Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 | illum 17 17 W aħda mill-iktar riformi importanti li wettaqna lura fl-2015 kienet il-liġi l-ġdida dwar id-Droga, ċioè dik li biddlet il-mod ta' kif inħarsu lejn min hu vittma ġenwin tad- droga. Sa l-2015 essenzjalment il- liġi kienet tħares lejn il-vittma ġenwin tad-droga bħala kriminal, xi ħadd li kiser il- liġi u li għandu jpatti permezz ta' konsegwenzi penali ta' dak li għamel. Dan il-vittma kien ibigħ id-droga biex imantni u jsostni l-vizzju, allura s-sitwazzjoni terġa' kienet tkun agħar. Il-ġudikanti spiss kienu jappellaw biex il-Parlament iħollilhom ftit il-ħabel li jdejhom kienu marbuta bih huma u jagħtu s-sentenzi għax kienu qed iħossu soċjalment li qed ikomplu jitfgħu piż fuq min hu diġà mfarrak u mkisser. Għalhekk fl-2015 konna wettaqna riforma u din il- ġimgħa komplejna nibnu fuq din ir-riforma. Bir-riforma li għamilna tliet snin ilu ħadna numru ta' deċiżjonijiet importanti fosthom: L-ewwel nett, li min jinqabad fuq pussess sempliċi tad-droga f 'ammonti żgħar ma jibqax jidher quddiem il-Qorti imma minflok jidher quddiem Tribunal Lokali mmexxi minn social worker fejn iħallas multa. Xi ħadd kien kiteb li fil-verità din ma tagħmilx differenza għaliex qabel xorta conditional discharge kienu jeħlu. Saqsi lil min kien suldat xi tfisser libertà kkundizzjonata jew lil kull min sofra konsegwenzi għax iċċappsitlu l-kondotta. It-tieni nett, li kull min jerġa' jinqabad fuq pussess sempliċi tad-droga fi żmien qasir jintbagħat quddiem Board – immexxi mill-Imħallef Giovanni Bonello – sabiex jingħata l-għajnuna kollha biex joħroġ mill-vizzju tad- droga. It-tielet nett, li kull min jitressaq il-qorti akkużat b'pussess aggravat jew traffikar f 'ammonti li juru li dan kienet qiegħed jittraffika biex imantni l-vizzju tiegħu jingħata d-dritt li jitlob li jintbagħat quddiem il-Board immexxi mill-Imħallef Bonello bil-għan li jsir dak kollu possibbli biex joħroġ mill-vizzju gravi, serju u mediku li jkollu. Jekk joħroġ mill-vizzju l-Qorti tkun mbagħad tista' tagħti piena li ma tkunx ħabs bilfors. Fil-fatt fi tliet snin kien hemm madwar 45 talba biex jintbagħtu quddiem il-Board li nofshom ġew aċċettati mill- Qorti. Persuna waħda diġà ħelset il-ħabs billi rnexxielha tgħaddi mill-proċess biex toħroġ mill-vizzju. B'riforma li wettaqna din il- ġimgħa komplejna nibnu fuq il-ħafna tajjeb li sar fuq żewġt ibnadi: L-ewwel nett estendejna għal kategorija oħra ta' vittmi tad-droga id-dritt li jitolbu li jintbagħtu quddiem il-Board tal-Imħallef Bonello, ċioè dawk li matul I-perkors tal- kawża jkunu diġà ħarġu mill- vizzju bis-saħħa tas-support tal-familja. B'hekk issa mhux biss min għadu fil-vizzju u jixtieq joħroġ se jingħata t-tieni ċans, imma anke min kien fil-vizzju, ħareġ u jrid jikkonferma lill-Qorti li hu effettivament ħaqqu jingħata t-tieni ċans. B'hekk inkunu nistgħu naraw iktar persuni li ma jintbagħtux il-ħabs bil-fors u jkomplu għaddejjin jibnu ħajjithom. It-tieni nett estendejna d-dritt li wieħed jitlob li jingħata ċans ieħor anke quddiem il-Qorti tal- Appell. Dan għaliex kien hemm sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li qaltilna li hekk għandu jsir u aħna naturalment se nieħdu d-direzzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u nsegwuha. Meta nħares lura – minn fejn bdejna u sa fejn wasalna nemmen li għamilna ħidma importanti li għamlet id- differenza. L-ewwel pass għadda, issa wasalna għat- tieni