Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

J iena għandi ftit dokumentazzjoni dwar il-kwistjoni tal-abort. Dan l-aħħar ġietni ħajra nqalleb fiha għax sirt naf li hawn Malta qed tidher paġna bl-Ingliż jisimha Break The Taboo, fuq il-midja soċjali u fiha qed ikunu ppubblikati stejjer ta' nisa Maltin li rrikorrew għall-abort. Qalb id-dokumentazzjoni, sibt dokument tad-djoċesi Kattolika ta' Shrewsbury li joffri għajnuna konkreta lil dawk in-nisa li jitħajru jagħmlu abort. Dad- dokument deher fl-1972 bil-firma ta' Eric, Isqof ta' Shrewsbury u ta John, isqof awżiljarju tiegħu u nqara f 'kull knisja u kappella tad-djoċesi nhar il-Ħadd, 16 t'April 1972. Xi jwiegħed id-dokument Id-dokument jismu "Alternattiva Pożittiva għall-Abort" u jgħid hekk: "Id-djoċesi ta' Shrewsbury tiddikjara pubblikament il-garanzija solenni tagħha. Hija din. Kull mara li se ssir omm, Kattolika jew mhux Kattolika, hija garantita għajnuna immedjata u prattika, konfidenzjalment u mingħajr l-ebda spiża għaliha jekk, quddiem id-dilemma ta' tqala mhix mixtieqa, hija tkun lesta li tippermetti lit-tarbija titwieled u ma tkunx abortita. Ir-riżorsi kollha tad-djoċesi qed jitqiegħdu wara dil-wegħda." Id-djoċesi Kattolika ta' Shrewsbury tkopri l-konteji ta' Cheshire u Shrewsbury: fihom hemm 141 knisja u kappelli il-popolazzjoni Kattolika hi stmata li hija 193,660. L-Isqof ta Shrewsbury, Eric Grasar u l-Awżiljarju tiegħu John Brewer iffirmaw l-ittra. Appoġġ bla kondizazjoni Din kienet l-ewwel darba li djoċesi pubblikament rabtet ir-riżorsi tagħha bħala appoġġ inkondizzjonat għal kull min tkun se ssir omm irrispettivament tar-reliġjon tagħha. Il-Knisja Kattolika hija mingħajr kompromessi fl-oppożizzjoni tagħha konta l-abort. L-isqfijiet tad-djoċesi ta' Shrewbury qed iqisu l-konsegwenti ta' din l-oppożizzjoni. Huma bdew jagħtu servizz biex jipprovdu alternattiva għall-problemi li jkollha mara li se ssir omm li tħoss li tinsab f 'sitwazzjoni intollerabbli. Is-servizz hu bla ħlas, kunfidenzjali u miftuħ għall-Insara kollha, mhux biss għall-kattoliċi. Hemm 5 ċentri li joperaw das-servizz: Birkenhead, Wytenshave, Warrington, Crewe u Telford. Id-dubji tal-abortisti Dokument ieħor li ġie f 'idejja kien dak tar-rivista MeCall, rivista femminili ispirat minn ideoloġija konsumista. Din ir-rivista għandha bejgħ kbir, ippubblika inkjesta li ġġib l-isem "Abort, mistoqsijiet bla tweġiba." L-inkjesta tixhed l-inkwiet li jinħass fl-Amerika għax fi żmien 3 snin minn meta daħal l-abort, l-operazzjoni kirurġika l-iżjed frekwenti wara dik tat-tonsilli, hija dik tal-abort. Waqt li fl- 1974 kien hemm 900,000 mara li għamlu abort, fl-1975 l-aborti reġistrati qabżu l-miljun. Sar magħruf ukoll li minkejja l-liberalizazzjoni tal-abort, l-aborti klandestini xorta għadhom frekwentati. Sar magħruf ukoll li qed jikber il-persentaġġ ta' aborti li jseħħu bejn it-tielet u s-sitt xahar tat-tqala li jfisser l-għeluq tal-kurdun biex il-fetu ma jibqax jirċievi l-ossiġnu. F'Boston sar magħruf li 10% ta' dawk li jagħmlu abort qed ikunu ripetenti jew pluriripetenti. Jiġifieri jkunu diġà għamlu abort darb'oħra jew drabi oħra. Xi ħsara sseħħ lill-mara li tagħmel abort? Skont studji Ingliżi u Ungeriżi jirriżulta xjentifikament li meta tfajla tkun esposta għal diversi aborti, jirrizulta li ma tibqax kapaċi twassal tqala għat- twelid. Din hi ħaġa serja għax hu magħruf li abort minn kull 3 jsir fuq tfajliet. Għalhekk fil-pajjiżi industrijalizzati l-abortisti bdew jiġuhom diversi dubji dwar l-effetti li qed iħalli l-abort. Hawn Malta s'issa nistgħu ngħidu: "Ejjew nitgħallmu spejjez ħaddieħor" jew "nitgħallmu mill-imġarrab!" illum | Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 18 Opinjoni Meta l-Knisja toħroġ favur il-ħajja bil-fatti 1. Ippjanar għall-użu tal- art 12-il sena ilu meta l-pjani lokali kienu approvati mill-Ministru responsabbli mill-Ippjanar tal-Użu tal- Art, il-Parlament għadda biex ta l-approvazzjoni