Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet mhux kuntenti bl-ispazji pubbliċi 'Mhux biżżejjed niddandnu bil- boutique hotels u s-sinjuri' Min-naħa tiegħu, il-kelliem tal-Oppożizzjoni, Claudio Grech, wera t-tħassib tiegħu, għax fi kliemu, il-Belt Valletta ilha għal dawn l-aħħar snin isofri minn 'emoreġija qawwija' ta' spazji pubbliċi u miftuħin. "Ir-residenti Beltin qed jassistu għat-tnaqqir konsistenti fl-ispazji fejn jistgħu jgħixu u jgawdu l-lokal tagħhom," saħaq Grech. 'Parkeġġi illegali u toroq magħluqa bl-imwejjed' Waqt li tkellem b'mod partikolari dwar il-problema tal-parkeġġ, Grech insista li spazji riservati għall-parkeġġ "qed ifaqqsu b'mod sfaċċat abbużiv u illegali." "Bankini u saħansitra toroq, minn żoni pedonali spiċċaw estensjoni ta' stabbilimenti li jinjoraw id-dritt ta' resident li jgawdi l-ispazji pubbliċi," kompla jisħaq id-Deputat. Waqt li rrefera għall-imwejjed u s-siġġijiet fil-pjazza ta' quddiem is-Suq tal-Belt, Claudio Grech insista li ma jistax ikun li żoni miftuħa jibqgħu jittieħdu minn ħalq il-beltin biex jinbiddlu f 'żoni kummerċjali. "Hawn min jiddandan bil- Boutique hotels u bin-nies għonja li qed jixtru proprjetajiet kbar. M'hemm xejn ħażin fih innifsu iżda meta l-qofol ta' belt isir biss il-flus u l-kummerċ, dik il-belt titlef ruħha u ssir biss cash register." 'Grawnd tal-futbol tal-biki u pitch mitluq' Mistoqsi x'tip ta' spazji jaħseb li hemm bżonn jinħolqu fil-Belt Valletta, Grech saħaq li l-ewwel u qabel kollox għandu jkun hemm aktar spazji fejn iż-żgħażagħ Beltin ikunu jistgħu jipprattikaw l-isports. "Illum ngħidlek b'ċertezza li m'hemm l-ebda għodda aħjar biex tiġġieled il-problema tad-droga milli bl-isports," insista Grech. "Jekk tara l-istat tal-grawnd tal- futbol tal-Belt u l-istat tal-biki li jinsab fih il-pitch tal-Waterpolo tara b'għajnejk kemm hawn min jimpurtah miż-żgħażagħ Beltin." 'Nittama li flimkien nagħmlu xi ħaġa' Temm jittama li Gvern u Oppożizzjoni jaħdmu flimkien, anke fuq miżuri ta' infurzar biex spazji li ttieħdu mill-komunità jerġgħu jingħataw f 'forom ta' spazji miftuħa u żoni sportivi. 'Spazji pubbliċi ma jintużawx minħabba s-sigurtà' Tkellimna wkoll ma' Pawlu Mizzi, żagħżugħ Belti li huwa wkoll uffiċjal tal-ipprogrammar tal- Fondazzjoni Valletta 2018. Bħala Belti, saħaq li biex il-Belt Valletta tkun ħajja, jeħtieġ li l-Beltin stess, l-ewwel u qabel kollox, jieħdu l-inizjattiva u jipparteċipaw fil-ħajja attiva tal-Belt. "Importanti wkoll li huma stess jagħmlu użu attiv mill- ispazju pubbliku u jerġgħu jħossu li l-Belt Valletta hija tassew tagħhom," insista Mizzi. Madankollu fakkar ukoll li ċertu binjiet inaqqsu l-possibbilità li jsiru ċertu attivitajiet minħabba s-sigurtà, fosthom il- Parlament u Kastilja u appella biex 'din il-limitazzjoni' tkun indirizzata. 'Hemm bżonn napprezzaw mill-ġdid il-kultura li nkunu flimkien' Dwar il-ħidma tal-Valletta 2018, Pawlu Mizzi saħaq li l-Fondazzjoni taħdem ħafna biex timplimenta proġetti li jħeġġu l-użu tal-ispazji miftuħa mill-komunità. Saħaq li saru diversi diskussjonijiet biex entitajiet lokali anke dawk governattivi jgħinu biex jiġu rriġenerati spazji fejn l-interazzjoni bejn in-nies tkun tista' tiġġedded. Semma l-attività Shake It, proġett tal-NGO Move biex l-ispazji kulturali jiġu mmaġinati b'mod ġdid bħala spazji ħajjin fejn l-iskop ma jibqax dak kummerċjali iżda dak ta' interazzjoni f 'attivitajiet varji. Kien hawnhekk li wera x-xewqa li kull entità governattiva tifhem 'il- bżonn urġenti' li l-ispazji fl-ibliet u l-irħula tagħna jerġgħu jsibu skop fil-ħajja ta' kuljum tal-komunità Maltija, mhux biss permezz tal-kummerċ iżda fuq kollox bil-kultura li tiddistingwi lill- Maltin, jiġifieri dik li nkunu flimkien. