Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 Sports 28 'Din il-promozzjoni hija ħolma li saret realtà' - Rodney Bugeja minn Cristian Antony Muscat FILĠIMGĦAT li għaddew, inkitbet l-istorja għat-tim ta' Swieqi United, meta għall-ewwel darba fl- istorja tal-klabb dawn ġew promossi għall-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, wara rebħa meritata li kisbu fir-'Relegation Play-Off ' kontra Zabbar SP bl- iskor ta' 3-0 . Min-naħa l-oħra, għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol Malti, tim ta' diviżjoni inferjuri ħareġ rebbieħ fi 'play-off '. L-ILLUM tkellemt mal- kowċ ta' dan it-tim Rodney Bugeja li tana iktar dettalji. X'fissret għalik personali kif ukoll għal Swieqi United bħala tim din il- promozzjoni storika? Din il-promozzjoni hija ħolma li saret re- altà. Is-suċċess ta' din is-sena, huwa frott tax- xogħol u ppjanar li beda tlett snin ilu. Hija aktar sodisfaċenti għax kelna pjan mill-bidu, u alavolja kien hemm mumenti fejn tibda tiddubita, bqajna nemmnu f'xulxin, bqajna naħdmu id' f'id u irnexx- ilna niksbu pass impor- tanti. Kif ippreparajt il-partita tal-play-off deċisiva li wasslet għal din il-promozzjoni kon- tra Zabbar SP? Ikolli ngħid li l-plejers imxew eżattament fuq l-istru- zzjonijet tiegħek għax kelhom partita mill- aqwa u għelbu l-isfida taż-Żabbarin bl-iskor konvinċenti ta' 3-0. L-ewwel ħaġa li kellna nieħdu ħsieb kien il- moral tal-plejers. Wara t-telfa kontra Marsax- lokk, il-moral kien baxx u kien hemm bżonn li nibnu ambjent pożittiv. Bħalma nagħmlu għal kull logħba, studjajna lil Ħaż-Żabbar, rajna fejn kienu b'saħħitom, u fejn stajna nieħdu vantaġġ min xi dgħjufijiet, kemm individwali u kemm bħala tim. Minn hemm fassalna t-training sessions. Il-plejers kienu eċċellenti fil-logħba, kif kienu matul l-istaġun. Għandna grupp ta' zgħażagħ li lesti jisimgħu u jitgħalmu, li tagħmel xogħolna bħala kowċis ħafna eħfef u ħafna aktar sodisfaċenti. Iddominajtu l-Kamp- jonat tat-Tieni Diviżjoni għal żmien twil fejn saħansitra kontu fl-ew- wel post għall-ġimgħat twal. Madankollu, fl-aħħar partita kontra Marsaxlokk inkredib- bilment tlifttu bl-iskor ta' 3-1. Wara din il- partita, kenm bżajt li din il-promozzjoni setgħet tabilħaqq taħarbilkom minn idejkom? Ma ngħidx li ddomina- jna il-kampjonat. Kien kampjonat sabiħ ħafna, b'ħafna riżultati sorpren- denti matul l-istaġun. Sal-aħħar tliet logħbiet kien hemm sitt timi- jiet li kienu biċ-ċans li jitilgħu. Inkun qed nigdeb jekk nghid li ma konniex ddiżapuntati li tlifna l-ewwel post fl- aħħar ftit logħob, imma dejjem emmint f'dan il-grupp. Ovvjament tin- kwieta li x-xogħol kollu seta' jintilef f'logħba waħda. Kien impor- tanti li nżommu pożittivi, nibqgħu nemmnu fix-xogħol tagħna, u nuru fiduċja fil-plejers. Fl-aħħar mill-aħħar il-plejers urew li konna kapaċi, u li kien ħaqqna nieħdu l-promozzjoni. X'taħseb li kien is-sigriet li wassal għal dan is- suċċess? Mhux sigiret. M'hemmx formula speċjali. Is- suċċess wasal minħabba x-xoghol siwi li għamel kull min kien involut; mil-President u l-Ku- mitat, il-kowċes u staff ieħor u speċjalment il- plejers. Is-suċċess ma wasalx fil-play-off ma' Zabbar. Is-suċċess beda disa' snin ilu, meta l-klabb twaqqaf. Kien hemm pjanar fil-fond, paċenzja biex l-affarijiet isiru sew u mhux ifittxu s-suċċess immedjat. B'hekk, aħna l-kowċis nistgħu naħsbu 'long term'. Meta bdejt jien ma' Swi- eqi United – tliet snin ilu, fassalna pjan li fi żmien 3 sa 5 snin ikollna tim mibni bi plejers tagħna, biex niġġieldu għal promozzjoni. Bdejna infittxu plejers żagħżagħ li jipromettu, minflokk plejers stabbiliti. Ħafna min dawn il-plejers, issa ilhom maghna bejn sentejn u tlieta, fejn issa draw is-sistema ta' kif nahdmu u ed iħadnu l- filosofija tal-club. Ovvjament ma jistax ikollok is-success jekk ma jkunx hemm l-għaqda – speċjalment bejn il-plejers. L-għaqda li hemm fiż-żewg skwadri (minors u kbar) hija r-raġuni prinċipali li kellna s-succes fuq iż-żewġt fronti. Il-plejers mhumiex biss kollegi, imma saru ħbieb kbar, li fl-opinjoni tiegħi tagħmel ħafna differenza meta jiġu l-logħob diffiċli. It-tim ta' Swieqi United li kiteb l-istorja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018