Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 | illum Tkompli minn paġna 1 F'intervista mad-Deputata fi Frar li għadda, l-ILLUM kienet misset ukoll ma' dan il-punt, b'Cutajar tisħaq li ma jkunx fl-interess tal-operatur li jgħolli l-prezzijiet. Fil-kummenti mal-ILLUM, Cutajar saħqet ukoll kif bħalissa konsulenti barranin qed jaħdmu fuq il-liċenzjar u l-kundizzjonijiet marbuta mal-liċenzja fost aspetti oħra li huma importanti biex l-Att ikun jista' jidħol fis-seħħ. Fi kliemha, fil-ġimgħat li ġejjin, ikun hemm kollox f 'postu biex Malta jkun jista' jkollha l-ewwel krematorju. Krematorju fejn jista' jinbena u kemm tiswa kremazzjoni? Anke jekk ma kienx għad hawn qafas legali, is-Cemeteries Policy and Design Guidance, approvata fl-2015, diġà kienet tipprovdi d-dispożizzjonijiet għall-introduzzjoni tal-kremazzjoni u tistipola li l-krematorji għandhom jinbnew biss f 'ċimiterji eżistenti li jintużaw jew inkella f 'ċimiterji eżistenti li ma jintużawx. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM kienet tkellmet ma' Johann Camilleri minn Camilleri Funeral Directors International, liema kumpanija, lura fl-2017, kienet waħda mill-kumpaniji li ssottomettiet applikazzjoni għall-bini ta' krematorju fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Fl-applikazzjoni tagħhom, Camilleri Funeral Directors International, ipproponew li jibnu krematorju ta' 450 metru kwadru fuq biċċa art ta' 8,000 metru kwadru li tinsab eżatt biswit iċ- ċimiterju tal-Addolorata. Camilleri qed jipproponi li l-bqija tal-art tkun maqsuma f 'diversi żoni biex tinkludi, fost oħrajn, ġonna fejn tkun tista' ssir dik magħrufa bħala 'tree cremation, u żoni li jkunu jinkludu niċeċ fil-ħajt fejn jindifnu l-urni bl- irmied. L-ILLUM kienet staqsiet ukoll kemm, bejn wieħed u ieħor, tista' tiġi tiswa l-kremazzjoni. Skont l-istess Camilleri, servizz ta' kremazzjoni jista' jiġi jiswa bejn €550 u €750 u dan jekk wieħed jeskludi t-taxxi u servizzi oħra anċillari u l-ispejjeż marbuta mal-funeral. Fi żmien qasir kollox ikun f 'postu għall- ewwel krematorju Xellug: Urna li fiha jinżammu l-fdalijiet wara l-kremazzjoni u (lemin) apparat li jintuża għall-biokremazzjoni Skont il-liġi, urna bil-fdalijiet fejn tista' tinżamm? • F'residenza privata • Midfuna f 'qabar • Midfuna fil-baħar (mhux postijiet għall-għawm jew portijet) • F'niċċa apposta f 'żona fejn jinżammu l-urni Fdalijiet jistgħu wkoll jiġu mferrxa: • Fil-baħar (mhux postijiet għall-għawm jew portijet) • F'residenza privata • Minn ajruplan • Fi spazju miftuħ speċifikat għat- tixrid tal-irmied Krematorju x'għandu jinkludi? • Kamra mortwarja • Faċilitajiet fejn titneħħa kull materja barranija qabel il-kremazzjoni • Kamra tal- kremazzjoni • Spazju fejn jinżammu l-fdalijiet tal- kremazzjoni Reġistru Nazzjonali tal- Kremazzjoni • Għandu jinżamm mis- Supretendent għas-Saħħa Pubblika • Jinkludi dettalji ta' persuni li jgħixu Malta u li jixtiequ l-kremazzjoni • Ix-xewqat tagħhom dwar iż-żamma jew it-tifrix tal- fdalijiet • Dettalji tal-persuni li jiddikjaraw ċar u tond li ma jridux il-kremazzjoni X'tip ta' kremazzjoni hija permessa f 'Malta? • Kontra dak li jaħsbu ħafna, illum il- kremazzjoni ftit li xejn għadha ssir billi tesponi l-ġisem għall-fjammi. • Għalkemm il-liġi mhix tistabbilixxi x'tip ta' kremazzjoni hija permessa, hu mifhum li l-Gvern se jkun qed jimbotta l-biokremazzjoni, jew metodi oħra bl-inqas impatt ambjentali. • Il-biokremazzjoni (water cremation jew alkilina hydrolysis) hija sistema li tuża l-ilma u l-idrossidu tal-potassju, liema proċess iħalli biss l-għadam tal-persuna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019