Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-vara titlibbes malli tidħol is-solennità Kull vara tkun imżejna b'diversi opri, fosthom ir- raġġiera u simboli oħra li jkunu marbuta mal-qaddis jew qaddisa. Uħud mix-xbihat ikollhom ukoll ġojjellerija li tkun ingħatat b'wegħdi mid- devoti u għalhekk il-valur tagħhom ikun ħafna aktar minn dak materjali. Ġeneralment, fil-jiem tal-festa, dawn 'l-aċċessorji' jinbidlu ma' oħrajn aktar lussużi li jagħtu dehra isbaħ lill-vara. Normalment dawn jinbidlu fil-privat, meta l-knisja tkun magħluqa u preżenti jkun hemm biss ftit nies. Ftit huma dawk li jafu li f 'Birkirkara, dawn jinbidlu waqt ċerimonja sempliċi u qasira li ssir Lejlet il-Festa filgħodu, ftit qabel ma jdoqqu t-tokki ta' nofsinhar u tidħol is-solennità. Mhijiex xi ħaġa uffiċjali. Mhux se ssibha mniżżla fil- programm. Għadd ta' persuni jinġabru quddiem il-vara ta' Sant'Elena biex jassistu għall- bdil ta' dawn l-aċċessorji li jżejnu l-vara fl-aqwa jumejn tal-festa. Jolqtok is-skiet u l-ġabra li jkun hemm fil-Bażilika waqt li l-prokuratur tal- festa, akkumpanjat minn xi voluntiera, ibiddel il-kuruna fuq ras Sant'Elena, ilibbisha ċ-ċinturin, l-imsielet, il- bokkla li tagħlaq il-mant u affarijiet oħra li l-Karkariżi ħadmu għall-vara tant għażiża tagħhom. Il-ġabra tinżamm sakemm il-Prokuratur ilesti xogħlu għax kif ilesti, dawk preżenti, jinfexxu f 'ċapċipa waqt li jitpaxxew bil-vara mlibbsa għall-festa. Sant'Elena toħroġ darbtejn La qed insemmu l-vara ta' Sant'Elena ma nistgħux ma nsemmux ukoll il-fatt li din hija waħda mill-ftit vari f 'Malta u Għawdex li toħroġ darbtejn f 'sena. Sant'Elena kienet dik li skont it-tradizzjoni sabet is-Salib ta' Kristu u propju għalhekk li apparti li toħroġ f 'Awwissu, Ħadd fuq it-18 (il-festa liturġika tagħha), Sant'Elena toħroġ ukoll fil- festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib li f 'Birkirkara għadha tiġi ċċelebrata bl-akbar solennità fit-3 ta' Mejju. Dakinhar, Sant'Elena ma toħroġx filgħodu iżda toħroġ filgħaxija. Hija purċissjoni solenni u kbira kważi kważi daqs dik ta' Awwissu, bil- purċissjoni tkun akkumpanjata mill-banda u anke l-logħob tan-nar. Kumitat u żewġ każini tal-banda Il-festa ta' Sant'Elena hija mżejna b'żewġ baned, iżda l-organizzatur ewlieni tal- festa, kemm interna u anke dik esterna, taqa' taħt il- Kumitat Festa Sant'Elena li jiġi direttament taħt il-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Waħda mill-fergħat ta' dan il- kumitat hija propju l-Għaqda tal-Armar li taħdem is-sena kollha kemm barra u anke fil- Bażilika. Alan Borg li jieħu ħsieb din l-għaqda, spjega mal-gazzetta ILLUM kif matul is-sena jtellgħu diversi attivitajiet biex ikun jistgħu jlaħħqu mal- ispejjeż li jġib miegħu l-armar tal-festa. Fil-fatt, din is-sena beda proġett ta' restawr ta' sett puttini ta' Karlu Darmanin iżda l-Għaqda tal-Armar ħadmet ukoll fuq proġetti ġodda. Wara li s-sena li għaddiet żanżnet erba' bandalori ġodda għal Triq il-Kbira, din is-sena lestiet waħda mill-pitturi tagħhom. Apparti