Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724
Sports 26 illum Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 JAN Busuttil - fost l-aqwa talenti li pproduċa l-futbol lokali f 'dawn l-aħħar snin. Fil-ġimgħat li għaddew ingħaqad ma' Floriana mingħand Pietà Hotspurs fejn f 'dan l-artiklu se jkun qed jagħtina iktar dettalji rigward dan it- trasferiment imma mhux biss. "Il-futbol minn dejjem kien ħajti. Bdejtu ta' ħames snin ma' Pembroke Athleta FC fejn għamilt ħames snin magħhom. Ma nistax ninsieh dak iż-żmien għaliex huwa fejn bdejt il-karriera tiegħi u fejn tgħallimt ħafna speċjalment taħt il-gwida tal-kowċ Richard Saliba. Wara ħames snin ma' Pembroke, kont ħadt deċiżjoni li mmur ma' Valletta, li huwa wkoll fejn trabba missieri u dejjem kienet ix xewqa tiegħu li nilgħab magħhom. Għamilt sentejn magħhom fejn tgħallimt ukoll, iżda emmint li għal dak iż-żmien kelli nimxi b'moħħi u mhux b'qalbi. Ta' 12-il sena kien hemm diversi klabbs lokali li kkuntattjawni iżda emmint li l-aħjar għażla kienet li mmur mal-Pietà Hotspurs u llum kuntent ngħid li ma jiddispjaċini xejn li għamilt dan! Pietà huwa klabb li jibża' ħafna għaż-żgħażagħ u napprezza ħafna li dejjem tawni ċ-ċans nuri x'jien kapaċi nagħmel. Memorja sabiħa mal-Pietà hija meta rbaħna d-'double' tal-under 15s. Kien ta' pjaċir li lgħabt ma' plejers bħal Jean Borg, James Scicluna, Nicholas Pulis, Nicholas Pisani, Jacob Chircop St John u iktar. Kont sena iżgħar minnhom meta rbaħnieha. Is-sena ta' wara rnexxielna nerġgħu nirbħu l-kampjonat u ħaġa li nibqa' niftakar żgur f 'dak l-istaġun hija meta ħadt l-ewwel unur tal-Plejer tas-Sena tiegħi - 'Most Promising U15 player'. Wara dak l-istaġun kelli wkoll esperjenza ma' Birmingham City fl-Ingilterra fejn għamilt ġimgħa prova. Kien Andrea Vella li kellu l-kuntatt ta' Birmingham City li sibt ħafna għajnuna minnu meta kelli bżonn u emmen ħafna fija wkoll, b'hekk kien tani din l-opportunità kif ukoll ġimgħa prova ma' West Bromwich Albion meta kelli 13-il sena. Persuna li għenni ħafna wkoll meta kelli diffikultajiet u li tgħallimt ħafna minnu kien il- kowċ Kevin Farrugia. Għadna sal- lum nitkellmu spiss u napprezza ħafna li bniedem bħalu, dejjem offrieli l-għajnuna tiegħu u mingħajru żgur ma kontx nasal fejn wasalt illum. Iddebuttajt mal-kbar ta' Pietà Hotspurs ta' 16-il sena u ta' 17-il sena rnexxieli nirbaħ it-tieni unur personali tiegħi li kien 'Best Youth League Player' fejn dak iż-żmien konna taħt il-gwida tal-kowċ Jose Borg fejn ukoll tgħallimt ħafna mingħandu. Kien l-istaġun fejn ukoll spiċċajt bħala l-aqwa skorer tal-youths flimkien ma' Paul Lapira, li kien plejer ta' Balzan. Dak l-istaġun kien ukoll fejn bdejt nidħol iktar fit-tim tal-kbar u bdejt nilgħab iktar minuti. Skurjajt ukoll l-ewwel gowl tiegħi fil-first division. It-tieni sena tiegħi fil-youth league huwa fejn irnexxieli nirbaħ it-tielet unur tiegħi bħala 'Best youth league player' għat-tieni darba grazzi għal sħabi li lagħbu miegħi kif ukoll il-kowċ Johann Cilia li emmen ħafna fija matul l-istaġun. Fl-istess staġun it- tim tal-kbar irnexxielna nirbħu l-promozzjoni għall-BOV Premier League fejn lgħabt regolari u skurjajt 10 gowls fil-kampjonat kif ukoll gowl wieħed fl-FA Trophy. Kien staġun tassew memorabbli għaliex ħadna dak li konna ilna naħdmu għalih għal żmien twil flimken mal-kowċ Ramon Zammit li xorta waħda emmen fiż-żgħażagħ avolja ridna nieħdu l-promozzjoni. Kont ukoll nominat għall-MFPA awards tal-ewwel diviżjoni fejn ġejt fit-tieni post minkejja l-età żgħira li għad għandi. Matul l-istaġun li għadda ma' Pietà Hotspurs, kelli prestazzjonijiet tajbin ħafna wkoll. L-għan tiegħi huwa li nibqa' niżviluppa u ntejjeb il-logħba tiegħi. Insibha difficli biex inlaħħaq kemm max-xogħol tal-iskola kif ukoll mal-futbol. Bħalissa qed nistudja l-Università biex insir Accountant li mhuwiex kors faċli. Però, nemmen li jekk nuża l-ħin sew nista' nirnexxi u nlaħħaq mal-iskola u l-futbol, kif ukoll insib ħin għall-gym li mmur l-Università stess. Ġieli jkolli nitlef lezzjonijiet biex immur għat-taħriġ u nipprova nlaħħaq waħdi mal- affarijiet tal-iskola. Mhijiex faċli iżda bid-determinazzjoni żgur nirnexxi għaliex naf li l-iskola hija importanti xorta waħda avolja nagħti iktar importanza lill- karriera tiegħi tal-futbol. Nixtieq inkompli nibni fuq il-karriera tiegħi u nitgħallem u nitjieb iktar speċjalment fil- futbol u x-xewqa tiegħi li nilgħab barra minn Malta ma' tim professjonali kif ukoll li nsir parti mil-iskwadra nazzjonali tal-kbar fil-futur. Rigward il-futur tiegħi ma' Floriana, inħoss li hija opportunità tajba ħafna biex nuri x'naf u nemmen li nista' nkompli nitjieb ma' dan il-klabb kif ukoll nixtieq li nirbħu t-tazzi fis-snin li ġejjin! 'Nista' nkompli nitjieb ma' Floriana ... nixtieq li nirbħu t-tazzi s-snin li ġejjin' minn Cristian Antony Muscat Jan Busuttil, ir-raba' wieħed mix-xellug l-lliera ta' isfel Ġieli jkolli nitlef lezzjonijiet biex immur għat-taħriġ u nipprova nlaħħaq waħdi mal-affarijiet tal-iskola. Mhijiex faċli, iżda bid-determinazzjoni żgur nirnexxi