Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 Sports 26 Rebħa meritata għall-Messiku li titfagħhom mal-aħħar 16 minn Cristian Antony Muscat Korea t'Isfel ................. 1 Messiku ....................... 2 ILMESSIKU kisbu l-kwalifikazzjoni għar- rawnd tal-aħħar 16 meta bl- aktar mod meritat għelbu l-isfida tal-Korea t'Isfel bl-iskor ta' 2-1. Il-Messiku rebħu penalty fil-25 minuta meta kross indirizzat għan-nofs tal- kaxxa ta' Miguel Layun ħabat ma' id Hyunsoo Jang. Mill-11-il metru nkariga ruħu Carlos Vela li ma żbaljax hekk kif permezz ta' xutt potenti tefa' l-ballun fix-xibka, bil-ballun imur naħa u l-goalkeeper korean Hyeonwoo Jo jmur fin-naħa opposta. B'hekk l-attakkant Messikan li jilgħab ma' Los Angeles FC fl-Istati Uniti sar l-ewwel plejer li skorja minn penalty għal pajjiżu f 'edizzjoni tat-Tazza tad- Dinja sa minn Cuauhtemoc Blanco li kien sab ix-xibka mill-11-il metru fit-Tazza tad-Dinja tal-2010 fl-Afrika t'Isfel. Il-Messikani komplew jagħfsu u fil-51 minuta, xutt mid-distanza ta' Hirving Lozano għadda barra. Il-Koreani wieġbu sitt minuti wara meta xutt minn pożizzjoni ideali ta' Sungyueng Ki ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper Messikan, Guillermo Ochoa. Il-Messiku reġgħu ħolqu l-periklu fis-60 minuta għal darb'oħra permezz ta' Hirving Lozano li kellu xutt mill- viċin imblukkat tajjeb minn Hyeonwoo Jo. Huma rduppjaw l-iskor fis-66 minuta meta minn konrattakk veloċi, Hirving Lozano għadda tajjeb lejn Javier Hernandez li b'abilità liema bħalha, tefa' l-ballun fix-xibka. Il-Koreani naqqsu l-marġni tal-iskor fil-ħin miżjud permezz ta' xutt mid-distanza ta' Heungmin Son, li ma ta l-ebda ċans lil Guillermo Ochoa li jsalva. Korea t'Isfel Jo, Lee, Son, Ju (Woo Lee 64'), Hwang, Kim (Hong 84'), Ki, Lee, Moon (Jung 77'), Kim, Jang Messiku Ochoa, Salcedo, Layun, Vela (Dos Santos 77'), Hernandez, Moreno, Herrera, Guardado , (Marquez 68'), Alvarez, Lozano , (Corona 71'), Gallardo Referi Milorad Mazic (SRB) 20mm All round Bleed DRAGONFLIES AND DAMSELFLIES OF THE MALTESE ISLANDS DRAGONFLIES AND DAMSELFLIES OF THE MALTESE ISLANDS Charles Gauci coloured, actively walking along gardens However, these having water as damselies are larval and most types number is is of these species species for the the stages being of also raise a general public teaching secondary State Nature Warden until has been years. his early ornithological A Guide Birds of He also and was journal 'il- interest fascinated by they now Charles Gauci P R E-P U B LI CAT I O N O FFER MediaToday is pleased to o er a pre-publication o er of €15.00 (original price is €20) including packaging and postage of the full-colour hardback edition of Dragon ies and Damsel ies of the Maltese Islands by Charles Gauci published by Birdlife Malta. The pre-publication o er is valid until 27 June 2018 and is only available to residents of Malta and Gozo. Please send a cheque addressed to MediaToday, Vjal ir-Rihan, San Gwann together with your name, address and contact number Javier Hernandez jifraħ bil-kbir wara li skorja t-tieni gowl għall-Messiku CARLOS VELA Skorja l-ewwel gowl għall-Messiku minn penalty fil-25 minuta. Jilgħab ma' Los Angeles FC fl-Istati Uniti. Sar l-ewwel plejer li skorja minn penalty għal pajjiżu f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja sa minn Cuauhtemoc Blanco li kien sab ix-xibka mill-11-il metru fit-Tazza tad- Dinja tal-2010 fl-Afrika t'Isfel.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018