Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat KURT Zahra, atleta li għalkemm għad għandu biss 15-il sena, żgur li għandu futur mill-isbaħ quddiemu f 'dan l-isport li tant iħobb u huwa għal qalbu. L-ILLUM tkellmet ma' Kurt Zahra nnifsu fejn tana iktar dettalji. Huwa stqarr li: "Ili nipprattika l-atletika għal dawn l-aħħar tliet snin. Bdejt nipprattika l-atletika bis-saħħa ta' Sabrina Carabott, li kienet l-għalliema tal- PE tiegħi u hi qaltli biex nibda l-atletika għax għandi ħinijiet tajbin u wara li kont smajt minnha kont bdejt nipprattika l-atletika mas-St Patricks u kienet tikkowċjani Rose Tabone. Wara sena biddilt il-klabb u l-kowċ tiegħi u mort ma' Rush Athletic Club u mal-kowċ Rachid Chouhal. Meta kont iżgħar kont nipprova ħafna dixxiplini differenti imma f 'dawn l-aħħar sentejn bdejt niffoka fuq distanzi qosra li huma minn 60 metru sa 200 metru. Fil-Kategorija Cadets (U14) għandi diversi Category best performances li huma fil-100 metru ta' 12:43s, 150 metru ta' 18:08s u 300 metru ta 39:19s. Is- sena l-oħra meta qlibt għall-Kategorija tal- Youths (U16) għalkemm ma ksirtx rekords xorta kienet sena sodisfaċenti peressli bqajt intejjeb il- ħinijiet tas-sena ta' qabel. L-ikbar sodisfazzjon ġie din is-sena meta rnexxieli nikseb Rekords Nazzjionali fil-100 metru li ksibtu fil-kampjonati nazzjonali b'ħin ta' 11:29s u rekord ieħor tal-200 metru li ksibtu m'ilux fil-'Jeux des îles- COJI' (Island Games) fil- kategorija 'youths' (U16) b'ħin ta' 22.87s. Apparti dan s'issa fil- karriera tiegħi kont ġejt imħabbar bħala l-Atleta tas-Sena mil-MAAA fis-sena 2016 kategorija cadets (U14) u fl-2017 ħadt il-premju għall- kisbiet eċċezzjonali tieghi fl-atletika kategorija youths (U16) mill-MAAA ukoll. Ta' min jgħid li f 'dawn is-sentejn dejjem irnexxieli nikseb l-ewwel post f kull tellieqa li tellaqt fil-kategorija tiegħi. Għal sentejn konsekuttivi kont ġejt magħżul biex nirrapreżenta lil Malta fil-'European Kids Athletics Games-Brno' fir-Repubblika Ċeka u dejjem irnexxieli nniżżel midalja tad-deheb għal Malta. Is-sena l-oħra apparti l-midalja tad- deheb irnexxieli nirbaħ ukoll midalja tal-fidda fit-300 metru u bronż fir- relay. F'Mejju intgħażilt għall-kompetizzjoni 'Jeux des îles- COJI' f 'Sqallija, li huma Logħob taż-Żgħażagħ tal-Gżejjer u rbaħt żewġ midalji - waħda tad- deheb fl-Iswedish relay u waħda tal-bronż fil-100 metru u fil-200 metru u għalkemm ġejt fir-raba' post irnexxieli nikser ir- Rekord Nazzjoni tal-U16 u l-ewwel wieħed f 'Malta li rnexxieli ninżel taħt it-23 sekonda ta' din l-età b'ħin ta' 22.87. Bħalissa qiegħed nipprepara għal-Logħob li jmiss tal- 'FISEC' li ser isiru fil-Belġju u nispera li nirrepeti s-suċċessi li kelli din is-sena. Jien nittrenja ħames darbiet fil-ġimgħa u nagħmel sagrifiċċji kbar biex inlaħħaq kemm mal-iskola kif ukoll mat-trejning. Nipprova nsib bilanċ bejn skola fejn nattendi l-iSkola Nazzjonali tal-iSport u t-trejning u nipprova ma nfallix sessjoni biex dejjem intejjeb il-ħinijiet tiegħi. Jien qiegħed nistudja biex 'il quddiem ikolli karriera tal-isports. Żgur li dawn ir-riżultati ma kinux jaslu mingħajr id-dedikazzjoni tal-kowċ tiegħi Rachid Chouhal li nirringrazzja mill- qalb , il-klabb tiegħi Rush Athletic Club u sħabi tat-trejning tas- sapport kontinwu li jtuni u l-iskola tiegħi - in- National Sports School," temm jgħid Kurt Zahra. Futur mill-isbaħ għal Kurt Zahra -atletika Jurgen Balzan jingħaqad maċ-Champions Valletta Subbuteo Club IĊCHAMPIONS tat- Table Football lokali tal- istaġun li għadda Valletta Subbuteo Club qed isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej. Il-Beltin iffi rmaw lil Jurgen Balzan - eks plejer ta' Black & Blue Pisa 1983 għal dawn l-aħħar tliet snin. Balzan qiegħed ikklassifi kat fi t-tieni post fi l-klassifi ka tad-dinja tal-FISTF ta' taħt id-19-il sena. Jurgen Balzan huwa wkoll iċ-Champion ta' Malta fi l-kategorija ta' taħt id-19-ilsena. Valletta Subbuteo Club fetħu wkoll akkademja biex jilqgħu plejers ġodda f'dan l-isport. It-taħriġ qed isir kull nhar ta' Tnejn bejn is-6.30pm u t-8.30pm fi l-klabb tagħhom 62, Triq San Kristofru, Valletta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018