Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 8 Aħbarijiet Minn Yendrick Cioffi PEMBROKE huwa magħruf bħala villaġġ żagħżugħ, modern u miftuħ iżda f 'nofsu jispikka l-iscrapyard tal-Pulizija invażat b'karozzi u vetturi oħra mfarrka u mixħuta kif ġie ġie. Wara informazzjoni li n-nirien li ħakmu diversi żoni f 'Pembroke matul il-ġimgħa li għaddiet bdew minn dan l-iscrapyard, il-gazzetta ILLUM żaret dan il-post u ma kellha bżonn taqbeż l-ebda ċint biex tagħmel dan. Il-grada kienet miftuħa u stajna nidħlu qisu xejn mhu xejn mingħajr ħadd ma waqqafna, qisek dieħel f 'xi bandli jew xi ġnien pubbliku. Spiċċajna qattajna l-isbaħ nofs siegħa nduru ma' dawn il-vetturi. Anke jekk persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta saħqu li n-nirien bdew minn dan il- post jew inkella minn xi żona viċin ħafna, l-ILLUM ftit li xejn sabet sinjali ta' ħruq, ħlief f 'żona mimlija ħaxix u siġar fuq in-naħa ta' wara. Jekk ħruq ma sibniex, periklu kien hemm u dan jidher ċar mir-ritratti li qed nippubblikaw. Biċċiet tal-ħadid mal-art, karozzi msadda, ħġieġ mifqugħ u bini żdingat huma ftit mill- affarijiet li ssib mixħuta bl- addoċċ f 'dan l-iscrapyard. Il-periklu għal kull min jidħol f 'dan il-post jidher ċar mir-ritratti. Allura sew li kulħadd jista' jaqbad u jidħol qisu xejn mhu xejn? Biex tkompli tgħarraq is- sitwazzjoni, aktar ma tidħol 'il ġewwa f 'dan l-iscrapyard, issib iċ-Ċentru tar- Riżorsi San Miguel, parti mill-Kulleġġ Santa Klara, liema ċentru joffri għadd ta' servizzi u edukazzjoni lil studenti; tfal b'diżabilità. Dan ifisser li ta' kuljum, biex dawn l-istudenti jidħlu l-iskola, ikollhom jgħaddu minn qalb dan iċ-ċimiterju tal- karozzi. Is-Sindku mħasseb u inkwetat bil-periklu Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-Sindku ta' Pembroke, Dean Hili, li esprima t-tħassib tiegħu għall-periklu li jġorr miegħu dan l-iscrapyard u agħar minn hekk għall-fatt li wieħed jista' jidħol fih qisu xejn mhu xejn. Fi kliemu, hu stess daħal f 'dan l-iscrapyard mingħajr problemi meta fis-6 ta' Awwissu lemaħ xi duħħan ħiereġ minn xi żona fil-viċin, liema nirien tant inxterdu li kellhom jiġu evakwati l-istudenti taċ-Ċentru tar- Riżorsi San Miguel. "Suppost ikun magħluq u miegħu ikun hemm l-għassa," saħaq is-Sindku. "Kull min ilu jgħix f 'din l-akkwata jaf bil- periklu li hemm." X'inhuma l-karozzi f 'dan l-iscrapyard? Dean Hili fakkar li f 'dan l-iscrapyard jitpoġġew dawk il-vetturi, mhux bilfors karozzi biss, li jkunu suġġetti għall- investigazzjonjiet u anke inkjesti. "Ma jagħmilx sens li dan ikun miftuħ qiesu xejn mhu Periklu, ħmieġ u nuqqas ta' L-ILLUM tidħol fl-iscrapyard tal-Pulizija L-ILLUM tidħol -iscrapyard tal- Pulizija daqslikieku kien ġnien pubbliku jew bandli. X'inhuma l-karozzi li jintefgħu h? X'jaħseb is-Sindku ta' Pembroke? Diversi vetturi mfarrka mitfugħa fl-iscrapyard Is-Sindku ta' Pembroke Dean Hili

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019