Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 | illum l-istaġun li għadda kien aħna stess. Biss ma nħossx li l-istaġun li għadda kien kollu negattiv. Bqajna nissieltu sal-aħħar logħba tal-istaġun, kellna telfa waħda biss fil-kampjonat, lgħabna logħob tajjeb ħafna, u kellna logħbiet fejn għalkemm ma wrejniex l-aħjar logħob tagħna, irnexxielna nġibu r-riżultat li xtaqna. Ovvjament, kien hemm logħbiet li fihom ma rnexxielnix inġibu r-riżultat li kien jistħoqqilna. Imma dak huwa l-futbol! Li jimlieni bil-kuraġġ huwa l-fatt li issa għandna staġun sħiħ ta' esperjenza flimkien, u bdejna dan l-istaġun f 'post aħjar milli konna f 'dan l-istadju s-sena l-oħra. X'tikkummenta dwar it-tabù li forsi hemm fuq il-futbol tan-nisa? Ovvjament, il-perċezzjoni ta' ċertu nies hija l-istess kullimkien fid-dinja. Din ma tinbidilx mil-lum għall-għada. U bħal kull ħaġa oħra, huwa faċli li tiġġudika meta tkun qed tħares minn barra. Biss, mil-lenti tiegħi nista' ngħid illi din hija esperjenza pożittiva ħafna għalija, u għandi rispett kbir lejn kull min huwa involut u jagħti ħinu fil-logħba tal-futbol tan-nisa. Uħud huma tal-fehma li l-futbol ma jgħoddx għan-nisa minħabba s-saħħa li jirrikjedi iżda huwa addattat biss għall- irġiel. Int kif tirribatti dan l-argument? Personalment, għalija dawn huma kollha ċuċati. Fil-futbol tal-irġiel hemm plejers tekniċi aktar minn oħrajn, bħalma hemm plejers aktar b'saħħithom minn oħrajn, kif ukoll plejers li jiġru aktar minn oħrajn. Kieku n-nisa jilagħbu kontra l-irġiel, dan l-argument jaf ikun validu. Biss, in-nisa jilagħbu kontra n-nisa, u l-irġiel jilagħbu kontra l-irġiel. Jiġifieri l-argument ma jreġġix. Mill-ftit esperjenza li għandi, niggarantilek li l-intensità ta' ċertu logħob tkun għolja ħafna, daħliet ma tantx rajt plejers jinġibdu lura minnhom, u l-qilla u d-determinazzjoni ta' ċertu plejers ma ngħidlekx li ġieli tkun aktar minn ta' ċertu logħob tal-irġiel. Bosta plejers ta' Hibernians jiffurmaw parti importanti mit-tim nazzjonali tan-nisa mmexxi minn Mark Gatt. Kemm int kuntent u onorat b'dan? Li tirrappreżenta lil pajjiżek huwa unur għal kull persuna involuta f 'kull tip ta' sport u dixxiplina. Aħna bħala Klabb, kif ukoll jiena bħala kowċ, onorati u kburin ħafna bil-plejers tagħna li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali, u dejjem nagħtuhom is-sapport kollu li jkun meħtieġ. Biss, għall-Klabb tagħna li jissuplixxi numru konsiderovoli ta' plejers bejn it- timijiet tal-kbar, ta' taħt id-19-il sena u ta' taħt is-17-il sena, ħafna drabi ma tkunx tista' tipprepara l-iskwadra tiegħek kif suppost għax nofsha ma tkunx hemm. Din mhijiex kritika, iżda nemmen li l-affarijiet jistgħu ikunu ppjanati aħjar, u fi żminijiet aktar ideali. Taqbel mal-format preżenti tal- Kampjonat tan-Nisa? Bin-numru żgħir ta' timijiet tal-kbar tan-nisa li hemm, ma nafx x'tip ta' alternattiva jew format differenti jista' jsir, onestament. Ma tħossx li hemm qabża kbira bejn timijiet bħalma huma Hibernians, Birkirkara u Mġarr United u timijiet oħra? Iva. Biss inħoss ukoll li dan mhuwiex tort tat-tliet klabbs imsemmija fil- mistoqsija tiegħek. Huwa naturali li plejer ambizzjuża u ta' ċertu livell ser tfittex li tingħaqad ma' skwadra li hija kompetittiva. Dan huwa