Illum previous editions

illum 24 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 31 partita fil-Kampjonat Premier (bħalissa rrefjajt aktar minn 190 partita). Fix-xena internazzjonali l-mira tiegħi hija li naħdem aktar u navvanza fil-kompetizzjonijiet UCL u UEL. Ghandek xi idolu partikolari kemm b'mod ġenerali u anki fil-kamp sportiv, forsi xi referi? Bħala referi dejjem emmint li ma tistax tikkopja referi partikolari iżda tipprova tanalizza l-aqwa referis u tieħu l-aqwa karatteristiċi tagħhom. Fil-ħajja dejjem nipprova nsegwi u naqra fuq mexxejja kbar li ħallew impatt specjalment fit tmexxija tan- nies. Naf li wara l-logħbiet taraw xi vidjows tal-logħob fejn hemmhekk tiddiskutu xi azzjonijiet kontroversjali li fihom tkunu involuti intom ir-referis. Kemm jgħinu dawn il-laqgħat? Bħala referis aħna l-ħin kollu nħarsu kif nistgħu nagħmlu l-affarijiet aħjar u nitgħallmu mill- iżbalji tagħna. F'dan ir-rigward li naraw u nirrevedu l-logħob tagħna hija għodda importanti biex nitgħallmu u ntejbu l-livell ta' refereeing tagħna. Ikollkom laqgħat ta' informazzjoni u ta' aġġornamenti fir-regoli bħala referis li tikkontrollaw il-logħob tal-futbol f 'pajjiżna? Jekk iva, dawn isiru b'mod regolari? Iva, fuq bażi regolari niltaqgħu u niddiskutu aġġornamenti u struzzjonijiet ġodda. Kif qed tħares 'il quddiem lejn il- karriera tiegħek ta' referi? Il-mod tal-ħsieb tiegħi minn dejjem kien li naħdem ħafna u nħejji b'mod professjonali għal logħbiet. Din l-attitudni ħaditni minn pass għall-ieħor sal- pożizzjoni li għandi llum. L-għan tiegħi huwa li nkompli naħdem b'mod professjonali u nispera li nilħaq livelli ogħla fil-futbol internazzjonali. Għaddi messaġġ lil dawk is-subien jew ġuvintur li jixtiequ jieħdu bis-serjetà l-futbol u min jaf forsi bħalek jagħmlu karriera bħala referi. Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed sempliċi ħafna - jekk tieħu l-karriera ta' referi u teħodha bis-serjetà, is-sodisfazzjon u l-opportunitajiet li tirċievi huma kbar u mhux ħa jiddispjaċik bid- deċiżjoni li tkun ħadt li ssir referi. referis rispettati f 'pajjiżna Huwa wieħed mill-aqwa u l-aktar referis rispettati f 'pajjiżna. F'Mejju li għadda, laħaq wieħed mit-tragwardi li kellu x-xena lokali meta rrea l-Finali tal-FA Trophy u sar wieħed mill-ftit referis li rrea il-nali kollha l-kamp lokali inkluż Premier League Championship Decider. Il-mira lokali li jmiss għalih hija li jirrea l-200 partita l-Kampjonat Premier (bħalissa rreajt aktar minn 190 partita). Fix-xena internazzjonali l-mira tiegħu hija li jaħdem aktar u javvanza l-kompetizzjonijiet UCL u UEL. ALAN MARIO SANT "Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed sempliċi ħafna - jekk tieħu l-karriera ta' referi u teħodha bis- serjetà, is-sodisfazzjon u l-opportunitajiet li tirċievi huma kbar u mhux ħa jiddispjaċik bid- deċiżjoni li tkun ħadt li ssir referi." Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 June 2018