Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325
illum | Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 16 Opinjoni Jitkellem magħna Frank Psaila Il-kanzunetta maż- żifna inimitabbli ta' Adrian Delia Darba kont avukat U kont nagħmel xebgħa flus kbar Nixrob u nixrob ma' sieħbi Georg U niżfen ma' marti Nickyyyyyy (tirrepetti) Darba kont kuntent Darba kont avukat Dħalt ħafna dejn u zkuk kbar U biex tgħaxxaqha kelli lil Nickyyyyy Li bejnietna high maintenance (tirrepetti) Darba kont kuntent Darba kont avukat Kelli dehra tal-Madonna U qaltli li kont a natural U għalhekk tfajt ismi għall- kap (tirrepetti) Darba kont kuntent Darba kont avukat Ma kontx naf x'għamilt b'idejja Bdejt inpejjep pakkett wara l-ieħor U Nickyyyyy saret impossibli (tirrepetti) Darba kont kuntent Darba kont avukat U apparti lil Muscat kelli Lil Simon dak għajnbaqru Li kien musmar f 'sormiiiiiii (tirrepetti) Darba kont kuntent Darba kont avukat U kemma nixtieq ma nagħmel xejn Noqgħod għal kwieti ngħodd il-liri U nixrob Beaujolais ma' sieħbi Gheorg Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Poodle: Għaliex ħassejt li kellek tintefa taqdef fil-pjazza tas-Siġġiewi? Frank Psaila: Jiena kont qed naħseb li qed naqdef kontra Casa u Metsoala imma mbagħad il-Partit li tant inħobb beżaq dak il-lifa fil-partita. Poodle: Lifa? Min? Frank Psaila: U mhux dak Brigulio, mela tajab għamel karriera jattakka l-PINNE u jilgħabha ta' komunist, u jiddiskuti l-abort u favur l-IVF u mbagħad jiġi frisk frisk u issa jrid isir deputat. Poodle: Imma x'hemm ħażin? Frank Psaila: Int bis-serjetà? Dak faċċol u opportunist. Ma rajtux kif beżaq lil Simon. Poodle: Imma anki mhux int bżaqtu 'l Simon. Frank Psaila: X'għandu x'jaqsam! Simon jaf li l-Partit aktar importanti minn kulħadd. Imma għal Michael x'ala l-bubun, hu li jinterressah il-paga ta' Brussell. Poodle: Imma int mhux ukoll? Frank Psaila: Imma jien ħaqqni. Ara kemm ili nsaffar għall-partit. Dak jitbandal minn partit għall-ieħor. Poodle: Imma x'hemm ħażin li tkun pinnur u faċċol? Il-politiċi mhux kollha hekk. Frank Psaila: Jien ma nistax inkompli sejjer hekk. Jekk fl-elezzjoni li ġejja nispiċċaw li ntellgħu wieħed u dan ikun Michael Brigulio, ma nafx x'nagħmel. Imbagħad mur waqqfu. Poodle: X'jiġifieri? Frank Psaila: Mela ma tafx kemm hu rasu kbira Michael, dak jaħseb li hu materjal għall-kap tal-PN. Isma' Poodle apparti li hu narċissita għandu rasu ikbar mix-xitan innifsu. Poodle: Qed tiffissa! Imma Michael mhux assi intellettwali jista' jagħti lill-partit? Frank Psaila: Iżommhom hu, dan hu Partit Nazzjonalista mhux il-laboratorju esperimentali ta' moħħu. Issa jekk ma jimpurtax ħa mmur għax fadalli nagħmel xi door to door. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Dikjarazzjoni ta' Joe Galea Curmi Jiena Joe Galea Curmi nixtieq nirringrazzja lill-Arcisqof Scicluna li għafas biex inkun jien il-Vigarju l-ġdid. Nirringrazzjah li għaraf u apprezza li jien bħala tal-istess fehma f 'kollox, politiku, kalċistiku u kulinari. U li jiena ħa nkompli fil-passi tiegħu anke meta hu jparpar 'l hemm u jsir Kardinal. Nixtieq ukoll nirringrazzja lil ħija Edgar Galea Curmi li kien sentinel għalija fl-iktar mumenti sbieħ ta' ħajti. U fl-aħħar nixtieq nirringrazzja lil Joseph Muscat, ma nafx għaliex imma hekk, qiegħed fuq moħħi. Fl-aħħar nixtieq insellem lill-embrijuni kollha b'mod speċjali dawk mhux iffriżati u ngħidilhom Corraggio fiuggiamo! Lil hinn mis-siġar I d-dibattitu pubbliku dwar il-proġett tat- toroq, imlaqqam Central Link, huwa ffukat fuq kif dan ser ikollu impatt fuq is- siġar tul ir-rotta tiegħu. Hi diskussjoni importanti għax qed tikkonċentra fuq