Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 | illum minni.. kont se nieqaf mill-kant' kienet qalet li l-Partit Nazzjonalista se jegħreq bħall-vapur tat-Titanic. Kumment li ma tantx niżel tajjeb ma' porzjon konsiderevoli tal-Maltin. 20 sena wara, iddeċidejt li nistaqsiha jekk taħsibx li dan kien kumment żejjed min-naħa tagħha, ġaladarba hi kienet kantanta ta' kulħadd. Spiteri tkun pronta biex tisħaq, "jiena kulħadd jaf x'jien u qatt ma stħajt nuri x'jien. Dakinhar kont f 'mass meeting u kelli l-ħsieb ukoll li noħroġ għall-politika. Ara kieku kont f 'show tiegħi ġo xi diskoteka jew restorant; kieku kien ikun ħaqqni l-agħar kritika għaliex mhux sew. Imma verament kienet xi ħaġa spontaja u bla ħażen," saħqet Spiteri. "Nixtieq jekk verament weġġajt lil xi ħadd biex nitlob maħfra, verament kienet spontanja," saħqet Spiteri. Filwaqt li kompliet titkellem fuq ix-xewqa tagħha li l-poplu ma jibqax ikun kattiv ma' xulxin minħabba raġunijiet ta' politika, "jien għandi ħbieb kbar li ma jaqblux miegħi fejn tidħol politika, allura x'nagħmel, ma nkellimhomx?" saħqet Spiteri. 'Aħna n-nisa xi kultant ma nagħtux l-appoġġ tagħna lin-nisa l-oħra' U bħala mara li dejjem segwit il-Parit Laburista mill-qrib, x'taħseb fuq l-introduzzjoni tal-kwoti tan-nisa fil-Parlament? Mal-ILLUM hi tgħid kif, "qabel kont għidt li naqbel, però meta toqgħod taħseb, kultant aħna n-nisa stess ma nagħtux is-sapport lil nisa oħra. Hi tkompli tgħid, "jekk inti ħriġt għall-politika u n-nies ma jivvutawlekx, ma tistax tgħidilhom tellgħuni bilfors," tisħaq Spiteri. "Naturalment, togħġobni l-idea li jkun hemm aktar involviment tan-nisa fil-politika, għaliex ikun hemm taħlita aktar feliċi ta' ideat taż-żewġ ġeneri però m'iniex konvinta fuqha," saħqet Spiteri. Ir-ritorn tagħha f l- edizzjoni li jmiss ta' Ġensna Bil-ħsejjes ġodda li qed jipproduċu diversi gruppi ġodda lokali, jidher biċ- ċar li l-interess fl-użu tal-Malti fil-mużika żdied sew. X'taħseb Spiteri fuq il-prospett tal-lingwa Maltija fil-mużika? "Kuntenta li qed jkun hawn dan il-materjal mużikali ġdid bil-Malti. Nemmen li jekk il-Malti jkun miktub tajjeb, akkumpanjat b'mużika tajba u l-kantant jkun jaf ikanta tajjeb bih, verament hemm potenzjal kbir u bħalissa għandna talent kbir lokali." Mal-ILLUM Spiteri tiżvela kif għal darb'oħra se terġa' tittella' edizzjoni tar-rock opera Ġensna, u li hi se terġa' tkun parti mit-tim, "Is-sena d-dieħla mistennija tittella' edizzjoni oħra ta' Ġensna, u din id-darba l-affarijiet mixjin fid-direzzjoni li rrid jiena, allura ddeċidejt li nieħu sehem. Ovvjament għadni nkanta u għandi wkoll f 'moħħi xi proġetti li se nkun qed naħdem fuqhom," tenniet Spiteri. Ritratt: James Bianchi L-Xfactor ma nsegwihx għax ma jinteressanix " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018