Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724
Minn Yendrick Cioffi "ĠEJT magħżula biex issib, l-għuda Mqaddsa tas-Salib." Hekk ikantaw dalgħodu l-Karkariżi malli l-vara maestuża ta' Sant'Elena tfeġġ fil-bieb tal-Bażilika ddedikata lilha biex iddur mat-toroq ta' Birkirkara. F'dan il-Ħadd, il-gazzetta ILLUM għażlet li tiċċelebra l-festa ta' Sant'Elena mal- Karkariżi, festa magħrufa u popolari ħafna kemm minħabba x-xbieha tal- Imperatriċi li ssaħħar lil kull min iħares lejha, il-funzjonjiet solenni fil-Bażilika u anke l-festa esterna. Kif tagħmel kull nhar ta' Ħadd, il-gazzetta ILLUM se tesplora l-karatteristiċi ta' din il-festa u titkellem ma' dawk involuti fl-organizzazzjoni biex kull sena tiġi ċċelebrata festa kbira li hi l-mimmi ta' għajnejn kull Karkariż. Mat-tokki tat-tmienja tfeġġ Sant'Elena. Imma għaliex filgħodu? Ma għandniex xi ngħidu. Waħda mill-karatteristiċi l-aktar magħrufa u li jagħtu identità lil din il-festa hija l-purċissjoni. Minkejja x-xemx tisreġ, mat-tokki tal-qanpiena l-kbira fit-tmienja ta' filgħodu, il-pjazza tal-Bażilika tkun ippakkjata biex tilqa' l-vara ta' Sant'Elena Imperatriċi. Ħafna jistaqsu għalfejn il-purċissjoni ssir filgħodu u mhux filgħaxija kif isir fil-lokalitajiet l-oħra kollha madwar Malta u Għawdex, ħlief dik ta' Santu Wistin fil- Belt Valletta, li fl-aħħar snin bdiet tinħareġ filgħodu wkoll. It-tweġiba hija waħda u sempliċi. Il-purċissjoni u l-quddiesa solenni tal-festa, magħrufa mal-Maltin bħala l-quddiesa tal-paniġierku, huma ħaġa waħda. Kull quddiesa tibda b'purċissjoni. Is-saċerdot, li jirrappreżenta lil Kristu, jgħaddi minn qalb il- kongregazzjoni. Dik hija l-purċissjoni ta' Sant'Elena. Hija l-purċissjoni ewlenija tal- quddiesa tal-festa. Fil-fatt, ta' min wieħed jinnota kif malli l-purċissjoni tidħol lura fil-Kolleġġjata, il-Prepostu Arċipriet li jkun mexxa l-purċissjoni ma jidħolx fis-sagristija u jerġa' joħroġ għall-quddiesa. Il-purċissjoni tal-bidu tkun saret. Għalhekk, il-Prepostu, sakemm tidħol il-vara ta' Sant'Elena u titpoġġa f 'postha, jilħaq jitla' fuq l-artal maġġur, ibiddel hemmhekk stess l-abiti sagri, biex minnufih jinċensa l-artal u tibda l-quddiesa solenni. Allura l-festa tieqaf ħesrem malli tispiċċa l-quddiesa? Iżda għall-kuntrarju ta' dak li jaħsbu ħafna, il-festa ma tispiċċax filgħodu. Fil-fatt, iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu filgħaxija fejn wara l-quddiesa u l-kant tat-Tieni Għasar Solenni, issir dik magħrufa bħala r-repożizzjoni tar- relikwa. Lejlet il- festa, malli tidħol is-solennità, issir dik magħrufa bħala t-tranżlazzjoni, fejn ir-relikwa tal-qaddis jew qaddisa tinġarr f 'purċissjoni biex titpoġġa fuq l-artal maġġur tal-knisja. Fi kliem sempliċi, ir- repożizzjoni tar-relikwa hija purċissjoni bil-kontra. Ir- relikwa tal-qaddis jew qaddisa titneħħa minn fuq l-artal maġġur. F'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, ir- repożizzjoni tar-relikwa ssir fl-ottava, jiġifieri ġimgħa eżatt wara l-festa. F'Birkirkara din issir dakinhar stess tal-festa filgħaxija, biex timmarka t-tmiem tas-solennità. Il-Kanonċi jwasslu s-salib sa Sant'Elena