Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 LEŻEKUTTIV ta' Alternattiva Demokratika approva tliet kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Mejju 2019. Il-kandidati tal-Alternattiva Demokratika huma ċ-Chairperson attwali, Carmel Cacopardo, l-eks Chairperson, Arnold Cassola u l-attivista LGBTQI, Mina Tolu. Fi kliem Ralph Cassar, is-Segretarju Ġenerali tal- Alternattiva Demokratika, it-tliet kandidati għandhom biżżejjed esperjenza biex "jirriflettu l-prinċipji ta' AD u tal-Partit tal- Ħodor Ewropew: politika li tiffoka fuq in-nies u mhux fuq l-interessi tal- korporazzjonijiet; politika favur Ewropa soċjali li tħares u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies u f 'ambjent b'saħħtu u ekonomija li taqdi l-bżonnijiet reali tan-nies u mhux tal-korporazzjonijiet." Filwaqt li ma eskludix li jista' jkun hemm kandidati addizzjonali, saħaq li vot għall-Alternattiva Demokratika huwa messaġġ b'saħħtu favur il-konsistenza, is-serjetà u politika nadifa. Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 L-AD bi tliet kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew St Vincent De Paul is Malta's largest and most specialised long-term care facility. We support the right of our service users for timely and efficient access to integrated service of care, in order to maintain and develop their maximal independence, dignity and choice, through evidence-based collaborative best practice and dissemination of relevant knowledge. Reference Number: CT3196/2018 Tender for the provision and installation of HVAC and lighting system at St Vincent de Paul Long- Term Care Facility, ERDF PA4.0069 The aim of the tender is to design, supply, install and commission new air-conditioning, ventilation, electrical systems; including the dismantling, roof remedial works and infrastructure and cable containment of various wards. Deadline for Submission: 04/12/18 at 09:30am CET For further information: www.etenders.gov.mt 'ĠID għal Kulħadd f 'Soċjetà li Jimpurtaha,' se tkun it- tema tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li se jibda jiltaqa' minn nhar it-Tnejn 19 ta' Novembru sal-Ħadd 25 ta' Novembru. Waqt konferenza tal- aħbarijiet, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li fost affarijiet oħra, il-Kunsill Ġenerali se jkun qiegħed jiddiskuti l-politika demografika tal-Gvern u l-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali li fi kliemu qed tħalli din il-politika. Fost oħrajn, Puli spjega li l-Kunsill Ġenerali se jkun qiegħed jiddiskuti dokument li tħejja apposta minn esperti ekonomiċi, liema dokument se jkun qiegħed jitqassam lill-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista. Saħaq li l-għan ta' dan il-Kunsill Ġenerali u d-dokument, se jkun li jiddiskuti u jipproponi pjan ekonomiku fit-tul ibbażat fuq soċjetà li jimpurtaha. "Dan sabiex il-ġid li qiegħed jinħoloq verament jasal għand kulħadd u jkollna nazzjon li jkun ippreparat u ħerqan għall-futur," spjega Puli. Kompla jgħid li d-dokument iħares ukoll lejn il-ħarsien tar-reputazzjoni ta' Malta, li fi kliemu qed titkisser minħabba l-għemil ta' ftit persuni u speċjalment wara dak li ġie rrappurtat mill-midja dwar il-kumpanija 17 Black u l-konnessjoni mal-kumpaniji fil-Panama taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi. "Organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll qed iwissu dwar il-korruzzjoni fosthom l-OECD, li poġġiet lil Malta fil-lista s-sewda minħabba l-iskema tal- bejgħ tal-passaporti. Apparti rapport oħra Ewropej li jenfasizzaw fuq miżuri aktar effettivi li kellhom jittieħdu mill-awtoritajiet Maltin għall-prevenzjoni tal-ħasil ta' flus. Dan kollu qed iħalli impatt negattiv fuq ir-reputazzjoni ta' pajjiżna, b'mod speċjali fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji," tenna Puli. Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll il-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono, u l-Kordinattriċi tal-Kunsill Ġenerali Amanda Abela. Il-Kunsill Ġenerali tal-PN se jiddiskuti t-tkabbir tal-popolazzjoni Is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Clyde Puli, saħaq li l-politika demografi ka tal-Gvern ma tħarisx fi t-tul u qed tħalli eff etti negattivi fuq diversi oqsma 'Pajjiż bħal tagħna li qiegħed fuq il-fruntiera ma jistax jitħalla jaqdef waħdu' VOT fil-Kumitat dwar il- Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ta appoġġ lill-proposti leġiżlattivi tal-Ewroparlamentari Miriam Dalli li permezz tagħhom se jkunu żblukkati aktar minn €500 miljun biex jgħinu pajjiżi bħal Malta li jiffaċċjaw pressjoni li ġġib magħha l-emigrazzjoni irregolari. Dawn il-fondi tal-Unjoni Ewropea se jmorru għall-mira ta' solidarjetà, permezz ta' azzjonijiet bħall- mekkaniżmu ta' rilokazzjoni u miżuri li jsaħħu l-politika tal-ażil, fost oħrajn. Qed ninsiti dwar is-solidarjetà għax pajjiż bħal tagħna li qiegħed fuq il-fruntiera ma jistax jitħalla jaqdef waħdu," qalet Miriam Dalli f 'kummenti wara l-vot. "Il-liġi internazzjonali titfa' fuqna ċerta responsabiltajiet f 'każijiet li inti jkollok dgħajjes b'immigranti irregolari bejn sema u ilma li jkunu f 'periklu. Fl-istess ħin, għandna bżonn li jkollna s-solidarjetà u għandna bżonn li ssir ir-rilokazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea." Fil-qofol tal-kriżi migratorja fl- 2015, l-Istati Membri qablu mar- rilokazzjoni ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali kif ukoll għar-risistemazzjoni tar-refuġjati Sirjani. Għal dan il-għan, ingħataw madwar €843 miljun, bl-impenn irid ikun sar sa tmiem l-2018. Madankollu, minkejja li d-data ta' skadenza hi imminenti, iktar minn €500 miljun baqgħu mhux użati. Dalli bħalissa qed taħdem fuq żewġ liġijiet marbuta mal-migrazzjoni irregolari - waħda hija dwar fond ta' aktar minn €10 biljuni u l-liġi l-oħra hija dik li ġiet ivvutata fil-kumitat. Issa jmiss vot fil-plenarja biex b'hekk l-MPE Maltija tkun tista' tinnegozja f 'isem il-Parlament Ewropew waqt in-negozjati interistituzzjonali.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018