Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 27 'Li kieku xi ħadd kellu jgħidli li kelli nirbaħ il- Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon żgur li ma kontx nemmnu' - Jesrit Camilleri minn Cristian Antony Muscat FTIT tal-ġimgħat ilu, l-atleta ewlieni Malti Jesrit Camilleri rebaħ il- Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon. L-ILLUM tkellmet ma' Jesrit Camilleri nnifsu fejn tana iktar dettalji. Huwa saħaq li: "Li kieku xi ħadd kellu jgħidli li kelli nirbaħ il- Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon sitt xhur biss wara li bdejt nittrenja fil-multisport żgur li ma kontx nemmnu. Infatti, nistqarr li għalkemm diġà għaddew ftit ijiem mit-tiġrija, xorta waħda nħoss li qiegħed ngħix ġo ħolma. Meta sitt xhur ilu ddeċidejt li nidħol fid-dinja tal- multisport, l-intenzjoni tiegħi kienet li nkattar iktar l-esperjenzi tiegħi fi sports differenti u mhux biss nibqa' ffukat fuq il-ġiri fit-tul. Kemm l-għawm kif ukoll ir-rota huma żewġ dixxiplini li jinvolvu ħafna teknika li jiena ma kellix. Barra minnhekk kull tiġrija li tgħaqqad iktar minn dixxiplina waħda tirrikjedi sforz akbar kemm fiżikament u anke mentalment. Mill-bidu nett tlabt l-għajnuna ta' Fabio Spiteri li huwa kowċ u atleta sinonimu ħafna fix-xena tal-multisport lokali. Fabio kien strumentali biex jurini kif il-metodi tat-trejning tiegħi jridu jinbidlu sabiex jakkomodaw it-tliet dixxiplini. Riċentament ukoll aċċettajt li ningħaqad u nibda nirrapreżenta lill-klabb lokali ta' Birkirkara St Joseph fil-multisport. Għalkemm kif għidt qabel dħalt fil- multipsort mingħajr l-ebda prożunzjoni bħal kull ħaġa oħra li nagħmel, dħalt b'ruħi u b'ġismi. Kont nittrenja prattikament seba' darbiet fil-ġimgha u ġieli anke darbtejn kuljum. Il- maġġoranza tat-trejning tiegħi jsir jew kmieni filgħodu inkella tard filgħaxija. Dan ovvjament minħabba l-impenji tax- xogħol tiegħi. Ovvjament mhux kollox kien ward u żahar, infatti sofrejt minn injury f 'saqajja li ġiegħlitni nimmodifika l-pjan tat-trejning tiegħi. L-għan prinċipali tiegħi f 'din it-tiġrija kien li nġib iktar esperjenza f 'dan l-isport u nitgħallem minn atleti veterani lokali li kienu ser jipparteċipaw. Għalkemm kont kunfidenti mill-ġirja tiegħi, kont naf li fl- istadju tar-rota kont ser nibda żvantaġġjat. Infatti, għalkemm wara l-ewwel stadju tat-tiġrija kelli vantaġġ komdu, dan il-vantaġġ tnaqqar kompletament mill- atleta Michael Bongailas fl-istadju tar-rota li meritatament beda t-tielet stadju fl-ewwel post. Biss kif bdejt l-aħħar stadju, dak ta' erba' kilometri ġiri ndunajt mill-ewwel li l-iżvantagg li kelli ma kienx daqshekk kbir u ħassejt li kelli biżżejjed enerġija biex nirkupra kif fil-fatt għamilt. L-emozzjonijiet li ħassejt meta spiċċajt it-tiġrija ma nistax niddeskrivihom. Kuntent li rbaħt imma konxju li għad baqali ħafna u ħafna x'nitgħallem kemm fejn tiġi teknika u tqassim ta' enerġija kif ukoll fil-fażi tat-tranżizzjoni bejn dixxiplina għall-oħra. Nistqarr imma li dan is- suċċess jimlieni b'kuraġġ biex inkompli nagħmel mill-aħjar li nista' biex nimxi 'l quddiem fil- multisport. Inħares 'il quddiem b'ħerqa u entużjażmu li niddefendi t-titlu li rbaħt fil-jiem li għaddew, is-sena d-dieħla u forsi 'l quddiem naqta' xewqti li nirrapreżenta lil pajjiżi barra minn Malta," temm jgħid Jesrit Camilleri. Suċċess għall-weightlifters Maltin fl-Awstrija FILJIEM li għaddew, ġiet organizzata l-ħames edizzjoni tal-Kampjonat tal- Weightlifting tal-Unjoni Ewropea f 'Innsbruck, l-Awstrija. It-tim Malti kien kompost minn Shelby Mangion Vassallo u għall-ewwel darba mill-kompetitriċi internazzjonali Tenishia Thorton. F`din il- kompetizzjoni pparteċipaw atleti minn madwar l-Ewropa fosthom l-Awstrija, Spanja, il-Polonja, l-Italja, l-Iżvezja, is- Slovenja, il-Kroazja u Malta, fil-gruppi tal-età tal-U15, l-U17 u l-U20. Din il-kompetizzjoni kienet ferm importanti minħabba li baqa' biss xahar qabel l-avvenimenti li jikkwalifikaw għall- Olimpjadi taż-Żgħażagħ; il-Kampjonati taż- Żgħażagħ Ewropej. Tenishia Thornton, kategorija (-44kilo) tiżen 41.7 kilo, l-iżgħar atleta preżenti fil-kompetizzjoni tal-weightlifting. Minke- jja li din kienet l-ewwel kompetizzjoni internaz- zjonali tagħha kienet ferm kunfidenti minkejja l-età ta' 12-il sena. Hija rnexx- ielha wkoll tikser rekord Nazzjonali fl-isnatch tagħha stess ta' 37 kilo u flimkien ma' 51 kilo clean&jerk, b`total ta' 88 kilo kisret żewġ rekords oħra nazzjonali. Tenishia qabżet l-aspettattivi meta spiċċat fil-ħames post fil-grupp U15, u spiċċat qabel atleta ta' 14-il sena mill-Iżvezja. Hija spiċċat ukoll fis-16-il post ġenerali mid-19-il atleta kombinati U15, U17 u U20. Fil-grupp U17, Shelby Mangion Vassallo, kat- egorija (-69 kilo) tiżen 64.8 kilo. Mangion Vas- sallo li kien qed jikkom- peti f'din il-kompetizzjoni għat-tieni sena konse- kuttiva spiċċa b`refgħa snatch ta' 58 kilo u 70 kilo clean & jerk. Minke- jja li ma kinitx mal-aqwa kompetizzjoni tagħha, hija spiċċat fis-sitt post fil-grupp U17. L-atleti kienu akkump- anjati mill-kowċ tat-tim nazzjonali, Jesmond Caruana, li huwa wkoll il-President tal-Konfeder- azzjoni tal-Unjoni Ewro- pea. Shelby Mangion Vassallo u Tenishia Thornton -Awstrija Ritratt - MWA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018