wieħed mill-impatti viżibbli tal- proġett. Bla dubju is-siġar jeħtieġu kemm il-ħarsien kif ukoll li jiżdiedu fin-numru. Imma l-ħarsien u n-numru tas-siġar, għalkemm importanti hu biss dettall. Bla dubju hemm dettalji oħra importanti li jeħtieġ li jkunu kkunsidrati: fosthom l-art agrikola li ser tittieħed, l-emissjonijiet li jeħtieġ li jonqsu, ewlieni fosthom it- trab fin, kif ukoll it-tniġġiż mill-ħoss. Ftit li xejn, iżda, hawn diskussjoni fuq il-mistoqsija bażika: xi ħtieġa għandna ta' dan il-programm ta' toroq? Biex ikollna tweġiba għal din il-mistoqsija bażika jeħtieġilna nikkunsidraw l-għażliet differenti li għandna li jistgħu jiffaċilitaw il-mobilità sostenibbli madwar il-ġżejjer tagħna. Huma għażliet li qegħdin quddiemna. Nagħmlu użu minnhom? Għaliex nagħmlu użu minn karozzi privati meta nivvjaġġaw għal distanzi qosra? Nafu li madwar nofs il-vjaġġi bil-karozzi privati fit-toroq tagħna jdumu inqas minn ħmistax-il minuta? Aħna u nfittxu tweġiba għall-mistoqsija tagħna m'għandniex niffukaw fuq il-konġestjoni tat-traffiku. Għax il-konġestjoni tat- traffiku fir-realtà hi l-effett u mhux il-kawża tal-problemi li għandna fil-qasam tat- trasport: tfisser biss li t-toroq tagħna ma jesgħux iktar karozzi. Il-materja jeħtieġ li nikkunsidrawha fil-fond u b'mod olistiku. Il-Pjan Nazzjonali għat- Trasport għall-gżejjer Maltin jagħmel eżattament hekk. Meta nħarsu lejn il-proposti mniżżla fil-Pjan Nazzjonali għat-Trasport m'għandniex il-lussu li nagħżlu liema mill-proposti għandhom ikunu implimentati u liema le. Uħud mill-proposti jistgħu jkunu implimentati bla diffikultà. Imma oħrajn huma iebsa għax jindirzzaw il-kawża reali tal-problemi tat-trasport: l-imġiba tagħna. Ftit li xejn qiegħed isir sforz f 'din id-direzzjoni. L-oġġettivi operattivi għat-trasport fuq l-art li nsibu fil-Pjan Nazzjonali għat-Trasport jemfasizzaw il-ħtieġa li tonqos l-użu tal-karozza privata fiż- żoni urbani kif ukoll biex f 'dawn iż-żoni, diġà mifnija b'konġestjoni ta' traffiku, ikunu pprovduti mezzi alternattivi ta' mobilità. Sfortunatament, flok ma timplimenta dawn l-oġġettivi bażiċi Trasport Malta qiegħda tiffoka fuq li żżid il- kapaċità tat-toroq biex tkun indirizzata l-konġestjoni tat-traffiku. Bħala riżultat ta' dan qed tindirizza l-effetti u tinjora l-kawża tal-istat miżerabbli tat-toroq tagħna. Il-politika tal-Gvern ta' investiment massiċċ fit-toroq hu wieħed kontro-produttiv għax fit-tul ser iwassal għal żieda fil-karozzi fit-toroq u allura għal iktar konġestjoni. Is-sussidji sostanzjali tat- trasport pubbliku mhumiex qed ikun effettivi daqskemm nixtiequ. L-impatti pożittivi ta' dawn is-sussidji (u oħrajn) qed ikunu kkanċellati mill-programm massiv ta' investiment fit- toroq: dikjarazzjoni li min ifassal il-politika tat-trasport jippreferi l-użu tal-karozza privata. Ir-riżultat hu messaġġ ċar li l-politika dwar it-trasport f 'Malta sempliċiment tittollera t-trasport pubbliku għax l-emfasi hu kif il- ħajja tkun iktar faċli għal min jagħmel użu mill- karozzi privati. L-affarijiet għandhom ikunu bil-maqlub. Il-Pjan Nazzjonali tat- Trasport jemfasizza b'mod mill-iktar ċar li n-nuqqas ta' ppjanar fit-tul fil-qasam tat-trasport kellu l-impatt li qatt ma kellna pjan integrat ibbażat fuq analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni u bit-tfassil ta' miri ċari. Dan wassal għal nuqqas ta' direzzjoni strateġika u l-inkapaċità li nindirizzaw bis-serjetà l-użu tal-karozza privata fit-toroq tagħna. Wasal iż-żmien li l-Gvern jibda jimplimenta l-pjan tiegħu stress, minflok ma jibqa' jinjorah kif issa ilu jagħmel żmien. carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com CARMEL CACOPARDO