Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 Sports 30 Kif għażilt ir-refereeing u propju r-refereeing fil-futbol? Meta kont żgħir minn dejjem kont inħobb il-futbol iżda fl-età ta' 16-il sena ħassejt li qatt mhu se nagħmilha bħala plejer tal-futbol. Għalhekk, provajt insib kif xorta stajt nibqa' involut fil-logħba u għażilt ir-refereeing. Aħna l-ġurnalisti li nsegwu mill-viċin il-logħob tal-Premier, ninnutaw li r-rispett lejn ir-referis naqas ferm. Tikkonferma dan? Ma naqbilx ma' stqarrija bħal din ghax b'mod ġenerali nħoss li kemm in-nies involuti fil-futbol kif ukoll il-pubbliku ġenerali mmaturaw u r-rispett lejn ir-referis żdied. Ovvjament, se jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-emozzjonijiet u l-passjoni jirrenjaw u s-sentiment ta' rabja jipprevjeni. Imma nemmen li din hija l-eċċezzjoni u mhux in- norma. Mill-kummmeti li tisma' mill- istands tħoss li l-pubbliku sportiv Malti li jsegwi l-logħbiet tal- Premier fadallu x'jimmatura? Il-kummenti lejn ir-referi tismagħhom minn kull sapporter minn madwar id-dinja kollha u f 'Malta mhix eċċezzjoni. Dak li nemmen li l-partitarji jeħtieġu jimmaturaw aktar hija fir-rigward ta' kritika inġusta mgħoddija lejn ir-referi minħabba n-nuqqas ta' għarfien dwar ir-regolamenti tal- logħba. Minn fejn jiġu l-ikbar insulti - mill- partitarji fl-istands jew mill-plejers fil-grawnd? Ovvjament mill-pubbliku għax kieku l-plejer joffendi lir-referi jiġi muri l-karta l-ħamra. Imma nixtieq nenfazizza li hija l-eċċezzjoni li l-plejer jintwera l-karta ħamra għall-insulti lejn ir-referi għax b'mod ġenerali l-plejers għandhom rispett lejn ir-referis. Xi tħoss meta xi kultant jinstemgħu titli oxxeni indirizzati lejk? Itellfuk waqt il-kontroll tal-logħba jew drajthom u ma tagħtix kas? Li tkun insultat huwa parti mir- rwol tagħna u trid taċċetta li inti bniedem publikku u ħa tiġi skrutinat u insulentat. Kull referi jrid ikun mentalment b'saħħtu biex jinjorahom u jiffoka fuq il-partita. Jien personalment ma jagħmlux bija għax tant inkun iffukat li ninjora dawn l-insulti. Kif tipprepara ruħek fiżikament u psikoloġikament qabel il-logħba? Rigward il-preparazzjoni fiżika tagħna, aħna nittrenjaw kuljum b'sessjonijiet ta' ġiri, eżerċizzji biex insaħħu l-muskoli u eżerċizzji fuq il-grawnd tal-futbol biex nippreparaw aħjar rigward pożizzjonijiet u movimenti waqt il-logħba. Taħriġ relatat mal- psikoloġija jinkludi sessjonijiet ta' viżwalizzazzjoni li jgħinuna nkunu aktar b'saħħitna u nkunu ppreparati biex niffaċċjaw mumenti differenti fil-logħba. Apparti dan nippreparaw lilna nfusna minn livell tattiku billi nfittxu informazzjoni dwar it-timijiet, ġeneralment billi naraw il-logħbiet tat-timijiet rispettivi sabiex inkunu nistgħu nkunu aktar ippreparati fuq il-moviment u l-pożizzjonijiet tagħna. Naf li psikoloġikament trid tkun b'saħħtek biżżejjed biex ma tiġix influwenzat mill-kummemti tan- nies mhux biss qabel il-logħba iżda anki wara l-logħba. Kif tagħmel dan? Kif semmejt diġà bħala referi għandek tkun mentalment b'saħħtek u taċċetta li inti figura pubblika u qiegħed fl-iskrutinju tal-pubbliku. Jien personalment nipprova li ma naqrax dawn il-kummenti u niffoka biss fuq il-logħba. Kif tħares lejn il-livell tal-futbol Malti? Tħoss li dan naqas jew żdied minn kemm ilek tirrefja? Fil-fehma tiegħi, kull era tal-futbol kellha l-karatteristiċi differenti tagħha, fejn forsi fil-passat it- teknika kienet iktar importanti, forsi issa l-logħba hija iktar mgħaġġla u b'saħħitha. Ir-rwol tar-referi mhuwiex li jqabbel il-livell tal-futbol imma li jipprepara aħjar għat-talbiet tal-logħba li jkun ħa jirrefja. Int tiġi appuntat għal numru ta' logħbiet internazzjonali ta' ċertu kalibru. Iżda