Illum previous editions

ILLUM 18 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1156724

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 FLAĦĦAR ġimgħat sar ħafna tgergir u protesti u diskors, ħafna minnu ġġustifikat, dwar l-ambjent u tqaċċit tas-siġar. Imma ħafna drabi bosta jistaqsu; imma inti x'qed tagħmel għall-ambjent? Kif qed tikkontribwixxi, lil hinn mill-paroli u kitba fuq Facebook biex l-ambjent ikun protett? Fuq għolja fix-Xemxija, li minnha ġġib veduti mill-isbaħ tal-baħar u tal-Wied tal-Pwales, kif ukoll ta' din il- lokalità żgħira taħt id-dell ta' ħarruba kbira, l-ILLUM tiltaqa' ma' żewġ żgħażagħ li qed iqattgħu ħafna mill- ħin tagħhom jaħdmu biex jagħmlu differenza. Claude Bugeja u Jamie Barbara jiltaqgħu ma' din il-gazzetta mimlijin enerġija biex jispjegaw aħjar x'inhi l-inizjattiva bl-isem 'saġġar' u x'jaħsbu dwar il-kontroversji riċenti. Taħt id-dell ta' din il-ħarruba enormi, magħrufa bħala l-ħarruba x-xwejħa, Bugeja jispjega kif illum aktar minn qatt qabel hemm il-potenzjal li dawk illi għandhom il-wirt naturali għal qalbhom jingħaqdu u jaħdmu b'interess wieħed. "Aħna bħala ACT nemmnu li kulħadd għandu potenzjal jitgħallem u allura qed noħolqu soluzzjonijiet sostenibbli għal problemi diversi, soċjali, ambjentali u aktar." Filwaqt li Barbara jieħu naqra nifs wara li tela' l-għolja u wara li saq sax-Xemxija bir-rota, fis-sħana li issa bdiet tagħmel tagħha sew barra taħt il-ħarruba, Bugeja jispjega kif l-għaqda mhix governattiva (NGO) li jaħdmu fiha tagħti prijorità lill-ambjent, "għax l-ambjent huwa parti minna; lis-saħħa għax kulħadd tad-demm u l-laħam; lill-arti għax kulħadd huwa l-istess u differenti fl-istess ħin, u lill- qasam soċjoekonomiku biex inrawmu l-kapaċità li noħolqu l-abbundanza." Huwa jgħid li l-NGO temmen li jeħtieġ inkunu proattivi. "Minflok ingergru biss, nemmnu li għandna rwol biex infasslu s-soluzzjonijiet u nimplimentawhom." Inizjattiva mal-privat ... mal- aġenti tal-proprjetà U l-inizjattiva 'Saġġar' fejn tidħol eżatt? Bugeja jispjega kif huma jevalwaw politika u policies ġodda li jkunu se jiddaħħlu, l-ewwel u qabel kollox. "Saġġar qed nagħmluha flimkien ma' sid ta' aġenzija tal-propjetà, Quickelts Zanzi Homes. Prattikament dan qal illi jixtieq li jħawwel miljun siġra..." Ninterrompi billi nirrimarka li mhux normali li jkollok negozjant f 'settur li qed ikun mogħti t-tort għall-qerda tal- ambjent, li jidħol f 'inizjattiva bħal din. Filwaqt li jaqblu, Bugeja u Barbara jaċċertaw li huma jaħdmu ma' kull min hu lest li jaħdem magħhom. "Vera mhux daqstant tisma' b'negozjanti li jinvestu fl-ambjent, imma dan ġie bl-idea u aħna qed naħdmu flimkien, skont il-viżjoni tagħna jiġifieri li l-ambjent Malti nistgħu nirriabilitawh. Biss irridu nagħmlu kunsiderazzjonijiet ekoloġiċi, fosthom kif l-art hija fframmentata. Inġibu flimkien lis-sidien tal-art