Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 Intervista 12 Ħafna jħossu li intom tirrinforzaw il- partiġġjaniżmu u ma tippromovux il-ħsieb kritiku. X'taħseb? Il-Partit Nazzjonalista, fil-mument jinsab fl- Oppożizzjoni. Il-kelma minnha nnifisha ma tantx tgħin sabiex tinbidel din l-idea, għax hi kelma tqila u xi ftit negattiva wkoll. Biss ma naqbilx mal-fatt li l-PN jitkellem b'partiġġjaniżmu biss. Bla dubju l-Partit għandu l-valuri tiegħu u hu importanti li jżomm dawn il-valuri sodi u fl-istess ħin jipprova kemm jista' jkun iżomm lilu nnifsu aġġornat maż-żminijiet tal-lum. Iżda fi żmien riċenti l-PN, f 'diversi sitwazzjonijiet oppona deċiżjonijiet tal- Gvern, bħal-liġi tal-IVF u maternità surrogata. Issa jien ma naħsibx li l-PN biss ma qabilx, iżda hemm ħafna nies hemm barra li huma wkoll kontra din il-liġi. Għaldaqstant tajjeb li nsemmu wkoll li f 'ċertu deċiżjonijiet importanti l-PN appoġġja lill-Gvern, b'eżempju riċenti tkun il- kwistjoni tal-immigranti illegali. X'inhuma l-ambizzjonijiet tiegħek fil-partit? Jien inħobb nimxi ġurnata b'ġurnata u sal- lum wasalt sabiex inkun kandidat f 'isem il-Partit Nazzjonalista għall- Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Għalija hu pass importanti ħafna. 'Il quddiem ma nafx u naħseb mhux ġust nitkellem fuq dak li jista' jiġri 10 snin oħra jew iktar meta għadni qiegħed nagħmel l-ewwel passi tiegħi fil-politika. Ovvjament, li hu żgur huwa li se nkun qiegħed naħdem fi ħdan il-PN fil-futur, tkun xi tkun il-pożizzjoni tiegħi. Taqbel mal-legalizzazzjoni tal-marijuana għal skopijiet rikreattivi? Għaliex? Assolutament ma naqbilx. Naf li bħala sustanza hi forsi l-inqas waħda perikoluża mis-sustanzi kollha li jissemmew, però naf ukoll jew aħjar nibża' li jekk tiġi legalizzata, tkun inqabżet l-ewwel barriera li dejjem kienet l-itqal waħda, u la darba tinqabeż l-ewwel barriera, x'garanzija għandi li ma jinqabżux barrieri oħrajn? Taqbel mal-abort? F'liema ċirkostanza? Għaliex? Ma naqbilx, u qatt ma nista' naqbel. Kif nista' naqbel li tinqatel ħajja umana? Riċentement rajt xi filmati ta' tobba li jispeċjalizzaw fuq l-abort, u meta tibda tara l-filmati ta x'jiġri waqt dan il- proċess, tinduna li mhux biss qegħdin jinqatlu ħajjiet umani iżda jkun qiegħed isir massakru fil-veru sens tal-kelma. Fl-2019 hemm l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew. Iż-żgħażagħ għaliex għandhom jivvutaw lilkom? Għax sħubija fl-Unjoni Ewropea hi fiha nnifisha proċess kontinwu ta' tiġdid u mmodernizzar ta' pajjiż, ħsieb u għixien. Kien il- PN li fehem dan u stinka biex ksibnieh. B'hekk hu l-uniku partit konvint li permezz tas-sħubija nistgħu nkomplu nġeddu, intejbu u nsebbħu pajjiżna. Iż- żgħażagħ u t-tiġdid imorru flimkien. Bħalma jmorru flimkien iż-żgħażagħ, il-PN u l-Unjoni Ewropea. 'It-tfal tal-partit' fuq l-abort, il-partiġġjaniżmu Jekk tigi legalizzata l-marijuana, tkun inqabżet l-ewwel barriera li dejjem kienet l-itqal waħda, u la darba tinqabeż l-ewwel barriera, x'garanzija għandi li ma jinqabżux barrieri oħrajn?" " Jgħidu li ż-żgħażagħ ma jinterressahomx wisq mill-politika. Imma dan veru? Il-fergħat taż-żgħażagħ fiż- żewġ partiti qegħdin hemm biex isostnu t-tribaliżmu politiku f 'din il-gżira? Jew qegħdin hemm biex jip- promovu ħsieb kritiku u jservu ta' ruħ għall-partit? Din il-ġimgħa l-ILLUM tkellmet maż-żewġ żgħażagħ li għalihom il-partit huwa kważi ħajjithom: is-Segretarju Ġenerali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL), Georvin Bugeja u l-uffiċjal fil-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN), Jean Carl Agius Ciscaldi li huwa wkoll kandidat tal-PN għall-elezzjonijiet tal-Kunsill lokali għall-Pietà. " Jean Carl Aguis Ciscaldi - Uffiċjal tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018