Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Kienet mietet parti minni.. G ħalqet 71 sena propju tliet ġimgħat ilu u għadha tarmi l-enerġija daqs qatt qabel. Kantat, irreċtat u rrappreżentat lill Malta diversi drabi. Iżda minkejja li hi meqjusa bħala r-Reġina tal-kanzunetta Maltija xi drabi spiċċat mistmerra minħabba t-twemmin u l-involviment tagħha fil-politika. Mary Spiteri titkellem mal-ILLUM fuq il-karriera mużikali tagħha, l-Xfactor, l-Eurovision u r-rabta tagħha mal-Partit Laburista. 'Għadni kif għalaqt 71 sena u ma waqaftx sekonda' Nibda billi nistaqsiha biex taqsam miegħi l-ewwel passi fil-karriera mużikali tagħha. "Bdejt il-kant meta kont tifla żgħira, missieri kellu orkestra ma' wħud mill-aqwa mużiċisti ta' dak iż-żmien. Jien qatt ma ħadt ħames minuti lezzjoni tal-kant, twelidt biex inkun kantanta; nirringrazzja lil Alla li dejjem sibt lill-papà biex jgħinni u jsus warajja," sostniet Spiteri. Hi tkompli tispjega, "wara bdejt inkanta f 'okkażjonijiet bħal 'dinner dances' u anke ġewwa diskoteki fejn kelli wkoll l-opportunità li niftaħ uħud mill-aktar postijiet prominenti u għamilt snin inkanta fihom." Waqqaftha biex nistaqsiha jekk ġaladarba tibda tagħmel dan ix-xogħol kuljum u bla waqfien, l-impenn iġegħlekx titlef xi ftit mill-motivazzjoni lejn il-mużika nnifsha, "ifhem kont inkanta 7 darbiet fil-ġimgħa, għal snin sħaħ. Jekk ma jkollokx passjoni jew imħabba lejn dan ix- xogħol ċertament li ma tagħmlux. Għall-grazzja t'Alla għadni kif għalaqt 71 sena u ma waqaftx sekonda," saħqet Spiteri. 'Dak iż-żmien kont bdejt naħseb li m'iniex se nerġa' nkanta' Ovvjament, b'karriera twila u sabiħa bħal ta' Spiteri kont naf li se nitfagħha f 'pożizzjoni diffiċli meta nistaqsiha biex tagħżilli l-aktar mument għal qalbha wara dan iż- żmien kollu bil-mikrofonu f 'idejha, però xorta waħda ddeċidejt li nittanta xortija. Spiteri tirrispondi, "diffiċli ħafna, kelli diversi mumenti indimentikabli, però "naħseb kieku jkolli nagħżel silta u mument wieħed ikun dak meta kantajt, 'adagio' ftit żmien wara li miet John, ir-raġel li dejjem ħabbejt għal 37 sena sħaħ." Hi tkompli ssostni l-għażla tagħha, "dak iż-żmien kont bdejt naħseb li m'iniex se nerġa' nkanta. Kelli xi ħaġa fija li mietet. Minkejja kollox, kont għamilt il-kuraġġ u erġajt kantant, Dik is- silta, kantajtha għalih u s-sentiment li ħareġ dakinhar kien fenomenali," tgħid Spiteri. Apparti minn din, hi kompliet tgħid mal- ILLUM, "mumenti oħra sbieħ kienu meta kantajt darbtejn f 'Sydney Opera House fl-Awstralja. Avveniment li żgur m'jien se ninsa u ma nistax ma nsemmix huwa l-Eurovision li kienet okkażjoni sabiħa immens minkejja l-problemi kollha li nqalgħu fis-sena tiegħi." 'L-Xfactor m'iniex insegwih għax ma jinteressanix' Kien propju 26 sena ilu meta hi rrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta Little Child u finalment kienet ikklassifikat fit- tielet post, apparti wkoll li reċentament ngħatat il- premju speċjali għall-itwal nota fil-kanzunetti li ġew interpretati f 'kull edizzjoni tal-Eurovision Song Contest bin-nota twila u għolja ta' 13-il sekonda. Għalhekk induru fuq il-Eurovison u l-Xfactor. X'taħseb Spiteri fuq il- mod ġdid kif se jintgħażel l-kantant jew kantanta li jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovison? U x'taħseb li huma r-raġunijiet wara r-riżultati xejn sodisfaċenti fl-aħħar snin? Fuq din Spiteri tibda biex tgħid, "onestament l-Xfactor m'iniex insegwih, għaliex ma jinteressanix. Jiena l-Eurovision rari narah ukoll għaliex l-ewwel nett ma jinteressanix ħafna u xi drabi jkolli l-impenn tal-kant," qalet Spiteri mal- ILLUM. Hi tkompli tisħaq kif skonta, "l-Eurovison huwa konkors li ma tistax tgħid x'se jiġri fih. Jaf ikollok kanzunetta tajba u tintlaqa' u jaf ukoll in-nies ma jiħdux grazzja miegħek." "Ma naħsibx li tiddependi fuq l-abbiltà tal-kantant jew kantanta biss, għaliex ġieli kellna nies li telgħu aktar minn darba u f 'okkażjoni minnhom għamlu suċċess u darb'oħra mhux daqshekk," saħqet Spiteri. Minkejja dan hi żiedet tgħid li, "il-pajjiżi li jieħdu sehem f 'dan il-konkors, ftit jew wisq l-istess baqgħu. Dawn huma l-istess pajjiżi li kont mort jien fl-1992, Georgina, Mike Spiteri u li mar kulħadd." "Fil-verità aħna noħduha bi kbira wisq Malta, nagħtuh importanza kbira, pajjiżi akbar minna jidħlu u jispiċċaw fl- agħar pożizzjonijiet u ma jagħmlux il-ġenn li nagħmlu aħna," irrimarkat Spiteri. 'Ma kontx lesta għal dik il-bidla kbira' Ċertament li mhuwiex xi sigriet li Spiteri għandha għal qalbha l-Partit Laburista hekk kif għal diversi snin smajnieha u rajnieha tkun parti integrali mill-avvenimenti tal-Partit Laburista. Però fil-verità, ġieli kellha opportunità li minflok fuq il-palk narawha fuq il- polza tal-vot? Mal-ILLUM Spiteri tisħaq, "iva mela, fiż-żmien il-Perit Duminku Mintoff, naħseb kelli xi tliet okkażjonijiet biex nikkontesta l-elezzjoni ġenerali. L-aħħar okkażjoni biex nikkontesta l-elezzjoni ġenerali kienet fiż-żmien meta l-Partit Laburista kien taħt it-tmexxija ta' Alfred Sant," sostniet Spiteri. Tkompli tgħid kif, "Mintoff kien qisu t-tieni missier tiegħi, kont rajtu l-ewwel darba meta kelli 11-il sena, ilqajtu b'bukkett fjuri fin-Naxxar, kien dam jinkoraġġini biex nikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali." Ġaladarba kellha dan is-sapport kollu, x'waqqaf lil Spiteri milli tikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali. Mal-ILLUM hi tispjega, "ftit wara li kont wasalt biex inħabbar il- kandidatura tiegħi bdejt inħoss li ħajti kienet se tinbidel b'mod drastiku, ma kontx lesta għal din il-bidla. Kont għadni qas jien kandidata uffiċjali u diġà kienu bdew iċemplu n-nies għall-pjaċiri," saħqet Spiteri. Minkejja kollox mal- ILLUM hi tagħmilha ċara li ma għandha l-ebda rimors wara n-nuqqas tagħha fil- politika għaliex skontha hi "aktar maqtugħa għall- kant." Il-polemika tat-'Titanic'… 20 sena wara La qbadnieha fuq il- Politika, kont nonqos kieku ma nsaqsihiex fuq il-famuża polemika tat-Titanic, meta waqt mass meeting tal-Partit Laburista, ftit qabel ma kantat, 'My Heart Will Go On', is-sigla klassika tal-film 'Titanic', hi Mary Spiteri titkellem mal-ILLUM dwar: l-Xfactor, l-involviment tagħha l-politika, il-famuż Titanic u dwar il-proġetti prospettivi tagħha… Mintoff kien dam jinkoraġġini biex nikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali. Jekk weġġajt lil xi ħadd biex nitlob maħfra, verament kienet spontanja " " " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018