Bil-paroli fuq Facebook
ma jikbrux siġar! L-ILLUM
tiltaqa' ma' min qed
jagħmel xi ħaġa biex
pajjiżna jkollu aktar
siġar...
Ara paġni 12 u 13
www.illum.com.mt
€1.25
NEWSPAPER
POST
Nr 670 • 18 ta' Awwissu 2019
Minn Yendrick Cioff
ID-DEPUTATA Rosianne Cutajar saħqet
mal-gazzetta ILLUM li tippreferi jekk il-
Gvern imur għall-mudell tal-konċessjoni
biex f 'Malta jkun hawn krematorju
wieħed biss.
Cutajar, li kienet hi
li ressqet il-Private
Members Bill biex
f 'Mejju li għadda
l-kremazzjoni saret legali, saħqet li ma jkunx
jagħmel sens li f 'Malta jkun hawn aktar
minn krematorju wieħed.
"Ma nixtieqx li nħallu s-suq miftuħ u
jkollok xi tliet operaturi jiddeċiedu li jibnu
krematorju," saħqet id-Deputata.
Fi kliemha, kemm mill-aspett ambjentali u
anke minħabba l-vijabilità, ma jagħmilx sens
li f 'Malta jkun hawn aktar minn krematorju
wieħed.
"Nispiċċaw flok nipproteġu l-ambjent
nieħdu aktar art ODZ biex nibnu
l-krematorji," insistiet Cutajar. "Nixtieq li
mmorru għall-mudell ta' konċessjoni. Biex
ikollna krematorju wieħed."
Iżda dan ma jistax iwassal għall-
monopopju u prezzijiet m'ogħla
s-smewwiet? Cutajar wieġbet li jekk il-Gvern
imur għall-mudell tal-konċessjoni jkun jista'
jikkontrolla l-prezzijiet permezz ta' avviżi
legali.
Tkompli f 'paġna 7
Trid lill-Gvern jagħti konċessjoni
għal krematorju wieħed biss
Ara paġna 5
PERSUNA KUL JUM
TFITTEX L-GĦA JNUNA
IL-VIZZJU TAL-KOKAINA
Id-Direttur Kliniku tal-Aġenzija
Sedqa George Grech jiżvela
statistika allarmanti dwar l-użu
tad-droga kokaina f 'Malta