gazzetta talbet ukoll ir- reazzjoni tal-President Emeritu George Abela li madanakollu wieġeb biss li ma jħossx li huwa prudenti li jagħti kummenti. Mill-banda l-oħra, kelliem għal Eddie Fenech Adami qal lil dan is-sit li l-President Emeritu ma għadux jagħti kummenti lill-midja. Il-President ilha xettika dwar il-liġi... Fl-istqarrija, il-President ikkonfermat li r-riservi tagħha dwar il-liġi l-ġdida tal-IVF iduru madwar l-iffriżar tal- embrijun, li mad-daqqa tal- firma tagħha, se jsir in-norma u mhux l-eċċezzjoni. "Kull bniedem, anke fi stat embrijoniku, ma għandu qatt jiġi użat bħala oġġett jew li intenzjonalment jitpoġġa f 'riskju li ma jkomplix jiżviluppa b'mod normali." Għalkemm il-President, kull meta ġiet mistoqsija mill-gazzetta ILLUM, qatt ma kkomettiet ruħha li tiffirma din il-liġi, dalgħodu qalet li se tiffirma wara proċess twil ta' riflessjoni u dixxerniment u wara li ħadet diversi pariri etiċi, morali u legali. Madanakollu, ħasset li kellha tisħaq fuq il-fatt li se tiffirma biss b'rispett sħiħ lejn il-proċess demokratiku u l-Kostituzzjoni. L-ewwel darba li l-President kienet uriet ix-xettiċiżmu tagħha dwar l-emendi tal- Gvern kien fil-pass bla preċedent li ħadet f 'April li għadda meta talbet għall- proċess itwal ta' riflessjoni u ofriet li tkun medjatur f 'konsultazzjoni wiesgħa. Iltaqgħet ma' Fearne imma... Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-President kellha numru ta' laqgħat mal-Ministru għas- Saħħa Chris Fearne, li ressaq bidliet għall-emendi proposti oriġinarjament, iżda l-punt l-aktar kontroversjali, jiġifieri dak tal-iffriżar tal-embrijun baqa' fejn hu u saħansitra ssaħħaħ meta l-professjonisti ngħataw il-possibbilitá li jiffertilizzaw ħames bajdiet sa mill-ewwel ċiklu. Nhar il-Ħadd li għadda, il-President saħansitra laqgħet għandha diversi gruppi li jsejħu lilhom infushom favur il-ħajja u resqet it-tħassib tagħhom lill-Gvern. L-għada, f 'kummenti lill- midja, il-Prim Ministru kien qal li reġa' talab mill-ġdid il-parir tal-Avukat Ġenerali li kkonferma li din il-liġi hija 100% Kostituzzjonali. L-emendi tal-Gvern għaddew mill-Parlament nhar it-Tlieta li għadda, meta l-Gvern ivvota favur u l-Oppożizzjoni kontra. illum | Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna AVVIŻ – IS-VII SEJĦA Fond ta' Koeżjoni L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall- Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza (MEAE), tixtieq tħabbar li se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti minn Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet mis-Settur Pubbliku, Istituzzjonijiet Pubbliċi u Amministrazzjoni pubblika inklużi Intrapriżi tal-Gvern taħt l- Ass Prijoritarju u l-Prijoritajiet ta' Investiment elenkati hawn taħt. Is-sejħa se tagħlaq il-Ġimgħa 14 ta' Settembru 2018 f'nofsinhar. Ass Prijoritarju 10 – 'L-Investiment f'soċjetà aktar ekolooġika' Prijorità ta' Investiment (IP) 6i – Isir investiment fis-settur tal-iskart biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-bżonnijiet, identifikati mill-Istati Membri, għal investiment li jmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet. Prijorità ta' Investiment (IP) 6ii – Isir investiment fi-ssettur tal-ilma biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentiali tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-bżonnijiet, identifikati mill-Istati Membri, għal investiment li jmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti ta' proġetti hija disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ inlużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà u n-noti ta' gwida dwar l-indikaturi marbuta ma' dan l-avviż huma disponibbli wkoll fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Applikanti prospettivi huma mħeġġa sabiex jirreferu għall- Programm Operattiv I disponibbli fuq l-istess sit u n-noti ta' gwida dwar l- eliġibbiltà sabiex jivverifikaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall- finanzjament permezz ta' din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni fuq din-sejħa u fuq il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 tista' tinkiseb minn fuq http://eufunds.gov.mt. Mistoqsijiet oħra, u talbiet għall-parteċipazzjoni fis-sessjonijiet ta' informazzjoni, li se jsiru dwar din is-sejħa, jistgħu jintbagħtu fuq l-email tal-PPCD info.eufunds@gov.mt. Programm Operattiv I – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014- 2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali 'Kont nippreferi nirriżenja milli niffirma' – Ugo Mifsud Bonnici George Abela ma jħossx li huwa prudenti li jikkummenta u Fenech Adami ma għadux jagħti kummenti