liema hija dik il- logħba li l-aktar tibqa' tiftakar? Kull logħba internazzjonali li għaliha nkun appuntat hija memorja sabiħa u tagħtik sodisfazzjon kbir. Ovvjament, meta tiġi appuntat għal logħbiet li jinvolvu timijiet nazzjonali bħall-Italja, it-Turkija u fil-livell U/21 l-Olanda, l-Ingilterra, l-Italja u r-Russja u timijiet oħra ta' ċertu livell għoli huwa ta' unur kbir. Logħbiet prestiġjużi oħra jinkludu logħbiet fil-livell tal-klabb - UCL u UEL u jinkludu timijiet bħal APOEL, FC Midtjylland u timijiet Ewropej oħra. Barra minn dan, kelli wkoll l-opprtunità li niġi magħżul biex nirrefja f 'erba' UEFA Youth Final Tournaments fejn kelli x-xorti li nikkontrolla l-kwarti tal-finali bejn ir-Russja u l-Ingilterra. Fil-livell tal Youths ġejt ukoll appuntat għal numru ta' partiti UYL li jinkludu timijiet bħal Milan, Barcelona, Real Madrid, Benfica, Monaco u Roma. Int żort diversi stadjums barra minn Malta. Kif tqis ir-riżorsi li għandna f 'Malta fejn wieħed jista' jagħmel it-taħriġ tiegħu meta kkumparati ma' dawk li wieħed isib barra minn Malta? Fil-karriera tiegħi kelli x-xorti li nirrefja f 'madwar 40 pajjiż diffrenti u żort numru ta' grawnds u nista' ngħid li ltqajt kemm ma' stadjums u infrastruttura li huma aħjar minn tagħna kif ukoll li huma agħar minn tagħna. Naħseb li b'mod ġenerali, il-faċilitajiet tagħna huma tajbin u għandna nkunu xxurtjati u kburin li meta mqabbla ma' pajjiżi oħra li huma tal-istess livell u daqs għandna faċilitajiet u grawnds tajbin. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-Kap tad-Dipartiment tar-Referees Kevin Azzopardi? Mas-Sur Azzopardi għandi relazzjoni b'saħħitha u tajba u bħala referi fl-ogħla diviżjoni għandi kuntatt regolari miegħu fejn niddiskuti b'mod kontinwu l-progress u l-prestazzjonijiet tiegħi. X'tikkumemnta fuq l-amministrazzjoni tal-MFA mmexxija mill-President Norman Darmanin Demajo? Fl-opinjoni tiegħi l-MFA dejjem tat l-importanza lis-settur tar- refereeing u din l-amministrazzjoni mhix eċċezzjoni. Qed isir ħafna investiment fit-taħriġ u t-tħejjija tar-referis u nħoss li għandna l-appoġġ sħiħ, ir-rispett u l-fiduċja tal-MFA u l-President. Taħseb li għad jasal żmien f 'Malta fejn wieħed ikun jista' jaqla' l-għixien tiegħu biss mir-refereeing? Naħseb li hija l-ħolma ta' kull referi li jkun professjonali u nemmen li tista' tkun possibli iżda tinvolvi ħafna investiment u studju kif din tista' tiġi implimentata. Tittrenjaw flimkien bħala referis li tirrefjaw f 'Malta? Tagħmel ukoll xi taħriġ personali fosthom ġiri? Iva, nittrenjaw flimkien taħt il- gwida ta' physical trainer kif ukoll għandna sessjonijiet personali li jinkludu gym u eżerċizzji oħrajn. Għandek xi ħolma partikolari fil- karriera ta' referi? F'Mejju li għadda, ilħaqt wieħed mit-tragwardi li kelli fix-xena lokali meta rrefjajt il-Finali tal- FA Trophy u sirt wieħed mill-ftit referis li rrefjajt il-finali kollha fil kamp lokali inkluż Premier League Championship Decider. Il-mira lokali li jmiss hija li nirrefja l-200 Fost l-aqwa u l-aktar referis Cristian Antony Muscat Alan Mario Sant - fost l-aqwa u l-aktar referis rispettati f 'pajjiżna u li f 'Mejju li għadda, laħaq wieħed mit-tragwardi li kellu x-xena lokali meta rrea l-Finali tal-FA Trophy u sar wieħed mill-ftit referis li rrea l-nali kollha l-kamp lokali inkluż Premier League Championship Decider. "Il-mod tal-ħsieb tiegħi minn dejjem kien li naħdem ħafna u nħejji b'mod professjonali għal- logħbiet. Din l-attitudni ħaditni minn pass għall- ieħor sal-pożizzjoni li għandi llum. L-għan tiegħi huwa li nkompli naħdem b'mod professjonali u nispera li nilħaq livelli ogħla fil-futbol internazzjonali."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018