Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325
15 Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet ISSEGRETARJU tas-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule ta' Raħal Ġdid, Gordon Dalli, qal mal- gazzetta ILLUM li bħalma għamlu s-sidien, anke l-każin ħa l-pariri legali tiegħu iżda għalissa jippreferi jara kif se jiżvolġu l-affarijiet u jekk il-Parlament hux se japprova l-liġi li tipproteġihom mill- iżgumbrament. Dalli kien qed jitkellem fid- dawl li l-ġimgħa li għaddiet, l-istess gazzetta żvelat li s-sidien tal-binja li ilha snin tintuża bħala s-sede tas- Soċjetà De Paule, lesti jieħdu l-Gvern quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem, għax qed jinsistu li l-liġi li ressaq il- Ministru għall- Kultura Owen Bonnici, tmur kontra l-Kostituzzjoni u tikser id-dritt bażiku li jgawdu mill-proprjetà li hija tagħhom. Filwaqt li saħaq li s-sidien għandhom kull dritt jagħmlu dan, is- Segretarju tal-Każin qal li s-Soċjetà studjat diversi għażliet oħra, fosthom "kunsiderazzjonijiet legali," u qal ukoll li lesti jiltaqgħu u jpoġġu madwar mejda mas- sidien. Mistoqsi jekk is-soċjetà hix qed tipprepara għal kull eventwalità jew inkella hux qed isserraħ rasha wisq fuq l-emenda tal-Gvern, is- Segretarju tal-Każin qal biss li għall-kuntrarju ta' dak li qed jagħmlu s-sidien, is-Soċjetà tippreferi toqgħod kwieta, tara kif se jiżvolġu l-affarijiet u timxi minn hemm. Bħal-lum ġimgħa, l-Avukat tas-Sidien, Hugh Peralta, iddeskriva din il-liġi bħala waħda temporanja u ċert li fi ftit snin oħra, il-qrati se jindunaw li din hija liġi li tmur kontra l-Kostituzzjonali. Meta affaċjat b'dan il- kumment, Gordon Dalli qal li l-ewwel u qabel kollox ma jistax jifhem kif l-Avukat hu daqshekk ċert u t-tieni nett saħaq li anke jekk Qorti tiddikjara li liġi hija kontra l-Kostituzzjoni, xorta waħda huwa l-Gvern li jiddeċiedi jekk ibiddilx il-liġi jew le. Iżda kemm hu minnu li l-Qorti ma tistax tiddetta lill- Parlament? Nhar il-Ħadd li għadda, l-eks Imħallef tal- Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Giovanni Bonello, kiteb artiklu fis- Sundays Times of Malta, jispjega x'jiġri meta liġi tkun kontra l-Kostituzzjoni. Bonello jispjega kif minkejja li l-Kostituzzjoni ta' Malta tgħid ċar u tond li liġijiet li huma inkompatibbli mal- Kostituzzjoni huma 'invalidi,' il-Qorti Kostituzzjonali Maltija 'hija l-uniku waħda fid-dinja Demokratika li abdikat mill-funzjoni tagħha u ħalliet l-aħħar kelma f 'idejn il-politiċi.' Dan ifisser, ikompli jispjega Bonello, li l-Qorti Kostituzzjonali Maltija hija l-uniku waħda li ma tannullax il-liġijiet, meta ssib li jmorru kontra d-drittijiet tal-bniedem, iżda tħalli d-deċiżjoni f 'idejn il- Parlament, li jista' jiddeċiedi li jbiddel liġi jew iħalli kollox kif inhu. "...Jekk il-Qorti ssib li liġi tikser id-drittijiet tal-bniedem skont il-kostituzzjoni, dik il-liġi hija invalida għal min jisfidaha iżda valida u tista' tkun infurzata għall-bqija," jispjega l-eks Imħallef. 'Il-kera li se nħallsu se tkun piż kbir fuq il-każin' L-emenda li qed jipproponi l-Gvern tistipola li każin tal- banda li jkun affaċjat b'ordni ta' żgumbrament, jingħata d-dritt li jibqa' fis-sede jekk jaqbel li jħallas għaxar darbiet aktar f 'kera iżda l-ammont ma jkunx jaqbeż il-1% tal-valur tal- proprjetà. Staqsejna lis-Segretarju kemm il-każin se jkun qed iħallas kera bl-għaxar darbiet aktar. Għalkemm qal li jippreferi ma jgħidx l-ammont, wieġeb biss li l-ammont se jkun 'piż kbir' fuq il-każin. Meta l-ġimgħa li għaddiet kien qed jitkellem fil- Parlament, il-Ministru Owen Bonnici qal li l-Gvern lest jiddiskuti figuri oħra. Intant, bħalissa din l-emenda, li tinsab fl- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, qed tkun diskussa emenda emenda fil-Kumitat Parlamentari għall-Konsiderazzjonijiet tal-Abbozzi ta' Liġi, biex tkun tista' tgħaddi għall-vot finali fil-Parlament. Minkejja li l-Oppożizzjoni esprimiet diversi riservi fuq din l-emenda, anke għax skont il-Kelliema għall- Kultura, Therese Commodini Cachia, din il-liġi toffri biss soluzzjoni temporanzja, il- Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista vvota mal- Gvern fl-istadju tat-Tieni Qari fil-Parlament. Ġaladarba l-Każin De Paule ġie ordnat mill-Qorti biex jiżgumbra sal-aħħar ta' Settembru, wara xogħlijiet strutturali li saru mingħajr il-permess tas-sidien, hu mifhum li l-vot finali dwar din il-liġi se jittieħed qabel mal-Parlament jieqaf għall- btajjel tas-sajf. 'De Paule se toqgħod kwieta u tistenna...' ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio ...imma Gordon Dalli jgħid mal-ILLUM li s-soċjetà studjat diversi għażliet, fosthom kunsiderazzjonijiet legali Aħbar tajba għall- partitarji De Paule Intant, għall- kuntrarju ta' dak li kien qal mal- gazzetta ILLUM fid-29 ta' April li għadda, is-Segretarju żvela kif wara Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret fit-3 ta' Ġunju li għadda, is-Soċjetà ddeċidiet li tkompli bl-impenji tagħha. Dan ifisser li l-banda se tkun qed tieħu sehem fil-festa titulari ta' Kristu Re li Raħal Ġdid se jkun qiegħed jiċċelebra fid-29 ta' Lulju li ġej. Qal li din id- deċiżjoni ttieħdet kemm fid-dawl ta' dak li għaddej bħalissa, fejn tidħol din l-emenda u anke wara s-solidarjetà li fi kliemu rċevew mhux biss mill-għaqdiet u r-residenti ta' Raħal Ġdid iżda anke minn għaqdiet u każini tal- baned oħra. Sa xahrejn ilu, l-istess Segretarju kien qal ma' din il- gazzetta li l-banda kienet se twaqqaf l-impenji kollha tagħha, fosthom anke l-involviment tagħha fil-festa titulari. It-tir kien li jonqsu l-ispejjeż, filwaqt li d-dħul mill-attivitajiet organizzati minn diversi sezzjonijiet tal-każini jmorru kollha għal għan wieħed, jiġifieri li jinstab sit alternattiv.