Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 | illum 'Kburi ferm bil-plejers tiegħi u ninsab ċert li hemm futur sabiħ għat-tim tan-nisa ta' Sliema ASC' - Mario Cachia minn Cristian Antony Muscat ISSENA 2018 kienet waħda ta' suċċess għat- tim tal-Waterpolo tan-nisa tal-Klabb tas- Sliema. Dan peressli rebħu xejn inqas minn tliet unuri mill-erbgħa li torganizza l- ASA ta' Malta. Dawn l-unuri kienu l-Kampjonat tax- Xitwa, is-Super Cup, (żewġ kompetizzjonijiet ġodda għall-waterpolo tan-nisa), u n-Knock- out trophy, b'din tal- aħħar tkun anke t-tielet rebħa infila ta' din il- kompetizzjoni. Għall-kowċ tat-tim tan- nisa tas-Sliema, Mario Cachia, dan kien suċċess li kompla jibni fuq ta' qablu: "Il-fatt li għar-raba' staġun infila ħadna unuri maġġuri, u ħadna n-KO tliet darbet infila huwa ta' sodisfazzjon kbir, li jfisser li għalkemm tlifna ħafna plejers minn erba' snin 'l hawn, it-tim baqa' sod u jibni bi plejers ġodda ma' plejers veterani. U l-unur tan-Knock-Out ta' dis- sena fih sinjifikat ikbar għax Sliema kien l- uniku tim li lagħab il-fażi kollha tal-kompetizzjoni, mill- kwarti tal-finali sal-finali, u rebaħhom kolllha. Dan ifisser li lgħabna kontra t-timijiet kollha tal- Kampjonat biex ħadna n-Knock-Out. Ma kinitx faċli." "Sfortunatament, tlifna l-Kampjonat tas-Sajf għax konna nagħmlu Poker. Però, ġietna ġimgħa ħażina, fejn ma konniex konċentrati biżżejjed, u tlifna l-kampjonat f 'ġimgħa. Dan, però, irrid ngħid, wara li kellna l-ewwel logħba 'away' kontra Exiles li ġiet posposta lejlet il-logħba, u mbagħad ġiet milgħuba kważi sitt ġimghat wara. Din affettwatna ħażin bħala tim, għax konna għaddejjin fl-aqwa forma tagħna fl-ewwel stadju tal-kampjonat, meta kellha tintlagħab dil- logħba. Konna għadna kif ħadna l-Kampjonat tax-Xitwa, irbaħna b'mod konvinċenti l-finali tas-Super Cup, u konna għadna kif qtajna post għas-semi-finali tan- knock-out wara li għelibna lil Exiles f ' logħba mill- isbaħ fil-kwarti tal-finali. Però, għal xi raġuni, li jien sal-lum ma nistax nifhem, din il-logħba ġiet posposta mill-ASA, anke jekk aħna offrejna ħafna alternattivi oħra biex il-logħba tintlagħab xorta. Imma lil hinn minnhekk, it-tim tagħna, anke wara d-disfatta tal-kampjonat, reġa' ikkarga u pprepara bis-sħiħ għall-finali tan- knock-out. Din kienet il- ħames finali infila għalina, u t-tielet rebħa infila. Ħadna l-logħba f 'idejna mill-ewwel u wara li kellna r-riżultat assigurat sa nofs it-tielet sessjoni, imbagħad stajna nikkontrollowha sew. B'hekk issa t-tim tan-nisa tas-Sliema huwa l-aktar klabb tan-nisa li kiseb unuri fl-istorja. Fil-fatt, it-tim tan-nisa tas-Sliema rebaħ dawn l-unuri: Kampjonat tax-Xitwa, Super Cup, Kampjonat tas-Sajf (2) u Knock-Out (3). Ma' dawn jekk wieħed iżid ir-Runners-up tal- Kampjonat tas-Sajf (3) u runners-up tan- Knock- Out (2) juru li t-tim tan-nisa tas-Sliema, minn meta beda fl-2013, sena wara oħra beda jissaħħaħ u jiġġieled għall-unuri. F'dawn is-snin kollha, it-tim dejjem kien taħt it- tmexxija tal-kowċ Mario Cachia, li huwa l-uniku kowċ li għadu fil-kariga mill-ewwel staġun tal- 2013. X'hemm għall-futur? "Għat-tim, hemm futur sabiħ għax hemm nukleu tajjeb ta' tfajliet żgħażagħ li issa ilhom jilagħbu flimkien mill-inqas għal erba' snin. Magħhom hemm l- esperjenza tal- veterani, li kontinwament jgħaddu l-esperjenza tagħhom liż- żgħażagħ. U ma' dawn, dejjem qed inħajru demm ġdid biex jibda jipprattika biex inkomplu nkabbru I-logħba tal-waterpolo tan-nisa fil-klabb tas- Sliema. Jiena kburi li l- klabb wera fiduċja fija fit- tmexxija tat-tim, u ninsab kburi bil-plejers kollha li matul dawn l-istaġuni taw sehemhom għat-tim u għall-klabb biex b'hekk stajna nikkompetu u finalment nirbħu l-unuri." Mario Cachia jifraħ mal-plejers wara r-rebħ tan-KO - mario 1 pic - Ritratt - Wally Galea Mario Cachia jagħti struzzjonijiet lill-plejers tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018