Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026
Sports 30 illum | Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minn età żgħira dejjem kelli passjoni kbira għall-futbol. L-iskola, fit-triq ma' sħabi, fil-parapett tad-dar tagħna, fil- ġnien tan-nanna mal-kuġini, dejjem bil- ballun. Tal-plastik, tal-ġilda, tal-kalzetti ħżiena, tal-karti. Li jiġi! Ta' tmien snin niftakar li konna morna l-ħanut tar-roti ta' Ġużi Fava ġewwa Tas-Sliema, u b'xi mod jew ieħor, kien irnexxielu jikkonvinċi lil ommi biex nidħol fin-Nursery tas-Sliema Wanderers. Minn dakinhar sal-lum, m'għaddietx ġurnata waħda li kont 'il bogħod mil-logħba tal-futbol. X'tikkummenta fuq l-esperjenza li kellek bħala kowċ ta' Mdina Knights? Kienet l-ewwel esperjenza tiegħi bħala Head Coach ta' tim tal-kbar. Fl-istaġun li kien għadu kif intemm, kien irnexxielna nirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni mal-Melita FC u ġejna promossi fil- Kampjonat Premier. Jiġifieri ma kinitx deċiżjoni faċli li nitlaq mill-Melita FC u mmur mal-Imdina Knights. Biss, il-ħsieb tiegħi kien dejjem li meta nagħmel pass biex "nitlaq għal rasi", kien ser ikun ma' tim żgħir, ambizzjuż u li lest li jinvesti fl-ideat u fix-xogħol tiegħi. Mhux investiment mil-lat finanzjarju, imma klabb li għandu l-istess viżjoni tiegħi, u li jħallini naħdem kif xtaqt. Mal-Imdina Knights sibt li xtaqt, u ħafna aktar. Kumitat żagħżugħ, b'enerġija kbira, li dejjem għamel dak kollu li seta' biex l-iskwadra ma tkun tonqosha xejn. Din kienet żgur esperjenza li nibqa' ngħożż, għax apparti li flimkien irbaħna l-ewwel unur tagħna meta rbahna l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni, tgħallimt ħafna lezzjonijiet li għadni ngħożżhom illum. U dik ma' Melita? L-ewwel esperjenza tiegħi mal-Melita FC kienet fl-2008. Wara li ħdimna flimkien ma' Għargħur FC u ma' Qormi FC, Martin Gregory kien bagħat għalija biex nassistih mat-tim tal-kbar, kif ukoll biex inkun il-kowċ tat-tim tal-Minors. Kienet esperjenza inkredibbli, fejn f 'dawk l-erba' snin irnexxielna nieħdu żewġ promozzjonijiet u żewġ Knock-Outs mal- kbar, kif ukoll wasalna għall-Promotion Decider għall-Premier li sfortunatament konna tlifna. Apparti minn hekk, bil-Minors ukoll irnexxielna nitilgħu Section A għall- ewwel darba fl-istorja tal-klabb, fejn ġejna sentejn fuq xulxin it-tieni, kif ukoll irbaħna n-Knock-Out. Kienet esperjenza inkreddibli ma' grupp ta' plejers li dejjem riedu jaħdmu u dejjem taw kulma kellhom. It-tieni esperjenza kienet totalment differenti. Din id-darba ngħaqadt mal-Melita FC bħala kowċ tal-kbar fl-Ewwel Diviżjoni u Direttur Tekniku tal-iskwadri ta' taħt id-19-il sena u 17 -il sena. Kienu sentejn xogħol bla waqfien li tgħallimt ħafna minnhom u li għenuni nikber kemm bħala kowċ, kif ukoll bħala persuna. Bħalissa, għadni kif erġajt bdejt esperjenza ġdida mal-Melita FC fl-irwol ta' Head Coach tan-Nursery, jiġifieri żgur nista' ngħid li l-Melita nqisha bħala t-tieni dar tiegħi! Kemm tgħallimt minn dawn iż-żewġ esperjenzi differenti? Aktar milli nista' npoġġi fi kliem. Meta tagħmel snin taħdem ma' xi ħadd bħal Martin Gregory, li għamel għomru kollu fil-futbol, fl-ogħla livell, ma tistax ma titgħallimx. Kemm fuq l-aspett ta' futbol, kif ukoll fuq l-aspett uman, speċjalment ta' kif għandek iġġib ruħek man-nies li trid taħdem magħhom. Nista' ngħid li huwa l-aktar persuna li tgħallimt mingħandha. Persuna oħra li