Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

F l-istaġun tas-sajf l-hena tiegħi nsib ħin indur l-ibliet u l-irħula nogħxa bit-tradizzjonijiet u l-kultura Maltija. Qed nirreferi għall-festi fil- komunitajiet tagħna. Apparti t-tradizzjoni reliġjuża, li wkoll għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra u għada ħajja sew, hemm ukoll imżewġin magħhom it-tradizzjonijiet lokali li huma parti intrinsika mill- festi Maltin.Toqgħod taħseb ftit, tirrealizza kemm hemm voluntiera li b'sagrifiċċji kbar jgħaddu ħin biex dawn it- tradizzjonijiet jibqgħu ħajjin. U jekk tibda taħseb, il-lista ta' dawn ma tispiċċa qatt. Għax jekk toqgħod tqis sew, ara kemm hemm voluntiera li permezz tax-xogħol siewi tagħhom, aħna u dawk li jżuru lil pajjiżna nkunu nistgħu ngawdu l-festi tagħna. Hemm dawk li jgħinu fil-festi reliġjużi, l-armar tal-knisja, arranġamenti tal-fjuri, tindif, dawk li jżejnu t-toroq tal-lokal bl-armar tal-festa, dawk li jaħdmu l-liedna, insomma jekk nibda nsemmi ma nispiċċa qatt. Hemm ukoll dawk li matul is-sena – ħafna b'mod volontarju wkoll – jgħallmu liż-żgħar il-marċi u mużika oħra biex magħqudin flimkien bħala banda, ikomplu jagħtu t-timbru tradizzjonali Malti fil-festi. Kull belt u raħal għandha tal-anqas soċjetà mużikali. U dawn ukoll intirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra u baqgħu magħna sal-lum. Il-każin tal-banda huwa ċentru fir-raħal jew belt fejn jinstab. Ċentru mhux biss għal dawk dilettanti tal-banda, imma ċentru wkoll għall- komunità kollha. Storja li teħodna daqs 150 sena lura, meta dawn kienu – u għadhom – iservu bħala klabb soċjali, li bil-mod il-mod inbidlu f 'każin tal-banda. Mixja li hija marbuta mal- għeruq tradizzjonali tagħna lkoll. Mixja li evolviet sew. U minn dejjem dawn il- każini kellhom l-importanza tagħhom. Jekk taqra l-kotba tal-istorja ssib li l-irvellijiet tas-Sette Giugno bdew propju minn diskussjonijiet imqanqla f 'każin tal-banda. Illum dawn iċ-ċentri jservu mhux biss bħala skola tal- mużika bla ħlas, imma wkoll ċentru minn fejn jiġu organizzati attivitajiet kulturali kemm għall-festi imma wkoll attivitajiet mużikali filantropiċi. Huma wkoll ċentru ta' tagħlim għaż-żgħażagħ tagħna. Il-każini għandhom post ċentrali importanti fejn jidħol it-tagħlim tal-kultura u tradizzjonijiet Maltin. Ix-xogħol tal-każini mhux marbut biss mal-lokal. Hemm is-sehem tagħhom f 'tradizzjonijiet oħra Maltin, bħall-Imnarja u okkażjonijiet oħra. Apparti minn dan, wieħed jieħu gost ukoll jara parteċipazzjoni tal-każini fuq livell aktar wiesa' – fil-ftuħ ta' Valletta 2018 pereżempju. Tajjeb li ngħid ukoll li membri tal-baned żviluppaw il-karriera tagħhom sew u llum huma professjonisti fil-qasam tagħhom. Meta tgħid każin tal-banda, mhuwiex biss il-lokal, imma qed issemmi snin kbar ta' tradizzjoni u wkoll tagħlim importanti. U dan joħroġ ukoll b'mod eċċellenti f 'xi serata jew oratorju li jtellgħu f 'dawn il- jiem. Titpaxxa tisma' l-ġmiel li l-banda kapaċi toffri f 'dawn il-mumenti li żgur li jsaħħruk. Festa mhix kompluta jekk ma' jkollniex ukoll il-logħob tan- nar. Tradizzjoni oħra li tmur lura s-snin. Ġabuha magħhom il-Kavallieri ta' San Gwann u nfirxet sew. Il-Kavallieri kienu jużaw il-piroteknika u l-logħob tan-nar biex jiċċelebraw okkażjonijiet speċjali. U min hemm il-Maltin, bil-ħila tagħhom għamlu dan il-logħob tan-nar – il-Gioco di fuoco u allura ġigġifogu – arti li llum il-ġurnata hija apprezzata mhux biss mid-dilettanti kollha, minn dawk li jżuru pajjiżna, imma wkoll mid- dinja kollha. Qed ngħid hekk għaliex drajna naraw riżultati sbieħ f 'kompetizzjonijiet internazzjonali, minn għaqdiet tan-nar Maltin. Hawnhekk ukoll jidħol il-volontarjat. Dawk kollha dilettanti huma fil-parti l-kbira tagħhom, voluntiera. Ħin prezzjuz li jgħadduh biex finalment anki l-element tal- logħob tan-nar baqa' għaddej minn ġenerazzjoni għall-oħra sal-lum.Anki dan ix-xogħol huwa mifrux 'l hinn mill-festi. Issa drajna naraw