Waħda mill-isbaħ ċelebrazzjonijiet tal-festa bla dubju ta' xejn ikun il-mument meta l-vara tinħareġ min-niċċa tagħha. Il-ħruġ min-niċċa ta' Sant'Elena wkoll għandu l-karatteristiċi tiegħu. Meta wieħed iħares lejn il- vara maestuża ta' Sant'Elena, anke jekk il-figura tal-qaddisa hija imponenti u tiġbed l-għajn, iċ-ċentru u l-attenzjoni tagħha huwa s-salib kbir li qed iżżomm f 'idha. Sant'Elena tinħareġ min- niċċa tagħha mingħajr is- salib u titpoġġa fil-kappellun maġenb l-artal maġġur. Wara li jsir diskors mill- Prepostu Arċipriet, il-kanonċi tal-Kapitlu Elenjan, flimkien mal-kleru tal-parroċċa, iwasslu s-salib, merfugħ fuq l-idejn, mis-sagristija sa ħdejn il-vara ta' Sant'Elena. Imbagħad, wieħed mill- kanonċi, li jkun il-Prokuratur tal-Festa, jitla' fuq sellum u jpoġġi dan is-salib kbir f 'idejn Sant'Elena, fost iċ-ċapċip ta' dawk preżenti. Minn hemm il-vara tintrefa' u tinħareġ fuq iz-zuntier tal-Bażilika qabel issib postha f 'nofs il-korsija tal-kolleġġjata għall-ġranet tal-festa. 14 illum | Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 Festi 14 | Il- Festi Il-Karkariżi jbakkru kmieni tmienja jilqgħu fosthom lill-Imperatriċi Il-gazzetta ILLUM tiċċelebra l-festa ta' Sant'Elena mal- poplu ta' Birkirkara, titpaxxa bil-vara maestuża u tesplora l-partikolaritajiet ta' din il- festa Iżda Sant'Elena min kienet? Hemm ħafna xi tgħid dwar il-ħajja ta' Sant'Elena. Fi ftit kliem, Elena kienet omm l-Imperatur Ruman Kostantinu l-Kbir. Għaddiet minn ħafna tbatija, speċjalment fiż-żwieġ tagħha. Għall-kuntrarju ta' bosta, Elena kienet Nisranija u l-ħsieb u x-xewqa tagħha kienu li ssib is-Salib ta' Kristu. Meta reġgħet irritornat viċin binha l-Imperatur, wara snin imċaħħda minnu, dan ħejjielha kollox u telqet lejn il-Palestina, fejn l-Imperatriċi anzjana, matul dan il- pellegrinaġġ tagħha, bniet knejjes b'tifkira tal-postijiet Imqaddsa fejn għex Kristu. Bl-għajnuna tal-Isqof Makarju hija fittxet kemm felħet biex issib is-Salib ta' Ġesù, u sadanittant qassmet ħafna ġid lill-foqra. Skont it-tradizzjoni, Elena sabet tempju ddedikat lill-alla Venere u ordnat li dan jitneħħa u jsir tħaffir fl-istess sit. Hemmhekk sabet l-għodda tal-passjoni u fl-aħħar nett is- Salib u l-qabar ta' Kristu. F'dak il-post, Elena ordnat li tinbena l-knisja li llum hija magħrufa bħala l-Bażilika tal-Qabar ta' Kristu, fil-qalba ta' Ġerusalemm. L-Imperatriċi Elena mietet madwar is-sena 380 WK X'nafu dwar il-vara ta' Sant'Elena? Kien fl-1837 meta l-Karkariżi qabbdu lill- Iskultur Bormliż Salvu Psaila biex inaqqax fl-injam l-istatwa ta' Sant'Elena. Hu mifhum li Psaila kien ispirat mill- kwadru titulari, kapolavur ieħor f 'Birkirkara, li tpitter fl-1763 mill-artist Francesco Zahra. Dan il-kwadru ġie rrestawrat din is-sena. Il-vara nħadmet f 'Birkirkara stess fi Triq Ħal Għargħur, liema binja sal-lum baqgħet magħrufa bħala l-Palazz ta' Sant'Elena. Propju 100 sena ilu, fl-1919, il-vara ġiet sgraffita u indurata mid-ditta Coleiro tal- Belt Valletta. Fl-1950 saru l-kuruna, iċ- ċintorin u s-sandli tad-deheb. Il-Quddiesa solenni tal-festa wara li tidħol il-purċissjoni (Ritratt: Ronald Falzon)