għenitni u għallmitni ħafna huwa Stephen Grima, il-"Head of Coaching Education" tal-MFA. Persuna li jagħfsek u jimbuttak biex titgħallem, imma fl-istess ħin jgħinek kemm jiflaħ biex issib it-triq tiegħek. Kien tagħlim imprezzabbli. Ma' Mdina Knights, ħdimt ma' nies iddedikati, b'enerġija kbira li qatt ma kienu jaqtgħu qalbhom minn ħadd u xejn. Kwalitajiet li saru parti minni sal- ġurnata tal-lum. Ovvjament ma nistax ma nsemmix dawn l-aħħar sentejn fejn ħdimt mal- Hibernians FC. F'din l-esperjenza ħdimt ma' kull etajiet ta' plejers, miż-żgħar ta' taħt il-ħames snin, sal-iskwadra tal- kbar. Ħdimt id f 'id ma' kowċis li kont nitgħallem mingħandhom kuljum. Esperjenza li kienet importantissima għalija. X'differenzi hemm bejn il-futbol tal-irġiel u dak tan-nisa? Nemmen bis-sħiħ li l-akbar nuqqas huwa fil-kunċetti u d-dettalji bażiċi tal-futbol. Mill-ftit esperjenza li għandi fil-futbol tan-nisa, minn età żgħira l-bniet jiġu mgħallma x'għandhom jagħmlu, imma mhux mgħallma għaliex iridu jagħmlu hekk. Allura ħafna ma jitgħallmux iħarsu lejn il-logħba mill- aspett globali, iżda jiffukaw fuq il-ftit affarijiet li hemm bżonn li jagħmlu huma biss. Ma tgħinx lanqas li hemm ħafna plejers li ma jarawx logħob fuq it- televixin, li jista' jgħallem ħafna. Personalment, nemmen li din hija ħasra, għax plejers ta' talent hawn, u d-dedikazzjoni, il-passjoni u l-qalb tal- plejers tal-futbol tan-nisa hija xi ħaġa inkredibbli. Kif dħalt fis-settur tal-kowċing tan-nisa? Fl-ewwel sena tiegħi bħala Head Coach tan-Nursery tal-Hibernians FC, tliet plejers tat-Tim tan-Nisa tal-Hibs kienu jiffurmaw parti mill-istaff tekniku tan- Nursery. Lejn l-aħħar ta' dak l-istaġun qbadna diskursata fuq kif sejjer il-kampjonat tagħhom, u qaluli li probabilment ser ikun hemm tibdil fl-istaff tekniku għall- istaġun ta' wara. Jien dejjem inħobb insib u nitgħallem minn esperjenzi u sfidi differenti, u għedtilhom li tkun esperjenza li tinteressani. Kelma ġabet lill- oħra, u llum wasalna hawnhekk. X'responsabbiltà tħoss li int il-kowċ tat- tim tan-nisa ta' Hibernians? Ovjament qegħdin nitkellmu fuq wieħed mit-timijiet ewlwnin fil-futbol tan-nisa f 'Malta. Jigifieri responsabilità u pressjoni ser ikun hemm dejjem. Biss jien dejjem nikkunsidra lili nnifsi bħala Kowċ tal-Futbol, mhux tal-irġiel, tat-tfal jew tan-nisa. Jiġifieri irrelevanti mill-età jew mis-sess tal-Players li naħdem magħhom, jien għandi viżjoni u l-ideat tiegħi ta' kif nemmen li l-futbol għandu jintlagħab, u dejjem nipprova nagħmel ħilti kollha biex nagħmel xogħli bl-aħjar mod possibli. X'għajnuna ssib mill-istaff tekniku u mill-kumitat ċentrali ta' Hibernians FC? Fil-futbol, persuna waħedha ma tasal qatt. Inħossni fortunat li jien imdawwar b'nies kapaċi u ddedikati li jagħmlu kollox possibli biex il-plejers ikollhom kulma għandhom bżonn. L-Assistent Kowċ tagħna, Daniel Sissons, huwa spalla importanti ħafna għalija. Iċ-Chairman tal-iskwadra tan- Nisa tal-Hibernians FC Victor Ellul, flimkien mal-kumitat tiegħu, huma l-magna ta' dan il-Klabb li mingħajrhom m'aħna xejn. Il-plejers huma l-qalb. Bis-sapport kontinwu tal-familji u s-sapporters tagħna, nibqgħu nagħmlu kulma huwa possibli biex nimxu 'l quddiem flimkien. Kellkom bidu ta' staġun mill-aqwa fejn irbaħtu l-finali tas-Super Cup meta ddominajtu tul ħinijiet twal fil-partita u għelibtu lir-rivali ta' Birkirkara bl-iskor konvinċenti ta' 3-0. X'taħseb li kien