Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026
2 Aħbarijiet ILMALTA Humanist Association (MHA) appellat lill-Gvern biex il- kremazzjoni, li mistennija tkun introdotta f 'Malta, tkun affordabbli u ma tagħmilx ħsara lill-ambjent. Fi stqarrija, l-MHA qalet li lesta tikkopera mal-Gvern li qed iħejji abbozz ta' liġi biex il-kremazzjoni tkun introdotta f 'Malta, tant li kellha wkoll laqgħa mad- Deputat Rosianne Cutajar li qed tħejji u se tippreżenta l-abbozz. Spjegat kif matul din il-laqgħa, qajmet diversi "kwistjonijiet importanti," li fi kliemhom huma importanti u għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni. L-MHA insistiet li "l-kremazzjoni għandha tassigura li ma tħallix impatt ambjentali u toffri alternattiva għad-dfin, bl- għan li l-pajjiż jipproteġi l-art li hija limitata." Ħeġġet ukoll lill-Gvern biex jikkonsidra l-użu ta' "bio-cremation," li fi kliem l-Assoċjazzjoni tirrikjedi ħafna inqas enerġija u anke tipproduċi inqas emmissjonijiet. Apparti dan, saħqet fuq l-importanti li l-kremazzjoni tkun "aċċessibbli għal kulħadd, għall-familji li ġejjin minn ambjenti differenti u b'riżorsi differenti." Spjegat kif il-kremazzjoni tista' twassal biex jonsu l-ispejjeż marbuta mal- funerali u d-dfin, anke bl- għajnuna tal-Gvern, bl-għan li jonqos il-piż fuq il-familji li jkunu diġà għaddejin minn mument diffiċli. L-MHA qed tipproponi wkoll li l-irmid jingħata lill-familja u jkunu huma li jiddeċiedu kif se jżommuh jew x'se jagħmlu bih, dejjem b'rispett lejn il-persuna mejta. Mhux hekk biss, iżda qed tipproponi wkoll li bil-liġi għandu jinħatar "kuratur" li jassigura li l-katavru jkun trattat bl-aħjar mod skont ix- xewqa tal-persuna mejta. Insistiet li l-Kattoliċi għandhom ħafna minn fejn jagħżlu fejn isir funeral, iżda persuni ta' perspettivi differenti ma għandhomx u għalhekk qed tħeġġeġ lill-Gvern biex ikun hawn post "dinjituż u adegwat," fejn ikunu jistgħu jsiru l-funerali għal dawn in- nies. "Nemmnu li l-implimentazzjoni ta' dawn il-proposti mhux biss tkun ta' benefiċċju għall- kwalià tal-ħajja, il-ġustizzja soċjalli u l-kultura tal- poplu Malti, iżda tkun anke qed issaħħaħ tal-Libertà Reliġjuża f 'Malta." illum | Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 14 • 81 • 68 • 49 • 83 9 • 58 • 17 Tlugħ Nru. 750 Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Valletta Thomas's Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Gużepp, Ħamrun Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera Ħerba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara Brown's Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, Pietà Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Men- sija, San Ġwann Stella Maris Pharmacy, 34, Milner Street, Sliema Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Balzan Medicine Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Għargħur Brown's Village Pharmacy, Main Street, Mellieħa De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla St Elias Pharmacy, St Elias Street, Xgħajra St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Għaxaq Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir- Repubblika, Żurrieq Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Sannat Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent il-Lbiċ forza 4 li jsir Lbiċ forza 5 u jdur minn Nofsinhar forza 5 għal 6 mal-lejl BAĦAR Moderat għal qawwi L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita l-aktar lejn in-Nofsinhar ta' Malta li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: TAJBA LOKALMENT MODERATA FILĦALBIET TAXXITA RIĦ: Grieg it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent Majjistru forza 5 u jsir mill-Punent mal-lejl BAĦAR Qawwilokalment qawwi li jsir qawwi ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio 'Il-kremazzjoni għandha tkun affordabbli u ma tagħmilx ħsara ambjentali' L-Aġenzija Iden ty Malta, Taqsima tal-Kar tal-Iden tà, tavża lill-pubbliku li l-uffiċini tagħha fl-Uffiċċju Ele orali fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex se jkunu magħluqa għall-pubbliku f'dawn il-ġranet li ġejjin: Is-Sibt 17 ta' Novembru 2018 Is-Sibt 1 ta' Diċembru 2018 L-Aġenzija skuża ruħha għal kull inkonvenjent. AVVIŻ IMPORTA NT I Il-Gvern qiegħed iħejji abbozz ta' liġi biex f 'Malta tkun introdotta l-kremazzjoni. Il-Malta Humanist Association toħroġ b'għadd ta' proposti