Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 | illum Tenishia Thornton... il-preżent u l-futur tal-Weightlifting f'Malta minn Cristian Antony Muscat Tenishia Thornton - fost l-aqwa weightlifters li pproduċa l-weightlifting f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li bis-suċċessi li qed tikseb regolarment, tirrapreżenta l-preżent u l-futur ta' dan l-isport li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f 'pajjiżna. F'dan l-artiklu, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Il-ħajra għall-isport tal-weightlifting kibret ġewwa fija minn mindu kont żgħira minħabba l-involviment ta' missieri fi sport li jinvolvi saħħa fiżika. Meta bdejt nikber ġietni l-ħajra illi nipprova jiena wkoll l-isport li jinvolvi saħħa, għalhekk ġietni x-xewqa għall- weightlifting. Għalhekk bdejt infittex post fejn tfal tal-età tiegħi jipprattikaw dan l-isport bl-aħjar mod possibli. Meta darba mort f 'waħda mill-kompetizzjonijiet li pparteċipa fiha missieri, iltqajna mal-president tal-Għaqda Maltija tal- Weightlifting, Jesmond Caruana, u ftehemna ġurnata biex immur nipprova dan l-isport. Meta mort, tgħallimt iktar dwar l-isport u nteressajt ruħi iktar kif jaħdem. Bil-mod il-mod bdejt nattendi regolari għal taħriġ u peressli l-isport tal-weightlifting jinvolvi ħafna teknika, ko- ordinazzjoni u veloċità, bdejt nirsisti ħafna sabiex nitgħallem u nkun atleta tajba. Il-kowċ jgħinni ħafna sabiex inkun atleta tajba u naħdem bi programm speċifikat għalija. Hemm ħafna tipi ta' eżerċizzji differenti u meta tgħaqqad kollox flimkien issir atleta kompluta. Matul il- vaganzi nżid ħafna l-intensità fit-taħriġ u nittrenja bosta mill- ġranet anke darbtejn kuljum. Bdejt nikkompeti f 'kompetizzjonijiet lokali u bdejt immur ferm tajjeb saħansitra anke bdejt nikser rekords nazzjonali li kienu mwaqqfin minn atleti preċedenti. L-Għaqda Maltija tal-Weightlifting għażlitni sabiex anke nibda nikkompeti barra minn xtutna peressli l-esperjenza hija importanti ħafna. L-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tiegħi kienet ġewwa Innsbruck, l-Awstrija. Din kienet kompetizzjoni kbira ħafna peressli jiparteċipaw fiha l-pajjiżi li huma membri tal-Unjoni Ewropea. F`din il- kompetizzjoni kont erfajt 37 kilo snatch u 51 kilo clean and jerk. Ħadt gost ħafna għax minkejja li kont l-iżgħar atleta, irnexxieli nirbaħ kontra atleti barranin. L-interess kompla jikber u l-Għaqda daħħlitni ma' atleti oħra nipparteċipa fi training camps. Wieħed minn dawn kien ta' tliet ġimgħat organizzat ġewwa Malta minn kowċ Ungeriż, u tlajt ukoll training camp ġewwa Spanja fejn kelli l-opportunità li niltaqa' u nittrenja ma' ħafna atleti oħra barranin. Kompetizzjoni internazzjonali oħra riċenti li kont ili nipprepara għalija sajf sħiħ kienet "Challenge 210" ġewwa Tamelan fl-Isvizzera. Kelli kompetizzjoni tajba ħafna għax il-kowċ tiegħi Jesmond Caruana jgħinni ħafa sabiex inżid il- kunfidenza. Fil-kompetizzjoni intiżint 42 kilo u ħadt ħafna gost li rnexxieli nerfa' l-istess piż tiegħi fir- refa' snatch. Fil- Clean & Jerk erfajt 58 kilo. Kont ferħana ħafna meta fost bosta atleti ksibt l-ewwel post. F din il-kompetizzjoni ksirt 24 rekord nazzjonali, 8 fil-youths, 8 fil-juniors u 8 fis-seniors. Però, dan kollu ma kienx possibli mingħajr is-sagrifiċċji, l-għajnuna u s-sapport li jtini l-kowċ tiegħi, Jesmond Caruana. It- taħriġ jibqa' għaddej is-sena kollha u bħalissa qed nipprepara għall- Kampjonat Nazzjonali. Qiegħda nipprepara wkoll bis-sħiħ sabiex is-sena d-dieħla nkun aħjar f 'kompetizzjonijiet kbar li hemm għal żgħażagħ bħal tal-Unjoni Ewropea li ser issir ġewwa l-Irlanda kif ukoll fil- Kampjonat tal-Ewropa li ser issiru ġewwa r-Rumanija. Flimkien ma' kompetizzjonijiet oħra u anke training camps. Jiena nara l-futur tieghi fil-weightlifting bħala wieħed sabiħ u ta' suċċess. Naf li bis- sapport tal- kowċ, familjari u sħabi flimkien mat-talent tiegħi, kapaċi nimxi iktar 'il quddiem fil-karriera tal-weightlifting. Il-pjan tal-futur tiegħi hu li nirrapreżenta lil Malta fl- Olimpijadi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018