Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 Minn Liam Carter KIEN Prim Ministru u mexxej Laburista. Rebaħ l-elezzjoni fl-1996 bi swing ta' 20,000 vot favurih. Mexxa l-kampanja Laburista favur partnership mal-Unjoni Ewropea, però llum Ewroparlamentari Laburista. Alfred Sant jitkellem mal-ILLUM fuq il-kwistjoni tiegħu ma' Mintoff, l-opinjoni tiegħu fuq l-UE wara li serva terminu u fuq l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM fuq il-kwistjoni li hu kellu mal- eks mexxej Laburista Duminku Mintoff, Sant kien skjett u qal, "ċertament li kieku Mintoff ma kkontestax għall-elezzjoni tal- 1996 konna nagħmlu 10 snin immexxu aħna." Fl-1998, Mintoff ivvota kontra l-proġett tal-Baċir Numru 1 f 'Bormla li miegħu kien marbut vot ta' fiduċja fil-Gvern li kien imexxi Alfred Sant u b'hekk waqa' l-Gvern. Il-Partit Laburista kellu jistenna sal-2013 biex jerġa' jikseb it-tmexxija tal-pajjiż. "Il-Parlament Ewropew huma wisq maqtugħ mir-realtà tal- poplu" Alfred Sant kien mexxa l-kampanja ta' partnership mal- Unjoni Ewropea, li bażikament kienet tisħaq fuq il-bżonn li jkun hemm ftehim speċjali mal-UE simili għal dawk li saru ma' pajjiżi bħall-Iżvizzera, minflok sħubija mal-UE. Minkejja dan kollu, fl-2014, Alfred Sant kien elett fil-Parlament Ewropew b'aktar minn 48,700 vot. L-ILLUM staqsiet lill-eks mexxej Laburista jekk inbidlitx l-opinjoni tiegħu fuq l-UE wara li serva għal ħames snin sħaħ bħala MEP. "Le, hemm wisq atmosfera maqtugħa mill-affarijiet li jikkonċernaw iċ-ċittadini. Id-diskussjonijiet huma wisq fl-ajru u teoretiċi. Naħseb li din hija l-problema li qed ikollhom l-Ewropej meta jiġu biex jivvutaw fil-Parlament Ewropew," spjega Sant. Apparti minn hekk, skont Sant, "il-fatt li darba f 'kull ħames snin jiġu eletti deputati li jkunu qegħdin maqbuda f 'kwistjonijiet Ewropej f 'livell għoli joħloq distakk kbir. Jien naħseb li, istutizzjonalment, kif inhu maħdum il-Parlament Ewropew qed joħloq dan id-distakk bejn il-politiċi u l-poplu." Għadu jaħseb li Konrad Mizzi missu jirreżenja? F'April tal-2016, wara l-iżvelar tal-Panama Papers, fuq il- paġna tal-Facebook tiegħu Sant kien qal ċarament li Konrad Mizzi m'għandux għażla oħra ħlief li jitlaq. Wara l-iżvelar ta' stejjer ġodda din is-sena mill-konsorzju ta' ġurnalisti 'Forbidden Stories', għadu bl- istess fehma? "Qed issemmi xi ħaġa storika. Illum iċ-ċirkostanzi nbidlu u l-affarijiet qed nosservahom mingħajr ma nagħmel ġudizzju fuqhom. Kien hemm żviluppi politiċi kbar fil-pajjiż. U l-poplu kellu dritt u ċ-ċans li jesprimu ruħu," saħaq Sant. Hu kompla jgħid kif skontu, "jekk inbidlet ir-realtà politika, jien niġġudika fuq affarijiet ta' politika mhux fuq allegazzjonijiet kriminali." Qatt ma ltqajt ma' xi ħadd fl-UE li jitkellem bħall-MEP's Nazzjonalisti. Staqsejt lil Sant jekk jaħsibx li l-interventi tal-MEP's Nazzjonalisti fil-PE huwiex "att ta' tradiment" kif jakkużaw ħafna votanti Labursti... Fuq din l-MEP Laburista insista li "kulħadd jasal għall- konklużjonijiet tiegħu. Dan huwa aġir li nikkundannah. Qatt ma ltqajt ma' xi ħadd fl- UE li jitkellem bħad-deputati Nazzjonalisti." Sant kompla jgħid li "meta tirrifletti realtajiet tal-kostitwenti tiegħek, fil-livell qed tħares l-aqwa interessi tagħhom mhux kif qed jagħmlu l-MEP's Nazzjonalisti. Jużaw kontroversja f 'Malta li imbuttaw huma stess fuq bażi partiġġjana biex mingħalihom jirbħu l-punti." Għaliex Muscat rebaħ tlieta u Sant tilef tlieta? Skont Alfred Sant id-differenza bejn il-Partit Laburista li kien imexxi hu u dak li llum imexxi Muscat hi waħda ta' ideoloġija. "Il-Partit Laburista fiż-żmien tiegħi kien xellug ċentru fi żmien ta' Muscat il-PL trasforma ruħu f 'partit ċentru xellug. Effetivament dik il-bidla ppermetietlu jdaħħal taħt il- kappa tal-Partit Laburista nies li qabel ma kinux jivvotaw lill- istess partit," saħaq Sant. Aħbarijiet 'Qatt ma ltqajt ma' xi ħadd fl-Ewropa li jitkellem bħall-MEP's Nazzjonalisti' Alfred Sant intervistat mill-gazzetta ILLUM jgħid li kieku Dom Mintoff ma kkontestax l-elezzjoni tal-1996 "konna nagħmlu 10 snin fi l-Gvern." "Il-Partit Laburista fiż-żmien tiegħi kien xellug ċentru fi żmien ta' Muscat il-PL trasforma ruħu f 'partit ċentru xellug."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018