Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026
10 illum | Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Ħaddiema fl-Isptar ta' Għawdex b'kuntratti L-ILLUM tiltaqa' ma' każi ta' ħaddiema fl -Isptar Ġenerali ta' Għawdex li qed jaħdmu b'kuntratti li jiġġeddu xahar xahar jew kull ftit xhur. Iżda dan legali jew prekarjat? X'jgħid il-kuntrattur? Il-Gvern x'jista' jagħmel u l-unjins x'jaħsbu? DAN l-aħħar qamet il- kwistjoni dwar jekk ħaddiem, jaħdem x'jaħdem, għandux ikun obbligat li jissieħeb ma' unjin. Kollox idur mal-fatt li llum il-ġurnata hawn ħafna kuxjenza dwar id-drittijiet tal-ħaddiema. Kulħadd irid li jitħallas tajjeb, li jkollu kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u li jkollu xogħol fiss. Jekk xi waħda minn dawn tkun nieqsa, dlonk tibda diskussjoni sħiħa, jidħlu fin-nofs l-unjins u tfaqqas xi direttiva. Madanakollu jibqa' l-fatt li għad hawn ħaddiema li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom mhumiex daqstant tajbin u li lanqas ma jistgħu jserrħu rashom li xogħolhom huwa fiss. Fl-aħħar ġimgħat, l-ILLUM iltaqgħet ma' każi ta' ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li ftit li xejn jistgħu jippjanaw fit-tul għax il-kuntratt tax-xogħol tagħhom jiġġedded jew xahar b'xahar jew inkella kull ftit xhur. Meta tisma' b'każ simili, tkun pront tiftaħ il-kanuni fuq l-impjegatur u takkużah li qed iħaddem lin-nies bil-prekarjat, għax meta ma jkollux aktar bżonnhom, kulma jrid jagħmel hu li jistenna l-aħħar tax-xahar u ma jġeddidx il-kuntratt. Iżda meta ffaċċjat b'dan l-argument, impjegatur jista' faċilment iserraħ fuq il-liġi. Fil-fatt, kemm il- Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u anke d-Dipartiment tar- Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg ikkonfermaw mal-gazzetta ILLUM li "l-liġi tistipola li kumpaniji jistgħu jagħżlu li jħaddmu l-impjegati b'kuntratti li jkunu mġedda xahar b'xahar sa erba' snin." Dan anke jekk l-istess Ministeru insista mal-ILLUM li minkejja li dawn il-kuntratti huma legali, "ċertament mhux mixtieqa jew irrakomandati." X'qalu l-ħaddiema? Fl-aħħar ġimgħat, din il- gazzetta tkellmet ma' skrivani Għawdxin, impjegati mal- kumpanija Signal 8 Security Services Malta Ltd, li fl-2016 rebħet tender tal-Gvern biex tipprovdi skrivani fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, liema sptar jinsab f 'idejn il-kumpanija Steward Health Care. Dan il-kuntratt kien jorbot lill- partijiet għal sena u seta' jkun imġedded, kif fil-fatt seħħ. Uħud minn dawn il-ħaddiema għandhom il-kuntratt tax- xogħol tagħhom jiġġedded xahar b'xahar u din il-gazzetta rat ukoll kuntratti ta' ħaddiema oħrajn li ilhom sentejn jaħdmu mal-istess kumpanija iżda qatt ma jistgħu jserrħu rashom għax il-kuntratt irid jiġġedded kull ftit xhur. Anke jekk ma huma kuntenti xejn b'dawn il-kuntratti, għax fi kliemhom ma għandhomx garanzija li fl-aħħar tax-xahar se jkollhom il-kuntratt imġedded, ikollhom jikkuntentaw għax fi kliemhom "aħjar hekk milli xejn." Kif wieġeb il-kuntrattur? L-ILLUM kellmet lid-Direttur tal-kumpanija Signal 8, Joseph John Grech