Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 l-oħra tużahom f 'emerġenza biss. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Jien dejjem ngħid li logħba mingħajr referì kieku ma nilagħbuhiex. Jien għandi rispett kbir lejn ir-referì għax ħa ngħiduha kif inhi dan jagħmel x'jagħmel dejjem ħa jaqlagħha. Meta tim jitlef, dejjem għax minħabba r-referì. Ir-referì huwa uman u għalhekk huwa suġġett għall-iżball. Fl-istaġun li għadda daħlu xi ftit referis ġodda li dawn minn xi mkien iridu jibdew u b'hekk b'taħlita bejn dawk ġodda u dawk ta' esperjenza kbira nħoss li kollox ma' kollox kienu ta' livell tajjeb ħafna. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Sagrifiċċju kbir. Il-plejers Maltin ħafna minnhom iridu jmorru jaħdmu filgħodu u mbagħad iridu jmorru għat-taħriġ filgħaxija. Li tara lil sħabek ħerġin u int tgħidilhom le għax għada għandi l-logħob u trid tibqa' ġewwa hija iebsa għal żagħżugħ li jkun ġej minn ġimgħa skola jew Università. Imma llum il-ħajja hija kollha sagrifiċċji. Jekk mhux lest għas-sagrifiċċju, m'intix lest biex tilgħab il-futbol. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Jien kull min jafni jaf li jien l-ewwel il-familja u mbagħad il-futbol u mbagħad ix-xogħol. Ħafna nies jgħiduli ħażin tagħmel hekk, iva naf imma dik hija l-imħabba tiegħi. Jien għandi kumpanija għal rasi. Jien inqis li l-futbol huwa x-xogħol full-time tiegħi u x-xogħol tiegħi huwa l-part-time. Jien inqum naħseb fuq il-futbol u norqod naħseb fuq il-futbol. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Jien nemmen li fil-futur immur kowċ barra minn Malta. Iva nara kbir imma jien nemmen fil-potenzjal tiegħi. Diġà kelli opportunità li mmur barra minn xtutna maċ-Chelsea u mort għal intervista u għal training camp magħhom u ġejt offrut kuntratt professjonali imma għal raġunijiet familjari ma stajtx immur. Iżda qabel nixtieq li nkun l-iżgħar kowċ li qatt inkun ikkowċjajt Premier. Jien nemmen li bil-grinta, determinazzjoni, bil-qalb u b'saqajja mal-art għad nista' nasal. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Xi ħaġa żgħira - importanti li titfgħu moħħkom hemm. Ma jimpurtax jekk tiżbaljaw anzi importanti, imma importanti wkoll li dak l-iżball imbagħad ma terġax tagħmlu. Tiddejjaqx tistaqsi għal darba, darbtejn, tlieta. U ma jfissirx li għax tidħol tilgħab xi kwarta mat-tim tal-kbar ikun mingħalik li tkun wasalt xi mkien għax inkella dawk il-15-il minuta jkunu l-aħħar 15-il minuta li tkun lgħabt. Saqajkom mal-art u aħdmu biex taslu. Sagrifiċċji kbar trid tagħmel! norqod naħseb fuq il-futbol' ta' l-futur Pietà Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 | illum Ma jimpurtax jekk tiżbaljaw anzi importanti, imma importanti wkoll li dak l-iżball imbagħad ma terġax tagħmlu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019