is- sigriet ta' dan is-suċċess? Il-qalb, l-għaqda u t-twemmin fina nfusna u f 'xulxin li aħna kapaċi. M'hemmx dubju li fl-iskwadra tagħna hemm it-talent u l-kwalità. F'ċerti logħbiet matul l-istaġun li għadda żbaljajna għax ħsibna li dik il-kwalità ser tirbaħ il-logħba waħedha. Insejna li fil-futbol trid taħdem, u ħadd mhu ser jagħtik xejn b'xejn. Fis-Super Cup konna mmotivati u kkonċentrati mill-bidu sal-aħħar. Jiġifieri bdejna fit-triq it-tajba. Biss it-triq hija twila, u jeħtieġ li nagħmlu kulma nistgħu biex nibqgħu sejrin f 'din id-direzzjoni. Dan kollu jindika li matul l-istaġun li ġej se terġgħu tkunu forza ewlenija fil- futbol lokali tan-nisa fejn se tkunu qed tiġġieldu bis-sħiħ għar-rebħ tal-unuri prinċipali fosthom tal-Kampjonat u tan- Knock-Out. X'tikkummenta? Ma nħobbx naħseb fuq x'jista' jiġri f 'April jew f 'Mejju. Dejjem nipprova nikkonċentra fuq il-logħba li jmiss, li għalina hija dejjem ikkunsidrata bħala l-aktar waħda importanti tal-istaġun. Li żgur nista' ngħid huwa li grazzi għall- kumitat tagħna, ninsab kuntent ħafna bil- bidliet kollha li kellna fl-iskwadra tagħna matul dan is-sajf. Għandna skwadra ħafna aktar magħquda milli kellna l-istaġun l-ieħor, il-moral tat-tim huwa għoli, għandna aktar alternattivi minn xiex nagħżlu, u ovvjament hemm aktar kompetizzjoni għall-postijiet fl-iskwadra. Din hija l-isbaħ problema li jista' jkollu kull kowċ. Apparti hekk, ninsab kuntent ħafna li dan l-istaġun ser ikollna skwadra ta' taħt id-19-il sena, li l-istaġun li għadda għal ħafna raġunijiet ma setax ikollna. Dan ifisser li l-Klabb ser ikun kompetittiv f 'kull kategorija, kif ukoll qiegħed jippjana u jinvesti fil-futur ukoll. Kemm taħseb li matul l-istaġun, se tħossu n-nuqqas tal-iskorer prolifiku Ylenia Carabott fl-attakk hekk kif din ingħaqdet b'self għal sena ma' Birkirkara? Sfortunatament, fis-Super Cup tal- istaġun li għadda, Ylenia Carabott, sofriet injury li żammitha barra għal diversi xhur. Apparti minn hekk, tlifna wkoll il-kontribuzzjoni ta' gowls ta' Martina Borg li bdiet avventura ġdida barra minn Malta. Għalkemm sibna ruħna f 'dik is- sitwazzjoni, matul dak l-istaġun kellna numru ta' plejers, fosthom Shona Zammit, Jade Flask, Emma Xuereb u Francesca Chircop, li skurjaw bejn tmienja u 12-il gowl kull wieħed. Apparti minn hekk, kellna wkoll lil Dorianne Theuma li rebħet l-unur tal-Aqwa Skorer tal-Kampjonat 2017/18 bi 22 gowl. Ovvjament, dan huwa wkoll grazzi għat- tip ta' logħba li nilagħbu aħna fejn ma niddependux minn plejer jew tnejn biss biex jagħlqu l-azzjonijiet tagħna. Li żgur nista' ngħid huwa li għandi fiduċja kbira fil-plejers tagħna, u bħalma għamlu l-istaġun li għadda, m'għandix dubju li kollha ser jagħmlu ħilithom għal xulxin, u għall-Klabb. Matul l-istaġun li għadda kellkom nixfa ta' unuri bħala klabb. X'taħseb li mar ħażin jew Birkirkara kienu superjuri għalikom? Taħlita tat-tnejn. Birkirkara rebħu l-unuri domestiċi kollha matul l-istaġun li għadda. Kienu kompetittivi l-istaġun li għadda, u m'hemmx dubju li ser jerġgħu ikunu minn ta' quddiem dan l-istaġun. Bħalma semmejtlek aktar qabel, nemmen li l-akbar ostaklu li kellna 'Jien kowċ tal-futbol, l-ewwel Cristian Antony Muscat Neil Zarb Cousin - kowċ bravu u ferm ħabrieki tat-tim tan-nisa ta' Hibernians FC, li l-bidu tal-istaġun mexxa lill-Pawlisti għar-rebħ tas-Super Cup. Huwa wkoll il-Head Coach u Director of Youth Coaching ma' Melita FC.