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin f 'taħditiet mal-ogħla awtoritajiet Palestinjani ILMINISTRU għall- Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela għamel żjara uffiċjali fix-Xatt tal-Punent li matulha kellu taħditiet fil-belt ta' Ramallah mal- Prim Ministru, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Espatrijati u mal-Ministru tal-Ekonomija Nazzjonali Palestinjani. Iż-żjara saret nhar l-Erbgħa u l-Ħamis, l-20 u l-21 ta' Ġunju 2018, dahar ma' dahar żjara uffiċjali oħra fl-Iżrael. Fix-Xatt tal-Punent, il-Ministru Abela kien akkumpanjat minn delegazzjoni kummerċjali li kienet magħmula minn rappreżentanti tal-Malta Enterprise u tal- Kamra Maltija tal-Kummerċ, l-Imprenditorija, u l-Industrija, kif ukoll minn esperti tekniċi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (l-FSWS) u mill-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza, u t-Teknoloġija (l-MCAST), li nnegozjaw u kkonkludew it-tieni ċiklu tal-Kumitat Intergovernattiv Konġunt bejn Malta u l-Palestina. L-għan ta' dan il- kumitat konġunt hu li jiskopri inizjattivi u modi innovattivi ta' koperazzjoni f 'diversi livelli bejn iż-żewġ naħat. It-tieni ċiklu kkonkluda ftehimiet fuq għadd ta' inizjattivi fl-oqsma tal-kummerċ, tal-kultura, tal- affarijiet soċjali, tal-edukazzjoni u tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet. Malta offriet li tħarreġ lil għadd ta' diplomatiċi Palestinjani fl- Ingliż kummerċjali kif ukoll lil uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili. Mal-PM Rani Hamdallah, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Espatrijati Riad Al Malki u mal-Ministru tal-Ekonomija Nazzjonali Abeer Odeh, il-Ministru Abela ddiskuta il-ġejjieni tal-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani u dwar modi tanġibbli kif jistgħu jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali, partikolarment fil-kummerċ u fit-turiżmu. Kellu wkoll skambju ta' fehmiet mal-leġiżlatur, attivista u akkademika Palestinjana Hanan Ashrawi li fil-passat serviet bħala l-kelliema ewlenija tad-delegazzjoni Palestinjana fil-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani. Fil-binja tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Espatrijati, il-Ministri Abela u Al Malki ffirmaw memorandum ta' qbil dwar koperazzjoni ġudizzjarja u ieħor dwar koperazzjoni dwar affarijiet tal-biedja. Barra minn dan, il-Kamra Maltija tal-Kummerċ iffirmat memorandum ta' qbil mal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Biedja Palestinjani. Fi tmiem iċ-ċerimonja tal-iffirmar, il-Ministru Abela ppreżenta lill-Ministru Al Malki b'ittra li twiegħed kontribuzzjoni ta' €5,000 għar-restawr tal-Knisja tan-Natività f 'Betlem. Il-Ministru Abela għamel taħdita dwar 'Malta u l-Vokazzjoni Mediterranja Tagħha' fl-Università ta' Birzeit, istituzzjoni edukattiva Palestinjana distinta b'kampus modern qrib il-belt ta' Ramallah. Hu kien diġà għamel taħdita simili bl-istess tema fl-Università ta' Haifa fl-Iżrael jumejn qabel. Wara, il-Ministru ddawwar mal-kamp tar-refuġjati ta' Al Jazalone li jinsab fuq barra tal-belt ta' Ramallah mid- Direttur tal-Operazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Fondi u tax- Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (l-UNRWA) fix-Xatt tal-Punent, Scott Anderson. L-UNRWA tipprovdi servizzi edukattivi, ta' saħħa, ta' għajnuna u soċjali lil aktar minn 5 miljun refuġjat Palestinjan fix-Xatt tal-Punent, f 'Gaża, fil-Libanu, fis-Sirja u fil-Ġordan. Fi tmiem iż-żjara l-Ministru Abela ppreżenta lill-UNRWA b'ittra li twiegħed €50,000 f 'isem il-Gvern ta' Malta. Dawn il-flus iridu jiżdiedu mal-€55,000 li Malta diġà ħarġet aktar kmieni din is-sena. "B'rikonoxximent ta' kemm l-UNRWA qed tagħmel ħilitha kollha biex tgħin u tħares lir-refuġjati Palestinjani u titkellem f 'isimhom, partikularment fl-oqsma tal-edukazzjoni u tas-servizzi tas-saħħa, hu ta' pjaċir għalina li nwiegħdu din is-somma addizzjonali bħala sinjal tal- appoġġ qawwi tagħna", qal il-Ministru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018