f 'Malta (l-aktar il-Gvern), dan apparti li nittamaw li jsir kuntatt ma' iktar negozjanti u sidien li jogħġobhom jinvestu fl-ambjent." Imma nistaqsih: x'qed tagħmlu tanġibbli? "L-ewwel sena kienet iddedikata għall-ippjanar. Inti ma taqbadx u tħawwel u daqshekk. Trid tagħmel l-affarijiet bi ħsieb, b'inizjattivi li huma mmexxijin mill-interess tal-komunità. Aħna nikkordinaw proġetti li se jmexxu l-komunitajiet stess." Bugeja jispjega kif l-inizjattiva hija maqsuma fi tnejn; saġġar u kattar Nużaw iż-żerriegħa ta' Malta, mhux ta' barra Saġġar maqsum fi tnejn – saġġar u kattar. "Kattar billi nxerrdu ż-żerriegħa li nsibu f 'Malta stess. Mhux nimpurtaw is-siġar u l-arbuxelli, imma nużaw dawk Maltin li huma marbutin mal- klima u l-ħamrija ta' Malta. Hija din il-flora li rridu nippromovu," jisħqu Claude u Jamie. Huwa qal illi meta nippromovu l-flora ta' Malta l-benefiċċji jiġu waħedhom. "Inkunu qed noħolqu element ta' reżiljenza, innaqqsu t-tniġġis fl-arja u t-tniġġis fil-ħoss u nippromovu l-ġenetika ta' Malta." Il-gazzetta tistaqsi; x'tagħmlu biż- żerriegħa? Fejn tiżirgħuha? Barbara jispjega kif huma diġà ħawlu xi siġar fuq art privata biex jaraw kemm se jirnexxilhom fl-għan tagħhom, qabel jibdew passi għall- afforestazzjoni. Barbara jkompli jispjega kif, skont kif jidhru wkoll fir-ritratti ta' Facebook tal-inizjattiva, jużaw kartuni tal-ħalib biex iħawlu għax dawn fondi, inaqqsu mill-ispazju użat u għar-riċiklar. "Se nkunu qed naħdmu f 'nurseries u fi djar tal-anzjani fejn jistgħu jitkabbru. Se nqassmu kaxxi tal-frott bi 12 jew 15-il kartuna illi fihom ikun hemm iż-żerriegħa li min irid jista' jkattar." "In-nies se jesperjenzaw din il- kreazzjoni u se jħossuhom marbutin magħhom. Imbagħad inħawluhom f 'wieħed mill-proġetti li qed nagħmlu." Għal mument intlifna nitkellmu fuq esperiment li fallieli meta ppruvajt inkabbar siġra tal-ħawħ. Spjegaw li qatt m'għandek tieħu ż-żerriegħa tal- frotta t-tajba. Mela jekk trid tkabbar iċ-ċitru, tkabbar il-bakkaljaw u wara li tikber tlaqqamha bil-frotta l-ħelwa li tixtieq tkabbar, jekk trid il-ħawħ, ħawwel il-lewż u laqqam... Inkomplu għaddejjin bl-intervista... Hawn apatija, iva u frustrazzjoni ... Nirrimarkaw kif ma jidhrix li hemm xi interess partikolari miż-żgħażagħ biex jieħdu ħsieb l-ambjent jew jindukraw is-siġar. "Hawn apatija iva," jibda jammetti Intervista illum | Il-Ħadd 18 ta' Awwissu 2019 Tul dawn l-aħħar ġimgħat u snin, l-ambjent kien l-inkwiet ta' ħafna. Imma kemm minn dawk li gergru l-fatt għamlu xi ħaġa biex l-ambjent ta' pajjiżna jkun aħjar? Claude u Jamie ma qagħdux b'idejhom fuq żaqqhom agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Żewġ żgħażagħ, ħafna siġar "Hemm bżonn moviment li joħloq viżjoni tanġibbli li jispira lin-nies, soluzzjonijiet li se jispiraw lin-nies"

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 August 2019