tiegħu biex meded kbar ta' art fil-periferiji taż- żoni urbani tagħna jingħataw għall-bini. 12-il sena wara li l-Parlament approva l-ezerċiżżju ta' razzjonalizzazzjoni xi residenti għadhom ma indunawx kif għaddewhom biż-żmien. Xi drabi wħud mill-Membri Parlamentari li dakinhar ivvutaw favur li art fl-ODZ issir tajba għall-bini, illum għandhom l-ardir li jkunu fuq quddiem jippuppaw sidirhom "f 'appoġġ" għar- residenti li f 'daqqa waħda jindunaw li d-dar tal-ġirien ser taqa' u flokha tielgħa blokka appartamenti. Issa daqshekk xemx fuq il- pannelli li għadhom kemm ħallsu u stallaw ftit ilu! Kważi kuljum nirċievi emails mingħand residenti li jkunu jixtiequ joġġezzjonaw għal żvilupp propost f 'diversi lokalitaiiet. Jiċċassaw meta ninfurmaw li ż-żmien għall-oġġezzjonijiet għalaq madwar 12-il sena ilu. Il- parti l-kbira tar-residenti ma jiftakrux l-ismijiet tal-membri parlamentari li għaddewhom biż-żmien. F'dawn l-aħħar ġimgħat kelli każijiet fil-Mellieħa, il-Mosta, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Ħ'Attard. U għad hemm ħafna iktar. 2. Il-bdil fil-klima u l-karozzi tal-elettriku Studju ppubblikat nhar il- Ġimgħa fil-Journal Nature Communications jiġbed l-attenzjoni li jekk wieħed iqabbel l-emmissjonijiet attwali ta' diversi pajjiżi ma' dak li wegħdu f 'Pariġi sentejn ilu fil-laqgħa dwar it-tibdil fil-klima, għadna ħafna lura biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Il-wegħdiet faċli biex isiru imma sfortunatament mhux faċli biex jinżammu. It-trasport hu llum il- kontribut ewlieni ta' Malta għat-tibdil fil-klima. Madwar sena ilu l-Prim Ministru Muscat kien qal li mhux 'il bogħod li jieqfu l-karozzi li jaħdmu bil- petrol u d-disil mit-toroq tagħna biex flokhom nibdew nużaw karozzi li jaħdmu bl- elettriku. Għadna nistennew lill-Gvern iħabbar il-pjan tiegħu. 3. 17 Black L-aħbar mil-Latvja dwar l-ismijiet assoċjati mal- kumpanija 17 Black u ċ-ċaqlieq ta' flus maħmuġin madwar id-dinja ikomplu jagħtu l-kulur lill-istorja li ma tispiċċa qatt dwar il-ħasil tal-flus. Tajjeb li niftakru f 'dik iż-żjara uffiċjali f 'Baku f 'Diċembru 2014 meta l-ebda uffiċjal taċ-ċivil jew ġurnalista ma kien preżenti. Dakinhar staqsejna għalfejn? Possibilment it-tweġiba illum qiegħda tiċċassa lejna. 4. L-istrateġija ta' Beding field Nhar il-ġimgħa kienet l-aħħar ġurnata għall- konsultazzjoni pubblika dwar il-Kottonera li jidher li qiegħda f 'idejn Glenn Bedingfield. Qed jipproponu t-twaqqif ta' fondazzjoni biex timplimenta l-istrateġija. Donnu li Glenn ftit jimpurtah mill-kunsilli lokali jew mill-kunsill tar-reġjun li s-sens komun jgħidlek li għandhom ikunu huma inkarigati bl- implementazzjoni. Forsi Glenn għadu ma indunax li hemm "konsultazzjoni pubblika" oħra għaddejja, din id-darba dwar il-Gvern lokali u għadha għaddejja sal-aħħar ta' Novembru. X'għala biebu! 5. L-appell dwar id-dB L-appell kontra l-permess ta' żvilupp li nħareġ lid-dB għat-tħarbit tas- sit tal-ITS f ' Pembroke jibda nhar it-Tlieta. It- Tribunal ta' Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar (il-Bord tal-appell) irid jibda biex jiddeċiedu dwar it-talba li għandu quddiemu minn dawk li qed jopponu l-permess biex ix-xogħol li diġà beda jieqaf immedjatament u jibqa' hekk wieqaf sa meta jinqata' l-appell. Wara t-Tribunal jibda jikkonsidra sottomissjonijiet fuq kull waħda mit-18-il raġuni li hemm biex il-permess jitħassar: ibda mill-kunflitt ta' interess tal-aġent tal- propjetà membru tal-bord li japprova l-permessi tal-bini kif ukoll bir-regoli kollha li nkisru meta kien approvat dan il-permess ta' żvilupp. Ħames ħsibijiet CARMEL CACOPARDO DUN ANG SEYCHELL Il-parti l-kbira tar-residenti ma jiftakrux l-ismijiet tal-membri parlamentari li għaddewhom biż- żmien. Madwar sena ilu l-Prim Ministru Muscat kien qal li mhux 'il bogħod li jieqfu l-karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-disil. Għadna nistennew.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018