minn hekk qed iżżanżan labarda minn sett sħiħ ta' labardi għall-arbli tal- pjazza tal-Bażilika. Borg spjega kif hija l-istess Għaqda tal-Armar li tieħu ħsieb il-vara ta' Sant'Elena, kemm il-ħruġ tagħha min- niċċa u anke l-purċissjoni. Fil- fatt, ir-reffiegħa tal-vara jkunu dejjem persuni li jaħdmu fi ħdan l-Għaqda tal-Armar. Tal-Bagri jiċċelebraw bil-kbir l-ewwel 100 sena mit-twaqqif tal-banda Għall-Għaqda Mużikali Sant'Elena, din is-sena hija waħda speċjali hekk kif qed tfakkar l-ewwel ċentinarju mit- twaqqif tagħha. Duncan Xuereb, is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Mużikali spjega kif l-attivitajiet ma qatgħu xejn. L-enfasi tal- ħidma kienet fuq il-banda, tant li l-attivitajiet bdew bil-kunċert tal-Epifanija fil-Bażilika, komplew din il- ġimgħa bl-Oratorju li tellgħu dwar il-ħajja ta' Sant'Elena u jagħlqu f 'Diċembru b'kunċert fit-Teatru Manoel. Xuereb insista kif l-akbar proġett ta' din is-sena kien ir-restawr tal-faċċata tal-każin u anke x-xogħol li sar fuq l-intrata tal-istess każin, issa mimlija bl-irħam. Apparti dan, il-fergħa taż- żgħażagħ kompliet taħdem fuq l-armar fit-toroq li tieħu ħsieb tarma l-istess Għaqda Mużikali. Fil-fatt, kompla x-xogħol fuq il-pavaljuni ġodda fi Triq San Kostantinu u anke tlesta l-irħamar tal-pedestall ta' Malta. Għall-ewwel darba wkoll, il-banda stiednet tliet baned oħra għall-ġranet tal- festa. Tal-Għama joħorġu armar ġdid u anke tliet bandisti ġodda Tkellimna wkoll ma' Eric Busuttil, l-Uffiċjal għar- Relazzjonijiet Pubbliċi tal- Banda Duke of Connaught's. Busuttil spjega kif din is-sena, din l-għaqda mużikali qed iżżanżan żewġ bandalori ġodda fi Triq il-Wied, liema bandalori se ssirilhom il-pittura matul is-sena d-dieħla u anke sett pavaljuni għal Triq Għar il- Ġobon. Iżda xi jkun każin tal-banda, jekk ma jinvestix fil-bandisti tiegħu? Fil-fatt, Busuttil saħaq li l-banda hija kuntenta immens li din is-sena se tkun qed toħroġ tliet bandisti ġodda. Busuttil fakkar kif apparti l-festa, il-banda Duke of Connaught's tkun impenjata matul is-sena kollha, b'għadd ta' attivitajiet, wirjiet u anke kunċerti li ttella' minn żmien għal żmien. 15 Festi Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 | illum Festi biex mat- lill-Imperatriċi X'se jsir illum f'Birkirkara? 7:45am: Talb ta' filgħodu mill- Kapitlu Elenjan 8:00am: Purċissjoni bil-vara ta' Sant'Elena 10:30am: Quddiesa Solenni Prepositali 6:00pm: Quddiesa 7:00pm: It-Tieni Għasar Solenni 8:45pm: Repożizzjoni tar- relikwa mmexxija mill-Arċisqof 6:30pm: Marċ madwar it-toroq ewlenin tal-parroċċa Apparti Birkirkara, illum dawn il-lokalitajiet qed jiċċelebraw il-festa tagħhom: • L-Imġarr: Santa Marija • Ħad-Dingli: Santa Marija • Tas-Sliema: Stella Maris • Raħal Ġdid: Madonna ta' Lourdes X'festi oħra qed jiġu ċċelebrati llum? Il-faċċata tal-każin tal-Banda Duke of Connaught's L-inawgurazzjoni tax-xogħol fuq il-faċċata tal-każin tal-Għaqda Mużikali Sant'Elena Triq il-Kbira armata għall-festa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019