Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 2 43 24 19 88 59 33 8 Tlugħ Nru. 729 Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Valletta Cosmed Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Fer- rovija, Santa Venera St. Jude Pharmacy, 213, Triq il- Wied, Birkirkara Regional Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan Chemimart Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard St. Mary Pharmacy, 71, Triq Sir Harry Luke, Mġarr St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il- Mina il-Kbira, Birgu Felice Dispensary, 105, Triq is- Santwarju, Żabbar Gerada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun Mqabba Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi Spiżerija Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria Xagħra Pharmacy, 55, Triq il- Knisja, Xagħra Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita lokalment bir-rag]ad u bil- buffuri kultant VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax- xita RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Tramuntana għall- Grigal forza 3 għal 4 BAĦAR: Ħafif L-OGĦLA: 28˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 3 għal 4 li jsir varjabbli forza 2 għal 3 BAĦAR Ħafif lokalment ħafif għal moderat. Billejl isir ħafif. Raġel iweġġa' wara li waqa' ġo xaft Mc Kay isejjaħ bħala 'ostaklu kbir' il-kirjiet għal dawk li jkunu segwew riabilitazzjoni NHAR il-Ġimgħa, għall- ħabta tas-7pm il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ Għawdex. Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Ingliż ta' 62 sena, indarab wara li għal xi raġuni waqa' ġo xaft ta' blokka ta' appartamenti, għoli ta' madwar sular. Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija għadhom għaddejjin. "LI persuna ssib akkomodazzjoni bi prezz raġonevoli wara li bdiet titfa' saqajha lura fil-komunità saret ostaklu kbir, mhux xi sigriet li ngħidu li għandna persuni li qed isibuha diffiċli jagħmlu l-pass li jmiss wara l-fażi tagħhom f 'residenza fejn jingħataw riabilitazzjoni." Qal dan id-Direttur ta' Caritas Malta Leonid Mc Kay waqt iċ-ċerimonja ta' Gradwazzjoni 2018 li saret fiċ-Ċentru Terapewtiku ta' San Blas. Hu sostna li llum kulħadd jammetti li l-kirjiet privati splodew "sforz l-iżvilupp ekonomiku li qed nesperjenzaw. Meta iktar minn terz tad-dħul ta' familja tmur għall-ispejjeż relatati mal-akkomodazzjoni hemm problema." Mc Kay fakkar illi li jkollok post diċenti bi prezz raġonevoli huwa dritt mhux lussu, "l-istat huwa responsabbli li jara li kull persuna jkollu dan id-dritt salvagwardjat." Filwaqt li esprima sodisfazzjon għall-proġetti ta' housing li qegħdin jew huma ppjanati li jsiru, qal ukoll illi l-Caritas qed tistenna bil- ħerqa l-proposti tal-Gvern dwar din il-kwistjoni. Kienet l-ILLUM illi żvelat kif il-White Paper li tirrigwarda l-kirjiet privati ġiet approvata fuq livell ta' Kabinett. Mc Kay esprima sodisfazzjon għall-għajununa li l-Caritas qed tingħata mill-Gvern anke permezz ta' post ieħor li joffri riabilitazzjoni din id-darba għall-adoloxxenti u minorenni. Huwa żvela kif il-permess għal din il-binja diġà ngħata mill-Awtorità tal- Ippjanar. "Għal sena oħra rreġistrajna iktar u iktar persuni li qed ifittxu l-għajnuna tagħna għax għandhom dipendenza fuq il-kokaina. U aktar ħabbtu l-bibien tagħna minħabba l-użu (mhux neċessarjament dipendenza fuq) tal-kannabis. Xejn ġdid meta tħares lejn ix- xejriet Ewropej. U għalhekk f 'din is-sena implimentajna numru ta' miżuri sabiex il-programmi tagħna jirrispondu aħjar għal dawn il-ħtiġijiet tal-lum." Mc Kay reġa' sostna l-pożizzjoni ta' Caritas Malta kontra l-legalizzazzjoni tal-marijuana għal skopijiet rikreattivi u wera sodisfazzjon għal dak li sejjaħ bħala kunsens illi din hija droga.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018