li kkonferma li "jista' jkun hemm ħaddiema" li għandhom kuntratti definiti qosra iżda meta mistoqsi kemm hemm, wieġeb li bl-amment ma jafx. Grech spjega kif il-kumpanija tiegħu ħadet il-kuntratt mingħand kuntrattur ieħor li kellu l-ħaddiema jaħdmu b'kuntratti indefiniti. Qal li dawn il-ħaddiema żammhom b'kuntratti indefiniti, iżda dawk il-ħaddiema li ġew wara bdew jingħataw kuntratt definit. Mistoqsi għalfejn jagħżel li jagħti kuntratti qosra u jekk jaħsibx li dan huwa prekarjat, id-direttur tal-kumpanija qal biss li mhu qed jagħmel xejn kontra l-liġi. "Lilhom nifhimhom u għandhom raġun," saħaq Grech, iżda insista wkoll li hemm ċirkostanzi oħra li minħabba fihom ma tkunx tista' tagħmel kuntratt indefinit. "Jien ma nkunx naf meta se jispiċċali l-kuntratt," kompla jispjega waqt li fakkar kif fi ftit xhur, l-isptar ta' Għawdex għadda minn id il-Vitals Global Healthcare għall-kumpanija Steward Health Care. X'tgħid il-liġi? Għall-mistoqsijiet mibgħuta minn din il-gazzetta, il- Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza għamel referenza għar-Regolamenti dwar Kuntratti ta' Żmien Fiss li daħlu fis-seħħ wara konsultazzjoni li kienet saret mal-imsieħba soċjali. Spjega kif dawn jimplimentaw Direttiva Ewropea li skont il-Ministeru "taqta' l-abbuż," għax meta kuntratti ta' żmien fiss, kumplessivament jaqbżu l-erba' snin, dawn jinbidlu f 'kuntratt indefinit. Fi kliem sempliċi, dan ifisser li ħaddiem jista' jagħmel erba' snin sħaħ jaħdem mal- istess kumpanija b'kuntratt li jiġġedded kull xahar. Wara li jgħaddu l-erba' snin, bil-liġi, il-kuntratt jinbidel għal wieħed indefinit. Il-Ministeru kompla jisħaq "li jista' jagħti l-każ li f 'ċertu impjiegi speċjalizzati u li jeħtieġu ħiliet speċifiċi u ta' livell għoli, il-ħaddiema jkunu huma stess li jippreferu li l-kuntratti tagħhom ikunu ta' durata qasira biex sussegwentement ikunu jistgħu jidħlu f 'kuntratti aktar favorevoli għalihom." Iżda jibqa' l-fatt li l-Ministeru xorta waħda ma jirrakkomandax dawn it-tip ta' kuntratti. Allura hemm intenzjoni li jkun hemm emendi fil-liġi? Anke jekk ma kkommettiex ruħu li dan se jinbidel, il- Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza saħaq li preżentement qed isiru diskussjonijiet dwar emendi fil-Liġi tax-Xogħol u li dan l-aspett huwa suġġett għad- diskussjoni u l-konsultazzjoni. Fil-fatt, din il-gazzetta bagħtet l-istess sett ta' mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol iżda kelliema talbitna nibagħtu l-mistoqsijiet lill- Ministeru ta' Helena Dalli. Staqsejna wkoll lill-Ministeru għas-Saħħa, lill-Ministeru għal Għawdex u anke lill- kumpanija Steward Health Care dwar jekk jaqblux li fl-Isptar Għawdxi jkun hemm ħaddiema jaħdmu b'dawn it- tip ta' kuntratti. Filwaqt li l-Ministeru għas- Saħħa u Steward Health Care għadhom ma weġbux il- mistoqsijiet, il-Ministru għal Għawdex għażel li ma jweġibx u talabna ngħaddu kollox lill- Ministeru għas-Saħħa. l-kuntratti tagħhom ikunu ta' durata qasira biex sussegwentement mistoqsijiet lill-Ministeru Kuntratt mogħti lil ħaddiem Għawdxi li jagħlaq biss wara tliet xhur