Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat CHRISTINE Scerri - mara ta' 27 sena u toqgħod San Ġiljan. Taħdem fi skola tal-Ingliż u hija wkoll studenta universitarja fl-Universita' ta Malta. Bħalissa qiegħda tistudja għall-Masters fl-Istudji Teatrali, u ilha atleta fix-xena tal-bodybuilding għal dawn l-aħħar tliet snin. Fil-jiem li għaddew, irrappreżentat lil Malta għat-tielet darba konsekuttiva fil-federazzjoni tal-bodybuilding NABBA UNIVERSE, fejn ukoll din is-sena il-federazzjoni kienet qiegħda tiċċelebra għeluq is- 70 sena mit-twaqqif tagħha. Hija rebħet din il- kompetizzni prestiġjuża fejn b'hekk kompliet tagħmel ġieh u unur lil pajjiżna. F'dan l-artiklu, Christine, innifisha se tkun qed tagħti iktar dettalji rigward x'fissret għaliha din ir- rebħa u kif ippreparat għal din il-kompetizzjoni fost oħrajn. "B'din ir-rebħa nħossni onorata ħafna li ressaqt isem pajjiżi fuq quddiem, kif ukoll onorata ngħid li nżilt mhux biss bħala rebbieħa, imma kif ukoll bħala l-ewwel atleta femminili u Maltija f 'dan l-isport li rebħet it-titlu tal-ewwel post bħala Miss NABBA Universe Athletic Figure, li huwa meqjus bħala titlu tant prestiġjuż. Din is- sena ħadt sehem fil-Kategorija Athletic Figure fejn konna 12-il kompetitriċi. Din hija kategorija li tirrikjedi iżjed massa muskolari minn dik li kont ħadt sehem fiha fis-sena 2016, li hija Toned Figure. Naturalment, iżjed ma titla' fil- kategoriji, l-għadma ssir iktar iebsa u għalhekk jiżdied il-livell tax-xogħol u dedikazzjoni fi żmien il- preparamenti. Kif diga' kont semmejt f 'intervista oħra wara li l-ewwel sehem tiegħi fin- NABBA Universe fl-2016, il- preparamenti għal dan it-tip ta' kompetizzjonijiet iżommuni mpenjata ħafna għaliex huwa sport li jitlob ħafna sagrifiċċji u dedikazzjoni. Huwa sport li jirrikjedi l-atleta jkun konsistenti fit-training u fid- dieta ta' kuljum. Għal din l-aħħar sena (minn Jannar s'issa) il-gurnata tiegħi kienet tikkonsisti li nżomm ma dieta tikkonsisti f 'ikliet żgħar u spissi matul il-ġurnata, training kważi kuljum wara l-ġurnata tax-xogħol tiegħi, inklużi ukoll il-ġranet ta tmiem il-ġimgħa. Is-sagrifiċċju jinħass daqsxejn iżjed meta kien jasal avveniment familjari jew socjevoli fejn ridt nattendi pero fil-istess ħin inzomm mar-rutina tiegħi. Hija l-effiċjenza tal-atleta jum wara jum li twassal ghal riżultati ta' dan it-tip. Meta nħares lura matul dawn l-aħħar tlett snin ta' kompetizzjonijiet, ninduna bil-kambjament positiv li seħħ bis-saħħa ta' ħafna xogħol u ma nistax ma nsemmix ukoll is-sehem li jgħatu l-għarus tiegħi u l-familja tiegħu, familja u qraba, il-coach tiegħi Norton Chalker, l-isports masseur tiegħi Chris Maggi, il-president tal-Federazzjoni NABBA f 'Malta Vince Balzan Gouder u l-mara tiegħu Yvonne, kollegi tax-xogħol u sapport minn atleti oħra f 'dan l-isport. Kull persuna lagħbet parti importanti ħafna f 'din ir- rebħa, kemm jekk hija kbira kif ukoll żgħira. L-għanijiet tiegħi għall-ġejjieni huma li nkompli navvanza bil- ħsieb li nitla' għall-kategorija 'Trained Figure'. M'għandix dubju li fejn hemm l-għaqda bħala tim Malti u sakemm nibqgħu naħdmu id f 'id għandna nkomplu niksbu riżultati sbieħ għal Malta. F'Malta, inħoss li għandna potenzjal