l-istess madwar id-dinja kollha. Nemmen li huma l-klabbs meqjusa bħala żgħar li hemm bżonn li jgħollu l-istandards tagħhom, kemm fuq livell organizzattiv, kif ukoll fuq livell ta' kowċing u tagħlim. Biex waslu f 'dak il-livell, m'għandix dubju li dawn it-tliet timijiet li huma msemmija hawn fuq għamlu snin twal ta' sagrifiċċji biex qegħdin fejn qegħdin. Kif tara li qiegħed jiżviluppa l-livell tal-futbol tan-nisa f 'Malta? Inħoss li mexjin fit-triq it-tajba. Biss bħalma semmejt aktar kmieni, hemm bżonn ta' tagħlim aħjar fl-etajiet iż-żgħar, bħalma jingħata lis-subien fin-nurseries. Kif tħossok bħala kowċ raġel tmexxi tim tan-nisa? Mhijiex xi ħaġa li taffettwani. Bħalma għedtlek aktar qabel, jien kowċ tal-futbol, l-ewwel u qabel kollox. Malli bdejt din l-avventura matul l-istaġun li għadda, tkellimt ma' ħafna nies li kienu jew għadhom involuti fil-futbol tan-nisa, u l-aktar parir jew kumment li smajt kien li trid toqgħod attent għax nisa differenti mill-irġiel. Sa issa, din id-differenza jien għadni ma rajthiex! Bħal kull qasam ieħor tal-ħajja, nemmen li jekk xi ħadd ikun onest, ċar u jitratta lil kulħadd bl-istess mod, timxi aktar 'il quddiem. Għalhekk inħoss li l-akbar sinjal ta' rispett li jiena nista' nagħti lill-plejers tiegħi huwa li nittrattahom bħala plejers tal-futbol - xejn inqas, u xejn aktar! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Il-ħolma tiegħi kienet dejjem li nkun involut fil-futbol fuq aspett professjonali. Wara ħafna snin ta' xogħol, studju u sagrifiċċji, illum nista' ngħid li qiegħed ngħix il-ħolma tiegħi. Preżentament, jiena għandi r-rwol ta' Head Coach u Director of Youth Coaching ma' Melita FC fuq kuntratt professjonali ta' tliet snin. Apparti minn hekk, kuntent u kburi ħafna bl- involviment tiegħi mat-Tim tan-Nisa tal-Hibernians. Onestament, ma nista' nitlob xejn aktar. Sfortunatament, fil-futbol lokali, il- kunċett ta' kowċ "Full Time" Malti jitqies bħala xi ħaġa li 'iebsa biex issir'. Jien inħossni xxurtjat ħafna li għandi mara u tfal li jappoġġjawni f 'kull ħaġa li nipprova nagħmel, kif ukoll sibt nies li jemmnu fix- xogħol tiegħi, u għandhom l-istess viżjoni u ideat tiegħi. Il-messaġġ tiegħek lejn it-tfajliet u l-ġenituri tagħhom, sabiex jitħajru jibdew jilagħbu din il-logħba tant sabiħa... Minn lenti personali, jien affarijiet pożittivi biss nista' nara. L-eżerċizzju fiżiku, id-dixxiplina, id- dedikazzjoni, ir-relazzjoni ma' sħabek tat- tim, kemm fil-piċċ, kif ukoll fuq aspett uman, l-għaqda fid-dressing-room, il-ferħ meta tirbaħ flimkien, id-diżappunt meta titlef flimkien…dawn huma kollha riflessjoni ċara tal-ħajja ta' kuljum li jgħinuk issir mara jew raġel. L-importanti huwa li dejjem irid ikun hemm ir-rieda, ix-xewqa u l-passjoni tat-tfal. Ġaladarba jkun hemm dawn, inħeġġiġhom li jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jgħinu u jissapportjaw lit-tfal tagħhom biex ikunu involuti fil-futbol. l-ewwel u qabel kollox' Huwa l-kowċ tat-tim tan-nisa ta' Hibernians FC. Fil-bidu tal-istaġun mexxa lill-Pawlisti għar- rebħ tas-Super Cup. Huwa l-Head Coach u Director of Youth Coaching ma' Melita FC. Fil-passat kien ukoll kowċ ta' Melita FC u Mdina Knights. NEIL ZARB COUSIN Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018