Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724
Sports 30 illum | Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi għall-futbol bdiet minn meta kont żgħir. Il-ġenituri tiegħi kienu jeħduni s-Salesjani Tas-Sliema fejn hemm kont inqatta' ħafna ħin nilgħab il- futbol u niġri ma' tfal ikbar minni. In-namra għall-kowċing bdiet bi sfida għaliex darba kont assistent kowċ ma' kowċ u dan il-kowċ kien qalli inti qatt mhu ħa tkun kowċ. U dan il-kliem sal-lum il-ġurnata għadni qed nisimgħu qisu lbieraħ. Jien għalija dik kienet il- motivazzjoni u kull meta nkun għaddej minn mument diffiċli niftakar f 'dak il-kliem li kien qalli dak il-kowċ u nerġa' lura iktar b'saħħti! X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun bħala Pietà Hostpurs? L-istaġun li għadda kien staġun fejn jien tgħallimt ħafna. Il-Pietà hemm filosofija li jekk hemm tifel li għandu l-potenzjal jingħata ċ-ċans, kif hekk għandu jkun. Naħseb li l-uniku diżappunt kien li ġew barranin mhux tal-livell ta' Premier. Inkwantu ta' minors kien staġun memorabbli. It-tragward tagħna kien li nsalvaw malajr kemm jista' jkun. Tispiċċa tiġi decider biex tieħu l-kampjonat u titlef fl-aħħar erba' minuti tal-extra time f 'logħba ta' livell ferm għoli u tispiċċa tirbaħ in- knock-out, naħseb li kien staġun li m'iniex ħa ninsa malajr. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma' Santa Luċija? Qed inħares 'il quddiem ħafna għal din l-esperjenza. Santa Luċija kien dak it-tim li tani ċ-ċans inkun kowċ. Kont kowċ magħhom għal nofs staġun fit-Tielet Diviżjoni. Minn hemm indunajt li kelli xi ħaġa speċjali għall-kowċing. Fl-istaġun ta' wara ġabu kowċ biex jien inkun nista' nitgħallem u kont sirt il-head coach tal-minors u rbaħt żewġ promozzjonijiet bit-tfal Luċjani. Meta kienu ġew St Andrews għalija biex immur assistent kowċ fil- Premier bla paroli ta' xejn ħallewni nitlaq biex inkompli nimraħ fil- kowċing. B'hekk jien għalija kienet għażla faċli fuq klabbs oħra u b'hekk qed inkun qed nirritorna u nkompli l-avventura ta' ħafna partitarji u nies fil-kumitat bil-għaqal u ta' ċerta serjetà, li wettqu ħolma li saret realtà u jien ħa nkun parti minnha. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Naqbel li jkun hemm 14-il tim għaliex kieku hemm xi timijiet li qatt ma telgħu Premier u b'hekk kulħadd ikollu ċans jagħmel dan. Sa issa dejjem kien sabiħ u sal- aħħar biex intrebaħ u biex inkunu nafu min waqa' fl-Ewwel Diviżjoni. Hemm ċans għal iktar kowċis Maltin li jistgħu jidhru u juru x'jafu. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Jiena nemmen li hemm erba' timijiet ta' livell għalihom u mbagħad hemm bejn tmienja u għaxar timijiet li huma tal-istess livell. L-aħħar ftit kampojnati wrew biċ-ċar dan li qed ngħid. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Iva naqbel. Jien nemmen li plejer tajjeb dejjem jilgħab. Jekk inti tkun qed titħarreġ ma' plejer barrani ta' livell, il-livell tiegħek ha ttejbu u titjieb. Klabbs li jgħaddu għall- kompetizzjonijiet Ewropej, din ir-regola ħa tgħinhom u b'hekk forsi xi darba nkunu nistgħu nagħmlu l-qabża u nagħmlu isem għal pajjiżna. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva, jiġu barranin tajbin, mela ma jiġux. Imma daqskemm jiġu tajbin jiġu inqas tajbin. Hemm min jgħid li l-barrani irħas minn Malti għax jiġi b'xejn u ma tridx tħallas parametri għax joqogħdu bi ftit flus u meta fl-aħħar tikkompara u tagħmel is-somom tiġi li l-barrani jkun ġiek irħas. Fil-fehma tiegħi, il-barranin li jiġu qed jagħmlu sagrifiċċju għax ikunu 'l bogħod mill-familja biex forsi jarahom xi ħadd u jġibu xi kuntratt tajjeb barra minn Malta. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat Premier? Ħafna. Il-kwalità tjiebet. Dejjem hemm x'tista' tagħmel u tirranġa. Imma kuntent. Naħseb ukoll li biex ngħollu l-livell tal-Premier, il-logħob kollu jrid jintlagħab fuq il-ħaxix. Il-grawnds 'Inqum naħseb fuq il-futbol u Cristian Antony Muscat Brian Chetcuti - assistent kowċ tat-tim l-Premier ta' Santa Luċija fejn għandu l-aspirazzjoni ewlenija li l-futur imur jikkowċja barra minn Malta Huwa l-assistent kowċ tat-tim l-Premier ta' Santa Luċija Għandu l-aspirazzjoni ewlenija li l-futur imur jikkowċja barra minn Malta Rebaħ kull unur mat-tim tal-minors ta' Pietà Hotspurs bħala kowċ BRIAN CHETCUTI Nixtieq li nkun l-iżgħar kowċ li qatt inkun ikkowċjajt Premier. Jien nemmen li bil-grinta, determinazzjoni, bil-qalb u b'saqajja mal-art għad nista' nasal