pass biex iktar u iktar nies jibbenefikaw mill- possibbiltà tat-tieni ċans. Dan fl-istess waqt li nibqgħu iebsin fuq min jitraffika d-droga purament bħala negozju biex jaqla' l-flus minn fuq dahar is-sofferenzi u t-tkissir ta' ħaddieħor. Bieb ta' Hompesch Jekk hemm monument li hu landmark għas-South kollu ta' Malta dan hu l-Bieb ta' Hompesch. Aħna tas-South ġieli nsejħulu Bieb ta' Hompesch u ġieli nsejħulu l-Mina ta' Hompesch għad li issa ilu snin twal mhux mina, imma Bieb li jindika d-dħul għall-Belt ta' Hompesch, Ħaż-Żabbar. Bis-saħħa ta' skema miftuħa li nidejna għad-diversi Kunsilli Lokali Maltin biex jissottomettu postijiet storiċi li hemm fl-irħula tagħhom li jixtiquna nirrestawraw, il-ħaddiema tagħna tad- Direttorat tar-Restawr għamlu restawr ta' dan il-Bieb li kellu bżonn dawra waħda sewwa. Fil-fatt wara proġett ta' 6 xhur ir-restawr sar mhux biss minn barra, imma wkoll ġie rafforzat minn ġewwa. Il- proġett ġie jiswa €65,000 għax sar in house, iżda kieku kellna nqabbdu l-privat biex jagħmlu x-xogħol faċilment kien jitla' għal iktar minn €120,000 Sfortunatament, xi vandali għażlu li wara li nlestu r-restawr iwaddbu żjut fuq il-binja. Hemm partijiet fejn il-ħaddiema tagħna setgħu jnaddfu dawn iż- żjut u partijiet oħra fejn ma rnexxilhomx inaddfu ż-żjut. Ħasra. Għax wara dak ix-xogħol kollu kien jixraq apprezzament mhux dak l-att ta' kattiverija. Dan il-proġett mhuwiex l-unika wieħed li se nkunu qed nirrestawraw bis- saħħa tal-iskemi li qed nimplimentaw fid-diversi partijiet tal-pajjiż. Proġett eċċitanti ieħor hu r-restawr tal-Knisja l-antika ta' Marsaskala… biss dwar din ngħidilkom ftit iktar 'il quddiem. Id-dinja tal-klassiku Id-dinja tal-klassiku hi verament waħda eċċitanti. Forsi dan hu kamp li mhuwiex daqshekk komuni daqs forom ta' arti oħra fis-settur kulturali imma ma jnaqqas xejn mis-sbuħija tiegħu. In-nies li jikkomponu dan is-settur huma nies verament interessanti u mimlijin ideat u enerġija. Ħafna mill-iktar nies eċċitanti li naf huma kantanti operistiċi jew involvuti fil- mużika klassika. Ma nafx – forsi għax wara dik il-faċċata ta' serjetà li wieħed juża fuq il-palk hemm dinja moħbija ta' nies li jafu jieħdu gost u jferrħu lil ħaddieħor? Din il-ġimgħa tajna żewġ aħbarijiet sbieħ lil dan is- settur - l–ewwel nett ħabbarna li se tittella' l-opra ta' Nicolo' Isouard Cendrillon. Isouard huwa probabbilment l-iktar kompożitur Malti li hu magħruf barra minn xtutna, tant li f 'Pariġi hemm anke triq imsemmija għalih! It-tieni nett ħabbarna li dan is-sajf se jkollna fostna l-Orkestra magħrufa Concertgebouw li hija bla dubju ta' xejn waħda mill-iktar orkestri popolari fid-dinja u dan bħala parti mill-Malta International Arts Festival. Biex żgur ngħaqqdu tripletta, b'tema klassika – inawgurajna wkoll esebizzjoni mtella' minn Heritage Malta fil-kunvent tad-Dumnikani l-Belt dwar ir-rabta ta' dan l-Ordni mal-Belt Valletta. Fiha tara bċejjeċ ta' valur storiku enormi u tara memorji ta' personaġġi b'saħħithom. Kemm hi sabiħa l-kultura f 'kull forma tagħha! Opinjoni OWEN BONNICI "Estendejna d-dritt li wieħed jitlob li jingħata ċans ieħor anke quddiem il-Qorti tal-Appell. Dan għaliex kien hemm sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li qaltilna li hekk għandu jsir u aħna naturalment se nieħdu d-direzzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u nsegwuha" Trattament mhux priġunerija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018