Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/997325
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018 ILBARRANI. Nitkellmu dwaru. Nilqgħuh. Inwaħħlu fih u niddiskutuh. Il- kelma 'barrani' saret xi ħaġa li tintuża kważi l-ħin kollu, bi sfortuna u b'mod ġenerali fin-negattiv u bħala l-persuna jew dak il-grupp ta' persuni li fihom inwaħħlu meta xi ħaġa f 'pajjiżna ma tkunx sejra tajjeb jew ikun hemm nuqqas. F'dawn l-aħħar xhur ħarġu diversi ċifri li jitrattaw il-ħaddiema barranin li hawn f 'pajjiżna. Il-Federazzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà qalu li ġew 87,000 mill-2013 u mistennijin jiġu 80,000 persuna oħra sal-2021. Il-Malta Employers Association qalu illi l-popolazzjoni taf titla' sa 700,000 minħabba domanda għax-xogħol. L-ILLUM tat ħarsa lejn dawk li huma l-fatturi pożittivi u dawk li huma fatturi negattivi f 'influss dejjem jikber ta' persuni barranin li qed jiġu pajjiżna, legalment jew b'mod legali imma mingħajr dokumenti. Fejn se jsir progress u fejn jista' jkun hemm rigress, b'mod speċjali jekk ma jkunx hemm ippjanar serju. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Arahom ġejjin il-barranin: Il-Jobs Plus qed tinnegozja biex ikunu 'importati' ħaddiema barranin f 'Malta. Imma pajjiżna jifl aħ għal aktar? U jaqblilna jew le? Il-pożittiv u n-negattiv ta' infl uss ta' ħaddiema barranin f 'pajjiżna Aktar taxxa. Aktar qligħ. Ekonomija aktar b'saħħitha. L-aktar benefiċċju ovvju ta' numru dejjem jikber ta' barranin li qed jaħdmu Malta hija li fil-maġġor parti tal-każi dawn qed jaħdmu f 'pajjiżna b'mod legali u allura qed iħallsu t-taxxi f 'Malta. Dan ifisser qligħ akbar għal pajjiżna mit-taxxa tad-dħul u allura aktar flus iġġenerati għall-kaxxa ta' Malta. Iktar iva milli le, persentaġġ konsiderevoli tal-flus li taqla' persuna li se taħdem hawn se jintefqu hawn f 'supermarkets, kiri, ħwienet tal-ikel, bars, taxis u ħafna oħrajn. Naturalment iktar kemm ikun kbir id-dħul ta' persuna iktar iċ-ċans li parti minn dak id-dħul se jmur fl-ekonomija Maltija u aktar iddur ir-rota. Aktar domanda għall- propjetà tal-kiri Iktar kemm jiġu barranin aktar se jkun hemm min ikollu bżonn fejn jgħix. Dan ifisser li tiżdied id- domanda għall-kiri ta' appartamenti, djar jew kwalunkwe tip ta' proprjetà għall-kiri. Dan minnu nnifsu jfisser 1) li sidien, kemm kbar li għandhom ħafna proprjetà kif ukoll żgħar li għandhom inqas, ikunu jistgħu jgawdu qligħ pjuttost b'saħħtu minn dawn il-kirjiet. U 2) Iktar domanda jfisser li tibqa' għaddejja l-attività fil-qasam tal-kostruzzjoni li bħalissa hija waħda b'saħħitha ħafna. Inqas problemi biex impjegatur isib ħaddiema Bħalissa waħda mill-akbar uġigħ ta' ras għal bosta persuni li jħaddmu huwa proprju biex isibu nies li jaħdmu. Kieku kellna nneħħu lill- ħaddiema barranin kollha li hawn fil-pajjiż, setturi diversi jbatu sew, jew biex isibu lin-nies biex jaħdmu jew inkella biex jiffaċċjaw spiża ħafna akbar f 'pagi. Il-probabilità hija li wħud minnhom ikollhom saħansitra jagħlqu jew inkella jagħżlu li joperaw minn swieq oħrajn. Fil-każ ta' setturi bħall-kostruzzjoni, is-settur tal-ikel u xorb, lukandi, akkomodazzjoni, divertiment, saħħa (carers) u anke fit-trasport pubbliku, nuqqas qawwi ta' barranin ifisser li l-operat jiffaċċja kriżi konsiderevoli. Fil-każ, u b'mod speċjali, is-settur tal-igaming nuqqas kroniku ta' ħaddiema barranin jaf ifisser li dan is-settur ikollu jirriloka. Aktar diversità. Aktar għarfien Soċjalment iktar barranin f 'pajjiżna jfisser aktar taħlit u għarfien dwar kulturi barranin, jekk hux mużika, reliġjon, ikel u ħafna iktar. Soċjetà li titħallat iktar titgħallem u ssir dejjem iktar rikka. Jekk pajjiż jagħraf jiċċelebra d-diversità permezz tal-kulturi differenti li jgħixu fih, isir pajjiż iktar sinjur, mhux fil-flus imma fl-għarfien ta' dak kollu li hawn madwarna. Aktar investiment Ladarba inqas ħaddiema barranin tista' tfisser problemi għal min iħaddem, aktar ħaddiema barranin ifisser li min jinvesti f 'pajjiżna jkollu għażla qawwija u wiesgħa ta' ħaddiema. Min jinvesti jista' jiġi f 'pajjiżna bl- għarfien illi apparti popolazzjoni ta' ħaddiema Maltin, f 'pajjiżna hawn ukoll popolazzjoni ta' ħaddiema barranin li joffru allura firxa ħafna iktar wiesgħa ta' talent u kapaċitajiet, kif ukoll abbilitajiet (l-għarfien ta' ċerti lingwi, pereżempju) li l-Maltin m'għandhomx jew għadhom qed jitħarrġu fihom.