qawwi f 'dan l-isport u għalhekk nixtieq inħeġġeġ lil dawk kollha li forsi qiegħdin jikkunsidraw li jieħdu sehem f 'attivitajiet simili biex ikunu avventurużi u jieħdu l-pass sabiex jidħlu fix-xena tal-bodybuilding bħala kompetituri. Tirbaħ jew ma tirbaħx l-ewwel titlu, il-kompetitur dejjem jibqa' rebbieħ. Huwa sport ta' dixxiplina kbira, nazzarda ngħid simili ħafna tad- dixxiplina militari fejn inti issir kapaċi tikkontrolla r-rieda tiegħek fejn jidħlu rutina ta' nutrizzjoni adekwata u attivita fisika. Ultimament huwa sport li jgħinek tifforma karattru sod fejn eventwalment jiġi rifless fil-ħajja personali tiegħek ta' kuljum u b' hekk jgħinek tikseb successi oħra fil-ħajja barra dan l-isport. Għalhekk il-bodybuilding inħares lejh bħala sport ta' ħafna benefiċċji mhux biss bħala gwadann għal saħħtek. Apparti minn hekk, dan l-isport inħares lejh bħala arti visiva fejn id-dehra fiżika tal-atleta hija l-iskultura tal- iskultur, fi kliem ieħor il-coach li permezz ta' pjan tat-training u nutrizzjoni joħloq il- physique ideali li japplika għal kategorija tal-competizzjoni magħżula. Wara din ir-rebħa, bħalissa qed inħares bil- quddiem għal daqsxejn żmien iktar kwiet sabiex ingawdi iżjed lil familjari, l-għarus tiegħi u sħabi, inżur pajjiżi barranin fuq btala sakemm nideciedi nerga nibda nipprepara għal kompetizzjoni li jmiss. L-aħħar u mhux l-inqas nixtieq ngħati r-ringrazzjamenti tiegħi lin- nies li kienu ta' għajnuna kbira kontinwament. Nirringrazzja bis-sħiħ lill- għarus tiegħi James Micallef ta' kemm kien ta' sapport għalija fi żmien li anke huwa stess kien għaddej mill-istess proċess ta' dieta u trejning. Mingħajru u mingħajr is- sapport tal-familja tieghu dan kollu ma kienx iseħħ mill-bidu nett. Nirringrazzja ħafna lil coach tiegħi Norton Chalker tat-tmexxija professjonali u tad-dedikazzjoni li wera biex inmorru tajjeb kemm jista jkun f 'din il-kompetizzjoni. Lil president tan-Nabba f 'Malta Vince Balzan Gouder u l-mara tiegħu Yvonne tas-support li jgħatu lil atleti tagħhom. Inrodd ħajr lill-isport Massuer Chris Maggi ta' kemm ħa ħsieb lili u lil James matul il-proċess kollu u l-interess li wera sabiex nipprevjenu u nikkuraw ċertu injuries. Kif ukoll nixtieq nesprimi r-ringrazzjament tiegħi lejn il-ħbieb, kollegi tax-xogħol u ħafna oħrajn ta kemm fehmu l-esiġenza ta' dan l-isport u tas-support li rċevejt mingħand ammiraturi fuq il-media soċjali. Fl- istess ħin, nixtieq ukoll nikkongratula lill-atleta Maltija Leanne Bartolo tar-riżultat li kisbet fl-Amerika ġimgħa ilu hekk kif temmet fit-tielet post fil-kategorija Ms Bikini. Nirringrazzjaha wkoll tas- sapport li tatni bħala udjenza fl-Ingilterra. Fl-aħħar u mhux l-inqas nemmen li fi sport daqshekk esiġenti, jekk wieħed iżomm l-għaqda u jgħin lil xulxin, bħala nazzjon nistgħu niksbu ħafna riżultati ta' dan it-tip, għaliex il-potenzjal Malti qiegħed hemm u huwa wieħed qawwi!" Christine Scerri... l-ewwel atleta femminili Maltija li rebħet it-titlu ta' Miss NABBA Universe Athletic Figure Ritratt - NABBA Universe 2018 Christine Scerri kburija bil-bandiera Maltija ppreżentata bit-Trofew ta' Miss NABBA Universe Athletic Figure -Ingilterra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018