il-logħob tan-nar iżejjen is-smewwiet f 'okkażjonijiet nazzjonali – apparti l-festival tal-logħob tan-nar li jsir kull sena u matulu wieħed ikun jista' jammira s-sbuħija u t-talent ta' dawk li jaħdmuh. Insellem lil dawk kollha li jgħożżu t-tradizzjonijiet li jagħmluna Maltin u Għawdxin u ħadmu matul dawn is-snin, is-sekli, biex żammew ħajjin dawn it-tradizzjonijiet. • • • U huwa għalhekk li l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali minn żmien għal żmien juri appoġġ għal dawn li semmejt. Hemm żewġ fondi li jgħinu kemm lis-soċjetajiet mużikali u wkoll lill-kmamar tan-nar li jaħdmu b'mod volontarju. Il-fond immirat għall-każini tal-baned għandu l-għan li jsaħħaħ xogħolhom billi jappoġġja diversi inizjattivi proposti mill-każini tal-banda nfushom. Dawn jistgħu jvarjaw minn restawr ta' oġġetti storiċi li jinsabu fil-bini tal-każini tal-banda sa appoġġ fit-taħriġ ta' kondutturi u għalliema mużikali fil-livell terzjarju. Il-fond għandu wkoll l-għan li jappoġġja kollaborazzjonijiet bejn il-każini tal-banda u l-implimentazzjoni ta' proġetti innovattivi biex jespandu l-attivitajiet tal-każini tal- banda kemm f 'Malta kif ukoll barra. Il-fond immirat għall- kmamar tan-nar jaħseb biex jalloka fondi biex il-kmamar tan-nar itejbu l-infrastruttura tagħhom ħalli l-voluntiera jkunu jistgħu jaħdmu f 'post aktar sikur, kemm waqt il- manifattura kif ukoll waqt il-ħruq tan-nar. Il-fond jaħseb ukoll biex il-voluntiera jkunu jistgħu jinvestu f 'riżorsi li jgħinu biex tittejjeb il-kwalità tal-prodott pirotekniku Malti fejn tidħol sikurezza. • • • La qed inħares lejn il-festi, ma jistax jonqos li ma nsellimx ukoll grupp ta' ħaddiema ddedikati, li wara li kulħadd ikun gawda l-marċ tal-festa, u wkoll il-festa propja, f 'ħinijiet meta probabbli kulħadd ikun qed jistrieħ, ikunu qed iduru belt jew raħal fejn tkun saret festa. L-għan tagħhom hu li jnaddfu t-toroq ħalli l-għada tal-festa, il-lokalità terġa tisbaħ f 'ambjent nadif u xieraq. Ovvjament qed nitkellem dwar il-ħaddiema tad- Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni, li taqa' taħt il-Ministeru permezz tas- Segretarjat Parlamentari. Ta' min ukoll ifaħħar lil dawn il-ħaddiema, li jagħmlu sajf sħiħ, apparti x-xogħol tagħhom fix-xitwa, mhux biss iduru l-bajjiet u l-ibliet u rħula jnaddfu dak li persuni rresponsabbli jħallu warajhom, jew jitfgħu bħala skart mormi illegali, imma tarahom ukoll għaddejjin bil-kwiet inaddfu l-imkejjen fejn ikunu saru l-festi. Dawn il-ħaddiema jagħmlu xogħol siewi u kbir mingħajr daqq ta' trombi. Qed naraw kambjament kbir f 'dak li huwa tindif, manutenzjoni u żamma tal-indafa. Dejjem jibqa' dawk l-irresponsabbli li minflok jużaw mezzi li qegħdin hemm bla ħlas biex l-iskart goff jiddisponu minnu, jaqbdu u jarmuh fit-toroq u kampanja. Huwa ġest deplorabbli. Kieku m'hawnx mezzi, wieħed forsi jgħid mea culpa, imma mezzi hawn – u bla ħlas. Naħseb ikun tajjeb ukoll li l-ġurnali jingħaqdu magħna fil-kampanja pożittiva li nagħmlu dwar l-importanza li nżommu pajjiżna nadif. Aħna qed nagħmlu xogħolna, se nagħmlu aktar u dan se jiżdied ukoll b'aktar infurzar. Kulħadd għandu jagħti d-daqqa t'id tiegħu biex nipproteġu l-indafa ta' pajjiżna. • • • Nagħlaq billi nfakkar fil- Karnival tas-Sajf. Din is-sena l-Karnival tas-Sajf jibda fit-23 sal-25 ta' Awwissu u din is- sena wkoll għall-ewwel darba, apparti San Pawl il-Baħar u Marsaskala żidna wkoll Birżebbuga. Avveniment li għandu s-suċċess tiegħu u issa wkoll flimkien mal-Karnival ta' Frar, sab postu fil-Kalendarju Kulturali Malti. Inħeġġeġ lil kulħadd biex jipparteċipa, jieħu gost u jgawdi minn dawn l-attivitajiet li qed norganizzaw fil-jiem tas-sajf. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, il- Kultura u l-Gvern Lokali OWEN BONNICI illum | Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 18 Opinjoni Il-volontarjat fit-tradizzjonijiet Il-pjazza tal- Mosta armata għall-festa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019