Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

P ajjiżna llum qed iħossu ottimista dwar il-futur iktar minn qatt qabel. Kulħadd jiftakar kif kienet is-sitwazzjoni fi żmien GonziPN u kif inhi s-sitwazzjoni llum. Kambjament minn lejl għal nhar, bidliet għall-aħjar li bihom pajjiżna mar 'il quddiem fid-diversi oqsma. Beħsiebna nkomplu għaddejjin b'din ir- rankatura iktar minn qatt qabel. Pajjiżna llum qed jilgħab f league superjuri milli qatt kien fih. U għaliex pajjiżna illum qed jirbaħ iktar importanza minn qatt qabel fl-isfera internazzjonali naturalment qed jattira iktar interess minn qatt qabel. Xogħol L-isbaħ rigal li qatt ta Joseph Muscat lil pajjiżna hu l-ħolqien tax-xogħol f 'livelli bla preċedent. L-ekonomija qed tikber b'ritmu straordinarju fejn tiltaqa' ma' min tiltaqa' jgħidlek li mhux qed isib biżżejjed ħaddiema struwiti għal dak is-settur. Nemmen li pajjiżna jista' jilħaq quċċata ġdida fil- ħolqien tax-xogħol u jista' jkompli jikber, speċjalment jekk l-intraprendituri lokali jinvestu barra minn xtutna wkoll u jkomplu jikbru hemm ukoll. Sfidi Naturalment din l-isplużjoni ta' xogħol u tkabbir ekonomiku ġabet magħha sfidi ġodda li lkoll irridu negħlbu. Nieħdu pereżempju l-iżvilupp li għaddej f 'pajjiżna u l-bilanċ li rridu nsibu bejn it-tkabbir tal- ġid u l-protezzjoni tal-wirt storiku. Qed nara potenzjal kbir sabiex is-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH) tkompli tikber u tissaħħaħ. Nifhem li s-servizz għadu mhuwiex ilaħħaq mal-aspettattivi tal- pubbliku u l-istakeholders u se nkomplu nagħmlu l-bidliet u l-investimenti li hemm bżonn. Taħt it-treġija ta' Joe Magro Conti l-SCH beda jimxi 'l quddiem. Fadal xi jsir u nirringrazzja lill- ħaddiema kollha tas-servizz tagħhom. Żgur li se nkomplu naħdmu. Nemo Kemm ħadt gost din il-ġimgħa nilqa' lill- Kummissarju Ewropew responsabbli fost oħrajn mill- Kultura Tibor Navracsics fil-MUŻA għall-ftuħ tal- konferenza li tiġbor il- mużewijiet kollha flimkien (Nemo). Tibor kien ġie Malta sentejn ilu u kont spjegajtlu x-xogħol li kien se jsir fil-MUŻA u kien ħa gost ħafna. Illum li ra b'għajnejh ix-xogħol li sar ħa gost iktar u iktar. Wirt storiku Aħna għandna obbligu li nieħdu ħsieb il-wirt storiku ta' pajjiżna u mmexxuh 'il quddiem. Inċidentalment nhar il-ġimgħa li għaddiet, xi membri tal-Occupy Justice daħlu fejn il-Monument Nazzjonali tal-Assedju l-Kbir u minkejja x-xogħlijiet li qed isir biex intejbu ż-żona imlew il-Monument b'xemgħat u ritratti. Dawn ħallew effett ħażin kif jidher ċar fir-ritratti li ppubblikajt fuq is-social media jien stess. illum | Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 16 Opinjoni OWEN BONNICI Pajjiż ottimist L-isbaħ rigal li qatt ta Joseph Muscat lil pajjiżna hu l-ħolqien tax-xogħol f 'livelli bla preċedent.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018