Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 minn Cristian Antony Muscat DIANE Schembri - kick- boxer ewlenija Maltija li regolarment qed tagħmel unur u ġieh kbir għal pajjiżna permezz ta' diversi rebħiet kemm f 'pajjiżna kif ukol barra minn xtutna. L-aħħar waħda waslet fil-jiem li għaddew fil- Gladiators Fight Night meta għelbet lill-fighter Ingliża li fil-weigh-in saħansitra kienet tiżen bejn 3 u 4 kilogrammi aktar minnha fil-piż. F'dan l-artiklu, Diane, innifisha se tkun qed ittina aktar dettalji. "Sodisfazzjon ieħor wara dak li kelli fir-Repubblika Ċeka wara biss ġimgħatejn erġajt ikkompetejt fi ġlieda K1 semi-professjonli ġewwa pajjiżi fil-Gladiators Fight Night u ksibt rebħa kontra avversarja mill-Ingilterra li ftit xhur qabel iġġildet hawn Malta fil-boxing u rebħet kontra boxer lokali. Din hija fighter b'record history ta' fights iktar għoli minni fejn rebħet ukoll diversi titli. F'kull ġlieda li tkun ħa ssir dejjem ikun hemm ftehim mal-fighters dwar piż. B'hekk bħala atleti li ġejjin minn klabb professjonali u ta' dixxiplina neħduha bis- serjetà, nittrenjaw, ikollna dieta tajba u nagħmlu diversi sagrifiċċji biex meta niġu għall-weigh-in inkunu żammejna mal-ftehim li jkun sar. Għalkemm l- avversarja ġiet b'piż ta' madwar 3 u 4 kilos iktar milli suppost xorta aċċettajt li niġġieled il-fight. Dan m'affetwanix mentalment u bqajt ikkonċentrata biex nagħti performance tajba. Bħala ġlieda kienet ta' erba' rawnds ta' żewġ minuti 'l wieħed. Fl-ewwel żewġ rawnds kienet viċin imbagħd fit-3 u r-4 rawnd tajtha ftit punches sew li l-avversarja bdiet tidher naqra storduta u għajjiena. B'hekk bqajt nippressa u bqajt għaddejja sal-aħħar sakemm daqqet il-qanpiena! Malli spiċċat il-fight kont għadni ma nafx ir-riżultat però għalija l-fatt li tajt qalbi fuq ir-ring u l-fatt li l- Master Noel Mercieca kien sodisfatt bil-ġlieda kienet diġà biżżejjed għalija. Imbagħad meta tmur f ' nofs ir-ring, biex jagħtu r-riżultat finali u jtuk ir- rebħa, hemmhekk joħroġ il-ferħ u l-apprezzament tas-sagrifiċċji kollha li tkun għamilt. Dan kollu bit-trejning u l-fiducja li dejjem itini Master Noel, il- cornermen li tant għenuni qabel u waqt il-ġlieda jiġifieri Terence Cilia, Daniel 'The Jet' Zahra u James Busuttil li ngħidilhom grazzi kbira minn qalbi. Issa flimkien mat-tim kolllu, beħsiebni nkompli naħdem biex nippreparaw għall-kompetizjoni li ser issir fid-9 ta' Diċembru jiġifieri l-MKBA Maltese National Championship. Fl-aħħarnett, nixtieq nirringrazzja lill-Promoters Noel Mercieca u Niclas Elfstedt, lis- sapporters kollha, Ying Yang Team Noel, Jonathan Xerri u l-familja kollha li bis-saħħa tagħhom, dan kollu jkun possibli." illum Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 Terġa' tagħmel unur għal Malta minkejja li l-avversarja kienet tiżen erba' kilogrammi aktar milli suppost Ritratti - Martin Agius kolllu, beħsiebni nkompli National Championship. kollha, Diane Schembri imkien ma' Master Noel Mercieca u Daniel 'The Jet' Zahra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018