Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026
Sports 28 illum Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 'Meta nitkellem ma' persuni ġodda, ma jemmnux li nilgħab il-hockey mal-irġiel' - Bernice Calleja minn Cristian Antony Muscat BERNICE Calleja - plejer mill-aqwa tal- hockey f 'pajjiżna u li preżenatent tokkupa l-irwol ta' team manager ta' Qormi Daikin Hockey Club. F'dan l-artiklu se nkunu qed inisru nafuha aħjar. "Il-hockey għalija huwa parti kbira minn ħajti. Ilni nipprattika dan l-isport ma' Qormi Daikin Hockey Club sa minn meta kelli seba' snin. Għażilt li nilgħab dan l-isport għax kont nara lil ħija Keith u lil tliet kuġini oħra jilagħbu, u kienu huma stess li ħajruni nibda nipprattika dan l-isport. Meta missieri kien iżgħar, ukoll kien jilgħab dan l-isport. Il-hockey għalija huwa delizzju li meta nipprattikah inħossni nirrilassa. Li nittrenja u nilgħab f 'tim wieħed għenitni nitjieb fil- ħiliet tiegħi fejn tidħol komunikazzjoni. Dan minħabba li fil-logħba trid tikkomunika b'modi verbali u anke dawk mhux verbali peressli l-logħba tintlgħab b'mod mgħaġġel. Minħabba li l-logħba tintlagħab f 'tim, awtomatikament tgħinni biex nilgħab aħjar ma' ħaddieħor, li fl-istess ħin tgħinni wkoll fl-istudji tiegħi u fuq il-post tax- xogħol biex naħdem ma' ħaddiehor. Li tkun tipprattika sport, tistudja u taħdem fl-istess ħin mhijiex faċli u trid tqassam il-ħin tajjeb u addattat. Dedikazzjoni u dixxiplina huma żewġ fatturi li wieħed irid iżomm f 'moħħu u jimplimenta biex iwettaq dak li jixtieq. Il-faċilità tal-grawnd nazzjonali ġewwa Kordin huwa ta' livell aċċettabli. Xorta waħda nemmen li bħala faċilitajiet jistgħu ikunu rranġati għall-aħjar, iżda wieħed irid jifhem li biex dan iseħħj eħtieġ li jintefqu ħafna flus. Sfortunatament, il- hockey f 'Malta mhuwiex daqshekk popolari fost l-irġiel, u wisq aktar fost in-nisa. Minn meta bdejt nipprattika dan l-isport, il-maġġoranza tal- plejers dejjem kienu subien min-naħa ta' kull klabb. Meta nitkellem ma' persuni ġodda u ngħidilhom li nipprattika dan l-isport, normalment dejjem jgħiduli li qatt ma semgħu bih, u ma jemmnux li nilgħab dan l-isport mas-subien. Jien għalija din hija ħaġa komuni, u ma tgħamilli l-ebda differenza għax il-plejers li nilgħab magħhom ilni nafhom minn ta' età żghira, u tista' tgħid li trabbejna u tlajna nilagħbu l-hockey flimkien. Grazzi għall-kowċis li sibt matul iż-żminijiet li ilni nipprattika dan l-isport, jien sibtha aktar faċli biex naddatta ruħi għall-hockey. Dan għaliex qatt ma ddiskrimawni mis-subien u dejjem tawni opportunitajiet ġodda, fosthom li sifirna s-Slovenja u riċentament Messina fi Sqallija fejn lgħabt kontra rġiel oħra u flimkien bħala klabb irbaħna t-tieni edizzjoni tal-'International Mediterranean Cup'. Apparti minnhekk, kelli opportunità oħra mal- klabb fejn morna training camp ġewwa Pisa fl-Italja. Bħala klabb bi storja kbira fejn jidħol il-hockey, l-aspettattivi ta' Qormi Daikin Hockey Club fuq livell kompetittiv huma li nerġgħu nirbħu kull kategorija li teżisti f 'Malta. Apparti minnhekk, dan il-club għandu l-aspettattiva li jkompli jħeġġeġ aktar nisa biex jingħaqdu fil- familja tal-hockey, kif fil-fatt dan il-klabb diġà wera tul iż- żmien." Unuri li Bernice Calleja rebħet ma' Qormi Daikin: Kampjonat Under 12 (1) 2007-08 Kampjonat Under 14 (3) 2006-07, 2009-10, 2010- 11 Kampjonat Under 16 (5) 2008-09, 2009-10, 2010- 11, 2011-12, 2012-13 Kampjonat 9-a-side (2) 2011-12, 2012-13 Kampjonat Hockey 5s (1) 2014-15 Kampjonat 7-a-side (3) 2015-16, 2016-17, 2017- 18 Anthony Tabone Memorial (1) 2016 International Mediterranean Cup (1) 2018. Unuri individwali: Girls Most Improved Player (1) 2007-08 Hockey Association Malta Under 12 Player of the Year (1) 2008-09 Girls Most Promising Player (4) 2008-09, 2009- 10, 2010-11, 2011-12 7-a-side Most Dedicated Player (1) 2015-16 Citta Pinto Festival Girls Best Player (2) 2016,2017 Most Dedicated Member (2) 2016, 2017. Bernice Calleja -azzjoni Bernice Calleja ppreżentata bl-unur ta' 'Most Dedicated Member' minn Qormi Daikin HC għat-tieni sena konsekuttiva Ritratt - Qormi Daikin Hockey Club